Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 | illum għax-Xgħajra.' Ir-residenti kontra li tinbena l-kosta Kif wasalna f 'din is-sitwazzjoni? Lura fl-2013, il-Gvern kien ħatar bord għall-evalwazzjoni tal-proposti għar-reklamazzjoni tal-art, iżda fl-aħħar snin ftit issemma dwarha, sakemm jiem ilu, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera ddikjara li r-reklamazzjoni tal-art hija bżonn u "żgur trid issir." Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien saħaq li l-iskart tal-kostruzzjoni li se jkun iġġenerat mill-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex jista' jintuża għar-reklamazzjoni tal-art. Huwa insista li din il-mina se tkun qed tiġġenera skart tal-kostruzzjoni daqs dak li jkun iġġenerat fi tliet snin, u saħaq li dan ma għandux sempliċiment jintrema fil-baħar. "Din hija riżorsa u għandna nagħmlu użu minnha," kompla Muscat. Il-Prim Ministru kien semma Baħar iċ-Ċagħaq bħala waħda miż-żoni l-aktar adwegwati, anke jekk semma diversi ostakli għal din iż-żona, fosthom minħabba posidonia, jew alka partikolari li jkun hemm fl-inħawi, liema posidonia hija protetta permezz ta' liġijiet ambjentali Ewropej. Intant, f 'intervista separata mal-gazzetta oħt MaltaToday, id-Direttur tal-Awtorità għall- Ambjent u r-Riżorsi Michelle Piccinino kienet spjegat li, "l-Awtorità għadha għaddejja bl- ispezzjonijiet tagħha biex tidentifika l-aħjar post, u li ma hemm l-ebda deċiżjoni konklużiva fuq is-sit partikolari." Fl-istess intervista hi kienet saħqet li, "il-kosta tan-Nofsinhar hija eskluża minħabba li qiegħ il-baħar mhux ideali għar-reklamazzjoni u kif żoni viċin il-Port il-Kbir ma jistgħu qatt ikunu magħżula għar-reklamazzjoni." Min-naħa l-oħra hi kienet qalet li, "iż-żoni kollha mal-kosta minn Marsaxlokk sat- Tramuntana ta' Għawdex jistgħu jkunu ideali."