Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum 'Nemmen li għandna l-kapaċità li nkomplu nikbru u niżviluppaw l-waterpolo tan-nisa f'Malta' - Rhea Cutajar minn Cristian Antony Muscat RHEA Cutajar, fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Bdejt fix-xena tal-isport akwatiku ta' età żgħira, meta l-ġenituri ħaduni biex nibda ngħum ma' Skola Sport. Minnhemm bdiet l-imħabba tiegħi lejn l-ilma. Bdejt ngħum man-Neptunes u taħt il-gwida ta' ħafna kowċis, iżda b'mod speċjali Gail Rizzo, irnexxieli nikseb ħafna riżultati tajbin, fosthom National Age Group Record fil-100m Butterfly u diversi midalji fil-FISEC Games. Dan ir-riżultat wassalni biex nibda wkoll nitħarreġ mal-iskwadra Nazzjonali tal-għawm taħt il-gwida tal-kowċ Andy Colbourn. Ta' 16-il sena sofrejt minn injury li bdiet iżżommni lura milli nagħti l-aqwa tiegħi fl- għawm u minħabba l-fatt li jien it-tip ta' persuna li dejjem irrid nagħti l-mija fil-mija tiegħi f 'kulma nagħmel, ħadt id-deċiżjoni li nirtira mill-għawm, diversi snin qabel xtaqt nirtira. Xi ftit snin wara, fl-2013, Gail Rizzo, flimkien ma' Mariella Erdogan, Roberta Stellini u Sandro Bianchi kienu kkuntattjawni bl- iskop li nibda nilgħab waterpolo mal-iskwadra li kienu qegħdin jgħaqqdu n-Neptunes biex jipparteċipaw fil- Kampjonat tan-nisa li kien ser jibda matul dak is-sajf. Minn dejjem kont interessata fil-logħba tal- waterpolo peressli kont ninżel il-pixxina nara l-logħob tal-waterpolo ma' missieri, u anke ħija Mikhael li dak iż-żmien kien għadu jilgħab il- waterpolo. Fl-ewwel sena tiegħi f 'dan l-isport tgħallimt ħafna.Fl-iskwadra kellna lil Maddalena Musumeci li kienet membru tat-tim nazzjonali Taljan li kien rebaħ midalja Olimpika xi snin qabel, u flimkien ma' Sandro Bianchi li kien il-kowċ tagħna, kellhom ħafna paċenzja u għallmuna kollox mill-bidu biex spiċċajna rbaħna l-Kampjonat. Għalkemm minn dejjem kont involuta fl-isport, kemm fl-għawm u anke f 'diversi sports oħra l-iskola, din kienet l-ewwel darba li ħadt sehem f 'team sport u kienet esperjenza differenti għall-fatt li trid tikkordina ma' ħafna persuni differenti u li titlef u tirbaħ flimkien huwa differenti ħafna minn sport individwali bħall-għawm. Fis-sena 2017, li kienet ukoll l-aħħar sena tiegħi l-Università ta' Malta, fejn iggradwajt fil-Fiżjo- terapija, għenni ħafna l-fatt li konna qegħdin nittrenjaw kważi kuljum taħt id-direzzjoni ta' Anthony Farrugia, il-kowċ nazzjonali tan- Nisa li konna qegħdin nitħarrġu biex nippruvaw nikkwalifikaw għall- Kampjonati Ewropei. Din is-sena kienet importanti għalija peressli komplejt nitgħallem iktar, u t-taħriġ serva biex jgħinni nnaqqas xi ftit mill-istress tal-aħħar sena u għenni niffoka fuq l-affarijiet li nkun qed nagħmel f 'waqthom. Personalment, naħseb li l-isport huwa importanti ħafna waqt l-istudju għax jgħinek billi jtik pawża mill-istudju, u jġiegħlek tkun iktar organizzat fil- ħin tiegħek. Minbarra li kont ngħum sal-età ta' 16-il sena, ili ngħallem l-għawm għal ħafna snin, u infatti din is-sena għalaqt għaxar snin bħala għalliema tal- għawm ma' Swimming Workshop li xi snin ilu ngħaqdu ma' San Ġiljan, fejn Swimming Workshop tikkordina l-iskola tal- għawm u San Ġiljan jieħdu ħsieb il-waterpolo, taħt isem kollaborattiv. Minħabba r-relazzjoni tiegħi mas-Swimming Workshop, u peressli minħabba l-ħidma tagħhom ma' San Ġiljan, kont involuta ħafna fl- iżvilupp sportiv tat-tfal Ġiljanizi, fis-sajf tal-2018 iddeċidejt li ningħaqad ma' San Ġiljan biex inkun nista' nagħti l-mija fil-mija tiegħi lejn il- klabb. Kont fortunata biżżejjed li l-membri tat- tim tan-nisa ta' San Ġiljan laqgħuni b'idhom miftuħa. Matul l-aħħar sajf ħdimna ħafna flimkien taħt id-direzzjoni tal-kowċ Dale Dowling u ksibna riżultati li ma konniex qed nistennewhom. Wara bidu xi ftit diffiċli, sal- aħħar tas-sajf urejna li aħna tim li kapaċi jagħti sfida lit-timijiet stabbiliti bħall-Exiles u Sliema u ninsab kburija ħafna bl-iskwadra u dak li għamilna fi żmien qasir ħafna. Aħna fortunati ħafna li għandna sapport kbir mill-kumitat ta' San Ġiljan u l-kowċ Dale jagħti ruħu u ġismu għalina biex jarana mexjin 'il quddiem u dejjem jemmen fil- kapaċitajiet tagħna kollha.U minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri ta' ħafna mill-plejers ta' kull klabb speċjalment lil ommi u lil missieri li dejjem ikunu hemm kemm għalija kif ukoll għall-ħija biex jissapportjawna u jippromwovu dan l-isport li tant inħobbu. Bħalissa, it-tim għaddej bit-taħriġ tax-xitwa, bl- għan li nkomplu ntejbu r-riżultati tajbin tas-sajf li għadda u forsi sena oħra nirbħu xi tazza wkoll. Fuq livell personali, nixtieq li nkompli nikber fl-isport u jkolli l-opportunità nilgħab kemm f 'Malta kif ukoll nirrapreżenta lil pajjiżi fuq livell internazzjonali wkoll. Għalkemm l-isport tal- waterpolo tan-nisa huwa sport pjuttost ġdid għall- waterpolo f 'pajjiżna, nemmen li għandna l-kapaċità li nikbru u nkomplu niżviluppaw. Nixtieq nara iktar nisa jinteressaw ruħhom fil- logħba u jitħajru jilagħbu l-waterpolo bħala sport prinċipali tagħhom. Nixtieq li jkun hawn iktar opportunitajiet għat- tfajliet iżgħar jitħarrġu fin-nurseries għaliex dawn it-tfajliet huma l-futur tal-isport tagħna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019