Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum Taqbel ma' 14-il tim fil-Premier Malti? Ħa nkun onest miegħek. Ma tantx qed nara logħob tal-kampjonat Premier. Milli qed nisma' ma tantx iddejjaqni din l-idea. Fil-verità meta nara r-riżultati ma tantx għadek tara skors kbar. It-timijiet saru ferm viċin xulxin. Però kif għedtlek ma tantx nista' nikkummenta wisq fuqha minħabba li ma tantx għadni nara logħob. Iżda int li tilgħab fl-Ewwel Diviżjoni taħseb li 14-il tim huma ħafna? Le, jien ma ngħidx li hawn ħafna timijiet. Kemm ili jien f 'din id- diviżjoni, il-livell għadu konsistenti. Fil-fatt bejn min qiegħed ma' tal- ewwel għal min qiegħed lejn l-aħħar fil-klassifika, m'hemmx xi differenza ta' barra minn hawn. Fl-ewwel diviżjoni l-konsistenza hija kollox. U kemm taqbel mar-regola li tista' ddaħħal sa 11-il barrani fl-ogħla kampjonat Malti? Ifhem qatt ma dejqitni tal-barranin. Li niddejjaq hu li xi kultant ċerti timijiet ma jifilħux jixtru ammont kbir ta' barranin minħabba l-baġit ristrett li għandhom. Ovvjament int trid tqis ukoll li trid tipprovdilu karozza, appartament u affarijiet bażiċi oħra. Il-bqija r-regola tal- barranin tista' tfisser kompetizzjoni għall-plejers Maltin li naf li jsibu posthom mat-timijiet rispettivi tagħhom jekk huma tajbin. Bħalissa int qed tilgħab ma' Vittoriosa Stars fil-kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni. Kemm int kuntent magħhom? Ninsab ferm kuntent. Il-klabb qisu familja waħda. Bħala plejers hemm għaqda tajba. Hemm plejers li ilhom hemm u dan huwa fattur pożittiv. Il-kumitat jaħdem bla heda sabiex dejjem itejjeb dak li għandu. Mill- banda l-oħra l-kowċ Robert Cassar jipprova jieħu l-aħjar mill-iskwadra li għandu. Int għandek 42 sena u int wieħed mill-ikbar plejers fl-Ewwel Diviżjoni. X'inhu s-sigriet li tibqa' tilgħab futbol fl-ogħla livelli? Naħseb li l-passjoni tal-futbol iżżommni għaddej. Il-logħba nħobbha ħafna u nħossni li għadni tajjeb fiżikament. Fil-karriera tiegħi qatt ma lgħabt taħt pressjoni anzi nilgħab biex nieħu gost. Din il- filosofija għenitni sabiex nirnexxi fil-karriera tiegħi. Dejjem trid toħroġ l-aħjar tiegħek imbagħad jiġri li jrid. Taħseb li tistgħu ssalvaw? Iva, nemmen li għandna tim tajjeb biżżejjed biex insalvaw postna. Kieku rbaħna aktar logħbiet qegħdin fil-pożizzjoni ta' fuq. Imma dak hu l-ewwel diviżjoni! Taħseb li hemm qabża bejn il- Premier u l-Ewwel Diviżjoni? Bil-barranin żgur li hemm distakk. Meta lgħabna kontra Tarxien Rainbows fl-FA Trophy rajna d-differenza. Fil-verità qabża hemm imma mhux daqshekk. Il-kampjonat Premier mhux faċli u ż-żgħar iridu jaraw kif ser ilaħħqu ma' dak il-livell. Fattur pożittiv fl-ewwel diviżjoni hu li qed ikun hemm tfal tajbin jilagħbu u jalla dan it-talent jiġi esportat fil- Premier. Meta kont tifel u żagħżugħ kont timmaġina li se tilgħab 700 logħba? Għalija dan unur kbir u qatt ma stennejt meta tqis li lanqas kont ser inkompli. Fil-karriera tiegħi kont ixxurtjat li ma tantx kelli injuries. Kull fejn kont dejjem lgħabt b'mod regolari u kont għal qalbi. Imma taħseb li tħossok tajjeb biex tilgħab fil-Premier? Ifhem moħħi forsi hekk jgħidli imma ma naħsibx. Meta lgħabt kontra Tarxien ma ħassejtnix ħuta barra mill-ilma. X'qed tara fil-futur? Dan jista' jkun l-aħħar staġun tiegħek? Ma nafx ngħidlek. Għalissa qed nilgħab u qed nieħu gost. Taħseb li għad narawk fil-kariga ta' kowċ? Ma tantx narani kowċ. Nibqa' involut żgur iżda mhux bħala kowċ. X'inhu l-aħħar messaġġ li tagħti lil dawk li qed jaspiraw li jaqbdu karriera fil-futbol? L-ewwel u qabel kollox jien nara l-futbol bħala l-mera tal-ħajja. Xi kultant ikollna t-tlugħ u l-inżul tagħna u biex tirnexxi hemm bżonn ħafna sagrifiċċji, dedikazzjoni u pożittività. Jekk ikollok dawn l-ingredjenti tasal fejn trid. Dejjem għandek tkun umli u tagħti l-mija fil-mija tiegħek dejjem. lħaqt it-tragward tas-700 partita huwa unur kbir' Huwa plejer ta' Vittoriosa Stars -Ewwel Diviżjoni. Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l- futbol Malti -aħħar snin. Riċentament laħaq it-tragward tas-700 partita l-karriera tiegħu fejn barra f 'pajjiżna, lagħab ukoll -Ingilterra. Kien pedina importanti tat-tim nazzjonali Malti waqt li f 'pajjiżna lagħab ukoll ma' Marsaxlokk, Sliema Wanderers, Valletta, Balzan u Gżira United. JAMIE PACE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019