Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587
15 15 Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum Minn Luke Caruana F i tmiem is-sena l-oħra, il-Ministru tal-Infrastruttura, Ian Borg, ħabbar li dalwaqt se joħorġu t-tenders għall-proġett tal-mina. Din it-tħabbira hija pjuttost prematura għax għadna ma smajniex dwar studju serju fuq l-impatti soċjali, ambjentali, u ekonomiku. Dan it-tip ta' studju jirrikjedi ħafna xogħol u ħin biex jiġi konkluż, iżda Ian Borg donnu jrid jaqbeż dawn il-proċeduri ta' evalwazzjoni. Għaliex din l-għaġla kollha? Għaliex il-Ministru qed jagħmel minn kollox biex jaħbi l-implikazzjonijiet reali ta' proġett ta' dan il-kobor mill-iskrutinju pubbliku? Huwa ċar li l-Ministru qed jirrikorri għal metodi populisti biex jintgħoġob akkost ta' kollox, minħabba li qegħdin lejlet elezzjoni. Qabel ma jiffurmaw l-opinjoni tagħhom, in-nies jistħoqqilhom ikunu jafu x'inhuma l-alternattivi għal dan il-proġett. Minn dak magħruf s'issa jidher li d-dħul tal-mina x'aktarx se jkun taħt it-Torri Ta' Kenuna fin-Nadur u fiż-żona tal-Għerien fil- Mellieħa, fil-periferiji tal- Manikata. Iż-żewġ żoni huma ta' importanza ekoloġika u rurali kemm għal Malta u kemm għal Għawdex. Fin- naħa ta' Malta, il-mina tista' tħalli konsegwenzi diżastrużi għax l-ilma tal-pjan ta' dan il-post hu wieħed mill-inqas imniġġes ġo pajjiżna. Infatti, fil-passat qarib, pjanijiet għall-korsa tal-golf fl-istess żona ġew imwarrba għal bosta raġunijiet. Il-lista twila ta' raġunijiet mhijiex eżattament magħrufa għax l-Awtorità tat-Turiżmu ta' dak iż-żmien ma kellhiex il-kuraġġ li tippubblika l-Environmental Impact Assessment ta' dak il-proġett. Madanakollu huwa magħruf li l-protezzjoni taż- żona mid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ilma, kienet raġuni ewlenija għall-waqfien ta' dan il-proġett. Min-naħa l-oħra, Ta' Kenuna fin-Nadur tikkonsisti primarjament minn art agrikola li wkoll teħtieġ protezzjoni ekoloġika. Apparti l-isfreġju ambjentali, il-mina se ġġib ukoll konsegwenzi serji oħrajn magħha. Il-kwalità tal-arja żgur se tiddeterjora minħabba ż-żieda fl-emissjonijiet ta' numru sostanzjali ta' vetturi li ser jgħaddu minn hemm kuljum. Din ser ġġib ukoll magħha tniġġis addizzjonali mill-istorbju u mid-dawl fiż- żewġ żoni. Inkunu żbaljati jekk naħsbu li proġett massiċċ bħal dan mhux se jġib problemi kbar fl-inħawi tal-madwar ukoll. Għax dan naturalment se jwassal għat-twessigħ tat- toroq biex minnhom ikun jista' jgħaddi dan it-traffiku ġdid, u ovvjament il-pompi tal-petrol se jiġu kkunsidrati 'neċessarji' u l-lista ta' żvilupp tkompli! Għad irridu nisimgħu x'għandhom xi jgħidu dwar dan ir-rigward il-kunsilli lokali tal-inħawi għax il-kwalità tal-ħajja tar-residenti żgur li se tiġi affettwata. Iktar ma jgħaddi żmien iktar qed nindunaw kemm l-ispazji miftuħa fiċ-ċokon ta' pajjiżna qed isiru ristretti. Allura għaliex għandha tittieħed iktar art meta diġà żviluppajna t-terminals tal-vapuri taċ- Ċirkewwa u l-Imġarr? Il- Gvern qed jinjora alternattivi oħra u qed imexxi akkost ta' kollox mina li tagħti prijorità lill-użu tal-karozza. Għandna nieħdu pass lura mill-karozzi u nipprijoritizzaw lin-nies permezz ta' metodi ta' trasport pubbliku li huma konnessi bejn l-art u l-baħar. Waħda minn dawn l-alternattivi tista' tkun l-introduzzjoni ta' Fast Ferry li tagħmel waqfiet f 'Għawdex, Tas-Sliema, il-Port il-Kbir, u possibilment fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar. Dan imbagħad jista' jkun marbut mas-sistema tal-karozzi tal-linja li jista' jżid rotot ġodda. Din żgur li tkun iktar komda peress li diġà wriet il-fattibbiltà tagħha kemm fil-Port il-Kbir kif ukoll fil-Bajja ta' Marsamxett. Apparti minn hekk, din se tgħin biex ittaffi l-konġestjoni tat-traffiku billi jitnaqqsu l-karozzi privati mit-toroq tagħna: madwar 9,000 karozza kuljum. Hemm fattur importanti ieħor li ftit li xejn qed jissemma: l-istrateġija ekonomika attwali ta' Għawdex. Filwaqt li huwa importanti li nħarsu lejn modi oħra biex intejbu r-rabtiet tat-trasport bejn Malta u Għawdex, huwa importanti li wieħed jara għalfejn l-Għawdxin qed jiġu prattikament kostretti li jivvjaġġaw lejn Malta biex jaħdmu. Huwa evidenti li l-Gvern falla fil-pjanijiet ekonomiċi tiegħu għal Għawdex, u qed jaħbi n-nuqqasijiet tiegħu lill- poplu Għawdxi billi joffri mina bħala soluzzjoni. Mhux komprensibbli kif lesti li jinvestu ammonti kbar ta' flus f 'mina però m'hemmx l-istess ħeġġa ta' investiment fl-iżvilupp ekonomiku ta' Għawdex. F'ekonomija li hija mmirata iktar minn qatt qabel lejn id- dimensjoni diġitali, Għawdex għandu jkun plejer importanti ta' dan il-pjan strateġiku. Dak li Għawdex verament jeħtieġ kemm jista' jkun malajr huwa t-tieni fibre optic cable sabiex inħeġġu lin-negozji ġodda jistabbilixxu ruħhom fuq din il-gżira. Dan jista' jwassal għal tkabbir ekonomiku mingħajr l-ebda riskju li jiġu ssagrifikati l-assi naturali u storiċi li huma tant importanti għas- settur tat-turiżmu, is-sinsla tal-ekonomija Għawdxija. L-alternattivi realistiċi għal mina huma bosta u nħeġġeġ lil Ian Borg jieħu pass lura qabel ma jkun tard wisq. Jiena ċert li ma jixtieqx li jkun imfakkar bħala l-persuna li kkawżat ir-rovina tat- Tramuntana ta' Malta u ta' Għawdex. Luke Caruana huwa PRO u Kandidat għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa f 'isem l-Alternattiva Demokratika Opinjoni Il-mina mhijiex l-aħjar soluzzjoni Inħeġġeġ lil Ian Borg jieħu pass lura qabel ma jkun tard wisq. Jiena ċert li ma jixtieqx li jkun imfakkar bħala l-persuna li kkawżat ir-rovina tat-Tramuntana ta' Malta u ta' Għawdex. Iż-żewġ żoni huma ta' importanza ekoloġika u rurali kemm għal Malta u kemm għal Għawdex. Fin-naħa ta' Malta, il-mina tista' tħalli konsegwenzi diżastrużi