Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet 30 każin tal-banda bbenefikaw minn €150,000 permezz ta' fond immexxi mill-Għaqda Każini tal- Banda u l-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il- Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Dan il-fond, li hu disponibbli għat-tieni sena konsekuttiva, għandu l-għan li jsaħħaħ ix-xogħol li jsir mill-każini tal-banda, li għandhom parti importanti fil-komunitajiet tagħna, kif ukoll iservu ta' ċentri kulturali għal attivitajiet. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici li kien preżenti għal din iċ-ċerimonja rrefera għall- importanza ta' inizjattivi ta' din is-sura. "Il-każini tal-banda għadhom rwol intrinsiku – dak li jkunu nukleu kulturali ħaj fi ħdan il-lokalitajiet tagħna. Dawn jorganizzaw attivitajiet kulturali matul is-sena kollha u jkomplu jżommu t-tradizzjonijiet lokali li huma parti essenzjali mit-tessut kulturali u soċjali ta' pajjiżna." "Apparti dan, il-każini tal-banda għandhom rwol komunitarju importanti li jservu ta' pont għall-kultura u l-arti. Aħna kommessi bis-sħiħ li nkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna għal dawn it-tip ta' inizjattivi minħabba li jservu ta' pjattaforma li tkompli ssaħħaħ it-tradizzjonijiet tagħna, kif ukoll is-settur kulturali, filwaqt li jkomplu jagħmluh aktar aċċessibbli," stqarr il-Ministru Bonnici. Dan il-fond kien disponibbli għall-każini tal-banda ta' Malta u Għawdex li kienu rreġistrati bħala organizzazzjonijiet volontarji u kienu konformi mal-Att ta' Organizzazzjonijiet Volontarji sad-data ta' għeluq tal-applikazzjonijet. Iċ-Chairman Eżekuttiv tal- Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal li, "bħala parti mill- impenn fit-twettiq ta' programm agressiv favur l-inklussività u d-demokratizzazzjoni tad- distribuzzjoni tal-fondi pubbliċi, il-Kunsill Malti għall-Arti jfittex li jagħmel kuntatti sodi mal- komunitajiet lokali, il-każini tal-banda u l-organizazzjonijiet volontarji, u jħeġġiġhom jipparteċipaw attivament fil- proċess tal-għoti ta' fondi għat- twettiq tal-proġetti kulturali tagħhom." L-għan ewlieni ta' dn il-proġett kien it-tnedija ta' skema ta' fondi li tipprovdi lill-kazini tal-banda rispettivi b'appoġġ għall-inizjattivi u l-proposti tagħhom stess. Dawn inkludew restawr ta' oġġetti/opri li għandhom fis-sede uffiċjali tagħhom bħal arkivji mużikali u strumenti antiki, u t-tisħiħ ta' tagħlim mużikali fi ħdan l-organizzazzjoni b'assistenza għas-surmastrijiet u għalliema permezz ta' programmi ta' taħriġ f 'istituzzjonijiet edukattivi ta' livell terzjarju f 'pajjiżna. Il-każini tal-banda kienu eleġibbli japplikaw ukoll għal fondi biex jirrestawraw u jsaħħu l-infrastruttura li permezz tagħha jistgħu jagħmlu l-ambjenti tat-tagħlim u eżekuzzjoni mużikali aktar professjonali, isaħħu s-sistemi amministrattivi interni li huma prinċiparjament relatati mal- mużiċisti, u l-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi li bihom il-każini tal-banda jkunu jistgħu jespandu l-attività mużikali tagħhom f 'Malta u lil hinn minnha. Kull każin tal-banda seta' japplika għall-proġett li jiswa €5,000 jew €10,000; l-għotjiet koprew 85 fil-mija jew 75 fil-mija tal-ispejjeż tal-proġett rispettivament. Il-proġetti ta' profitt ma kinux eliġibbli. Lista ta' benefiċjarji: Soċjetà La Stella Levantina, Banda Santa Marija, Ħ'Attard Għaqda Banda Żejtun, Żejtun Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq Għaqda Mużikali Santa Marija, Ħal Għaxaq Soċjetà Filarmonika, L-Unjoni, Ħal Luqa Soċjetà Mużikali Beland, Żejtun Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba Għaqda Mużikali Sant Elena, Birkirkara Għaqda Mużikali Imperial, Mellieħa Għaqda Mużikali Banda San Filep, Ħaż-Żebbuġ Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru, Rabat, Malta Soċjetà Filarmonika La Vittoria, Mellieħa Soċjetà Filarmonika Stella Maris, Tas-Sliema Soċjetà Filarmonika, Santa Marija, Żebbuġ, Għawdex Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa , Birżebbuġa Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own, Birgu Peace Band Club, Naxxar Soċjetà Mużikali San Ġużepp, Ħal Kirkop Għaqda Mużikali San Leonardu, Ħal Kirkop Ċirkolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Famiglia, Kalkara Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba Soċjetà Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta Għaqda Mużikali San Ġużepp, Ħal Għaxaq Soċjetà Mużikali Santa Katarina, Żurrieq Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura, Fgura Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja, Naxxar Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, Ħal Qormi Każin Banda San Pawl, Ħal Safi Għaqda Mużikali Sant'Anna, Marsascala Għaqda Mużikali San Ġiljan, San Ġiljan illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovi- ja, Santa Venera The Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara Deby's Pharmacy, 1, Misraħ il-Barr- ieri, Msida San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur Brown's Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Polymer Pharmacy, Triq ix-Xgħajra, Żabbar Britannia Pharmacy, 5, Triq l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa Safi Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 9˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet iżolati tax-xita, possibilment bir-ragħad, bil- buffuri tar-riħ u bis-silġ mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ: Punent Majjistru forza 4 għal 5 li jsir forza 5 għal 6. BAĦAR Qawwi L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir ftit imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 4 għal 5 li jsir mill-Punent Lbiċ, u jżid għal forza 5 għal 6 mal-lejl BAĦAR: Qawwi agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 30 każin tal-banda bbenefikaw minn €150,000 SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq -

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019