Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum Konferenza Ġenerali. Din ma ntlaqgħetx għax kien instab kompromess. Mintoff: elett Deputat Mexxej għar-rabja ta' Colombo Minn hawnhekk kompla tiela' tarġa, tarġa Duminku Mintoff li nhar it-8 ta' Novembru 1947, fit-Teatru Tivoli Raħal Ġdid, kien elett Deputat Mexxej tal-Labour Party b'191 vot. Kontra Mintoff kien hemm Colombo, li kiseb ħafna inqas voti minnu. Colombo kien ħa xi ftit għalih u beda jaħdem kemm jiflaħ biex joskura lil Mintoff ma' Boffa. Ifred u saltan – il-logħba tal- Ingliżi L-Ingliżi kellhom strateġija quddiem is-sitwazzjoni ta' pajjiżna: ifred u saltan. Fil-fatt l-Ingliżi kien jaqblilhom bis-sitwazzjoni kif kienet. Il-Knisja kienet, pereżempju, ma' Boffa. Kien hemm avveniment partikolari li seħħ fil-Jubilee Hotel, f 'San Pawl il-Baħar, fl-1 ta' Mejju 1948 organizzat miż-żgħażagħ tal-Labour Party. Matulu grupp ta' żgħażagħ, xħin wasal Mintoff, bdew jgħajtu għajjat kontra l-Papa, liema għajjat wasal f 'widnejn l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Fuq il-ktieb ta' Refalo jingħad illi Gonzi kien sostna hekk: "Bl-awtorità episkopali, nipprotestaw bis-saħħa lejn ir-rimarki offensivi u antiklerikali u l-insulti lejn l-Qdusija Tiegħu, il-Papa... kif ukoll dagħa u kant repetut ta' The Red Flag..." The Red Flag huwa innu Soċjalist, li huwa mibdul ukoll biex jitkanta f 'xi partiti Komunisti. Kontra Mintoff naturalment kien qed jaħdem ukoll Colombo. L-Ingliżi kienu komdi b'din is-sitwazzjoni u kienu parti mill-kawża li wasslet biex il- Labour Party jinqasam. Il-Marshall Aid – il-kalċi vvalenat Il-Marshall Plan, uffiċjalment magħruf bħala l-European Recovery Program, kien inizjattiva Amerikana biex tgħin lill- pajjiżi tal-Punent. Allokat għal dan il-pjan kien hemm $12-il biljun f 'assistenza ekonomika. Dan il-pjan ħa post il-Morgenthau Plan u beda f 'April 1948. Il-ktieb tal-eks Ministru Nazzjonalista, ifakkar kif Mintoff kien jirraġuna illi Malta ma kinitx qed tieħu biżżejjed mill-flus li kien qed iqassam l-Imperu Ingliż. Fil-fatt mill-flus kollha li ħa r-Renju Unit ifakkar kif pajjiżna rċieva $1 miljun għal 10 snin. Il-Gvern Brittaniku, min-naħa tiegħu sostna illi ħafna mill-flus tal-Marshall Aid marru biex isostnu r-riservi tad-deheb u d-dollaru. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż, intant, kienet waħda ħażina ħafna u baqgħet sejra lura meta l-Gvern Ingliż keċċa 1,200 ħaddiem mit-Tarzna. Naturalment Mintoff ma kienx jaqbel mal-fatt li Malta ħadet somma daqstant żgħira ta' flus, u minn hemm beda l-inkwiet bejnu u bejn Boffa, inkwiet li wassal għall-akbar u l-unika qasma f 'partit politiku mill-1945 sal-lum. Mintoff jitlob għal referendum Fid-dawl tas-sitwazzjoni Mintoff kien talab li l-kwistjoni tmur quddiem il-poplu biex ikun hu li jiddeċiedi. L-għażla li kien qed jitlob li ssir Mintoff hija li jew Malta tkun mal-Ingliżi jew inkella mingħajrhom u allura taħdem mal-Amerikani. Din fil-fatt kienet l-ewwel xrara ta' triq twila li wasslet lil Malta għal avvenimenti politiċi importanti: il- kwistjoni tal-Integration jew Self Determination, l-Indipendenza, u finalment (il-ħolma ta' Mintoff ) il- Ħelsien. Mintoff kien ta ultimatum meta qal hekk: "Jekk il-Gvern Brittaniku ma jiddeċidix fuq il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-Marshall Aid sa data mhux aktar tard mit-22 ta' Awwissu 1949... il-Gvern Malti jpoġġi l-kwistjoni quddiem il- poplu..." U allura kien dan l-ultimatum illi witta t-triq għall-aħħar u l-eqqel battibekki bejn Boffa u Mintoff. Boffa kien iddeċieda li jiffirma d-dokument bl- ultimatum b'kollox, avolja għamel dan kontra qalbu. Mintoff f 'Londra... Boffa