Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587
12 Intervista illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 I lbieraħ niżel is-separju fuq il-programm X Factor Malta, li sar għall-ewwel darba f 'pajjiżna u li ġibed lejh ammont kbir ta' telespettaturi: 180,000 żewġt Iħdud ilu biss. Hekk kif qed taqra dan l-artiklu issa taf min se jirrappreżenta lil pajjiżna f 'Tel Aviv għall-aktar kompetizzjoni tal-mużika li hija segwita f 'pajjiżna: il- Eurovision. Il-programm fih innifsu nbidel f 'fenomenu li qajjem ħafna diskussjoni, mhux biss dwar il-ħiliet vokali tal-kontestanti imma wkoll dwar kwistjonijiet soċjali; mill-omosesswalità u r-River of Love għall-vjolenza domestika u t-talent li għandna f 'pajjiżna. Però huwa wkoll fenomenu partikolari li ġab quddiem is-sett tat-televiżjoni diversi persuni li ma tantx jaraw TV. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' diversi persuni, uħud magħrufin, oħrajn inqas magħrufin. Ilkoll iżda segwew l-X Factor, ħallew xi kumment dwaru, u li lkoll għandhom xi ħaġa xi jgħidu fuq l-aktar programm popolari fuq l-istazzjonijiet Maltin fl-2018 u l-bidu ta' din is-sena. Il-gazzetta staqsiet, issa li spiċċa dan il-programm, x'inhi r-reazzjoni u ġudizzju tagħhom għalih. Staqsejna x'inhu l-aktar fattur tal- programm li għoġobhom u jekk hux se jerġgħu jarawh f 'Ottubru li ġej, meta jibda t-tieni staġun tiegħu. Ilbieraħ fi lgħaxija probabbilment kont qed tara l-fi nali tal-X Factor, fl imkien ma' eluf ta' telespettaturi oħrajn. Imma għalfejn kien tant popolari l-ewwel X Factor ta' Malta? X'jaħsbu dwar il-ġurija t-telespettaturi? U se jerġgħu jarawh f 'Ottubru li ġej? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Jean Pierre Cassar: 'Tmur fejn tmur, kulħadd kien qed jitkellem fuq X Factor Malta, min fit-tajjeb, min fil-ħażin' "Nemmen li għall-bidu li ġriet il-kelma li se jibda X Factor Malta, ħafna Maltin kienu xettiċi dwar il-livell ta' din il-produzzjoni ġewwa pajjiżna. Għandna ħabta li naħsbu li dak li hu lokali mhux ħa jkun ta' livell għoli. Nemmen iżda li X Factor Malta tella' l-livell ta' produzzjonijiet Maltin u kien pjattaforma tajba għal talent ġdid li forsi ma tantx kellu riżorsi biżżejjed biex jieħu sehem u jispikkaw f 'dak li sas-sena l-oħra kien il-Malta Eurovision Song Contest. Jien kelli ċ-ċans ukoll li ngħin fil-produzzjoni tal- programm u stajt nifhem kemm xogħol kien hemm għaddej minn wara l-kwinti. Ix-xogħol fuqu ma bediex minn meta bdew il-programmi fuq it-televixin imma minn xhur qabel fejn bdew isiru t-tħejjijiet għal dak li mbagħad beda jidher f 'Ottubru. Nemmen li X Factor Malta kien produzzjoni eċċellenti, anke meta tqis il-limiti finanzjarji li għandna f 'pajjiżna. Però madankollu, nemmen li l-pajjiż kien kuntent ħafna b'din il-produzzjoni u dan stajt tinnutah anke mir- rispons tan-nies. Tmur fejn tmur kulħadd kien qed jitkellem fuq X Factor Malta, min fit-tajjeb, min fil-ħażin, imma xorta waħda kulħadd kien qed isegwih. X Factor Malta naħseb li ħoloq l-atmosfera tal-Eurovision li tinħoloq f 'pajjiżna fil-bidu ta' Frar u anke f 'Mejju. Nafu kemm bħala poplu aħna akkaniti tal-Eurovision, u għalkemm hawn ħafna min imaqdru kulħadd jintasab quddiem it-televixin mal- ħbieb u l-familja biex jarah. Bis-saħħa ta' X Factor naħseb li l-Maltin ingħaqdu qabel u kulħadd kien qed jappoġġja t-talent lokali fuq tul ta' erba' xhur, mhux biss dakinhar tal-festival fi Frar. Issa jmiss li nerġgħu ningħaqdu f 'Mejju biex nappoġġjaw lil Malta u lir-rappreżentanta jew rappreżentant tagħna. Is-sena d-dieħla żgur li se nkun qed insegwih f 'Ottubru u għal darba oħra se nkun qed nagħti l-appoġġ tiegħi lit-talent lokali!" Krista Caruana Falzon: 'Ħafna mill-kummenti tal-ġurija kienu superfiċjali u ripetittivi' Nemmen li X Factor Malta rnexxa kemm mil-lat mużikali u artistiku kif ukoll mil-lat viżiv hekk kif il-produzzjoni kienet waħda ta' livell għoli u min segwieh fuq it-televiżjoni seta' jgawdi minn spettaklu ta' kwalità li jersaq qrib ħafna tal-livelli internazzjonali. Apparti minn hekk, permezz tiegħu ġew skoperti talenti ġodda li qatt ma konna smajna bihom qabel u għalhekk nemmen li minn dan l-aspett laħaq l-aspettattivi tiegħu. Mill-banda l-oħra nemmen li kien hemm kantanti u anke gruppi li kien ħaqqhom li jintgħażlu ghal-live shows u li għal xi raġuni jew oħra ma ntgħażlux filwaqt li kien hemm min intgħażel għal-live shows u li fl-opinjoni tiegħi ma kienx ħaqqu jintgħażel. Fost l-oħrajn kont nistenna li fl-għażla tal-gruppi kellu jkun hemm ukoll boy band li setgħet tagħti perspettiva differenti u kompetizzjoni akbar fil- grupp ta' Alexandra Alden. Ħaġa li zgur ma naqbilx magħha hija li l-X Factor intrabat mal- Eurovision Song Contest. Ma nemminx li min jirbaħ l-X Factor neċessarjament huwa tajjeb biex jirrappreżenta lil Malta fil- Eurovision Song Contest. Dan għaliex il-Eurovision Song Contest mhuwiex vetrina tat-talent iżda huwa purament spettakklu televiziv u għalhekk l-aktar ħaġa importanti hija kemm il-kanzunetta tkun tal-widna u kemm il-kantant/a jagħti/tagħti performance li tispikka fuq il-palk. Mill-banda l-oħra, l-iskop tal-X Factor huwa li jwelled talent ġdid li jkun jista' jimrah fuq bażi internazzjonali u joħloq artisti li jista' jkollhom karriera mużikali. Minkejja kollox, bla dubju se nkun qed nistenna t-tieni staġun ta' X Factor għax nemmen li joffri opportunità tajba għal kull min għandu talent irrispettivament mill-età u mill-esperjenza mużikali tal-kantanti. Nittama li fl-edizzjoni li jmiss naraw għażla aktar varjata ta' stili mużikali u nittama wkoll li l-ġurija toffri kritika aktar kostruttiva lill-artisti u li minnha jkunu jistgħu jitgħallmu u mhux bħalma ġara ħafna drabi matul l-ewwel edizzjoni, fejn ħafna mill- kummenti tal-ġurija kienu superfiċjali u ripetittivi. X Factor: Tħobbu jew tobogħdu,