fid-dlam Mintoff kellu pjan ċar u kien qed jitlob li Malta tingħata $6 miljuni kull sena bħala Marshall Aid filwaqt li ra l-emigrazzjoni bħala parti mill-pjan ekonomiku, jinsisti Refalo fil-ktieb tiegħu. Il-Gvern Ingliż iżda lagħab logħba. Iddeċieda li jpoġġi żewġ kundizzjonijiet għall- progress tad-diskussjonijiet. Dawn kienu: li jitneħħa l-ultimatum u li jiddiskutu mal-Prim Ministru Boffa biss. Naturalment din ma niżlet tajjeb xejn ma' Mintoff, li ltaqa' ma' Boffa u indikalu li lest jaħdem miegħu basta ma jitwaqqax l-ultimatum li għamel lill-Ingliżi. Fil-ktieb tiegħu Refalo jgħid li Mintoff u Boffa ma kinux jafdaw lil xulxin, b'Boffa jara lil Mintoff bħala dak li ried akkost ta' kollox tgħaddi tiegħu fin-negozjati mal- Ingliżi, filwaqt li Mintoff kien jara lil Boffa bħala raġel bla sinsla li se jċedi għal dak li kien se joffri l-Aġent Gvernatur Sir David Campbell. Nhar it-12 t'Awwissu Boffa wasal Londra fejn bdew il- laqgħat dwar pajjiżna, filwaqt li l-Kabinett, minn wara dahar Mintoff, iddeċieda li jneħħi l-ultimatum li kien għamel Mintoff lill-Ingliżi. Mintoff u r-rappreżentant tal-Labour Party f 'Londra Edward Ellul irreżenjaw. 'Ma nibżgħu minn xejn u minn ħadd' Mintoff kien ilu jindika riżenja speċjalment f 'komunikat li kellu ma' Boffa meta kien qal hekk: "Inħoss li m'iniex fdat. Naf minn esperjenza preċedenti li inti se tkun dgħajjef, titubanti u se tkisser kollox. Sakemm ma niġġildux bil-qawwa kollha, Malta titlef kollox. Ma nistgħu nibżgħu minn ħadd u minn xejn. Jekk titla' Londra int ninżel Malta immedjatament u nħalli lilek tinnegozja. Ma nistax nibqa' naħdem miegħek u nirreżenja meta tixtieq int." L-attakki ta' Mintoff ma waqfux filwaqt li Boffa kien saħansitra implika li Mintoff qed jintroduċi l-Komuniżmu f 'pajjiżna. Mintoff idawwar lill-partit kontra Boffa Nhar il-25 ta' Settembru 1949, 400 delegat Laburist iltaqgħu fit-Teatro Orpheum, il-Gżira. Dakinhar tressqet mozzjoni titlob illi l-firda fil-partit tkun imfejqa, liema mozzjoni kisbet 120 vot favur u 120 vot ieħor kontra. Meta l-votazzjoni fuq din l-istess mozzjoni saret fil- privat, ħareġ iktar fiċ-ċar in-nuqqas ta' qbil li kien jeżisti fil-Labour Party. 202 delegati vvutaw kontra r-rieda tal- għaqda fil-partit u 184 favur. Nhar it-2 t'Ottubru 1949, fir-Radio City Opera House fil-Ħamrun, id-delegati vvutaw fuq mozzjoni tal- Perit Dom Mintoff, issa ftit biss 'il bogħod mit-tmexxija tal-partit. Il-mozzjoni kienet tgħid li fil-klima ekonomika ta' dawk is-snin Boffa ma kellux il-kwalitajiet neċessarji biex imexxi lill-partit u lill- pajjiż. Il-mozzjoni ta' Mintoff għaddiet b'244 vot favur u 141 kontra. L-Eżekuttiv tal-partit irreżenja u Leli Tabone ressaq mozzjoni għall-elezzjoni ta' mexxej ġdid liema elezzjoni kienet ikkontestata biss, minn Mintoff. Mintoff kien sostna illi Boffa u dawk li kienu qed jappoġġjawh, fosthom Colombo, ma kinux jirrappreżentaw ir-rieda tal- poplu, u allura ma setgħux jibqgħu fil-poter. Boffa kien baqa' Prim Ministru sena oħra qabel imbagħad sejjaħ elezzjoni. Il-kampanja elettorali tal- 1950 kienet waħda akkanita li kkonfermat bil-qawwi l-qasma li kien hemm fost il- votanti Laburisti wkoll. Fil-fatt il-Labour Party, immexxi minn Mintoff, kien kiseb 27.5% tal-voti u l-Malta Workers Party li beda jmexxi ġab 27.5% wkoll. Kemm Boffa kif ukoll Mintoff kienu ġew eletti minn distretti differenti għalkemm kienu t-tnejn eletti fuq l-ewwel distrett. F'dan id-distrett waħdu Boffa ġab 2,354 vot u Mintoff 2,780 vot fl-ewwel għadd. Konferenza Ġenerali. Amerikana biex tgħin lill- l-ultimatum illi witta t-triq l-Marshall Aid: fil-partiti (2)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019