Illum previous editions

ILLUM 27 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1075587

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

T ieħux qatgħa jekk għadek ma smajtx bit-tabib Kermit Gosnell li nstab ħati li għamel mijiet, jekk mhux eluf ta' aborti illegali għax għamilhom fuq trabi iżjed avvanzati fiż-żmien milli tippermetti l-liġi fl-Amerika. Dan ġara għax kemm il-mezzi soċjali ta' komunikazzjoni, kif ukoll politiċi li ppruvaw jinjoraw il-ġrajja kollha. Kienet ir-rieda qawwija ta' żewġ ġurnalisti li ħadmu biex din l-istorja tixxandar kollha kemm hi fid- dinja tal-films. Sehem il-Pulizija Fl-aħħar tas-snin 2000 id- detektiv James "Woody" Wood (li fil-film jaħdem il-parti Dean Cain u sieħbu) innotaw li qed isseħħ żieda fil-mediċini mqassma illegalment fit-toroq ta' Philadelphia, fl-istat ta' Pennsylvania u s-suspett waqa' fuq il-klinika tal-Women's Medical Society, proprjetà u operata minn Dr. Gosnell. Fit-18 ta Frar 2010, il-pulizija għamlu tfittxija fil-klinika mad-DEA (Drugs Enforcement Agency). Hemmhekk sabu waħx ta' faċilitajiet mediċi mħarbta, taħwid fir-reġistri u l-akbar xokk kienu l-biċċiet tal-feti tat-trabi maħżuna f 'basktijiet tal-plastik. F'parti mill-film jidhru saqajn maqtugħa ta' trabi fil-friġġ tal-kamra tal-ikel. Dr. Gosnell fil- film jidher kalm waqt it-tfittxija, tant li baqa' jitma' lill-fkieren li kellu! Ma kienx dan l-ewwel rapport dwar Gosnell, imma il- klinika tiegħu kienet ilha ma tisfa spezzjonata mill-1993. Diversi gvernaturi tal-Istat kienu qed jagħlqu għajnejhom għall-ksur tal-liġi dwar l-abort biex ma jaqilgħux polemiki. Bla liċenzja Meta baqgħu japprofondixxu l-investigazzjonijiet tagħhom, instab li ħafna mill-ħaddiema tal-klinika ma kellhomx il-liċenzja biex jagħmlu dax- xogħol u stqarrew li t-tabib kien ħadha bħala rutina li kien qed jikser il-liġi billi jopra aborti lil hinn mil-limiti legali ta' 24 ġimgħa. U ħafna drabi l-pazjenti kienu jimirdu b'mard venereju fil-klinika fejn kien jinħass in- nuqqas ta' iġene. L-akbar xokk kien li meta l-feti abortiti kienu juru sinjali ta' ħajja, Dr. Gosnell kien jaqsmilhom ix-xewka ta' daharhom mill-għonq permezz ta' mqass! Tfittxija fid-dar ta' Gosnell Hemmhekk il-pulizija sabu prova ta' kemm kien sar għani Dr. Gosnell. Id-dar kienet maħmuġa u l-film ġieb xena ta' mużika ħelwa waqt li Dr. Gosnell bil-ħwejjeġ ta' ġewwa kien qed idoqq siltiet mill-mużika ta' Chopin. Gosnell arrestat Fid-19 ta' Jannar Gosnell ġie arrestat u akkużat b'mijiet ta' ksur tal-liġi imma b'mod prinċipali talli kien qed jagħmel abort iżjed tard milli tippermetti l-liġi. Dr. Gosnell qabbad bħala avukat difensur lil Dr. Michael Cohan, wieħed mill-aqwa avukati difensuri fl-Istat ta' Pennsylvania. Imma issogra jtella' jixhed abortist magħruf u dan stqarr li għalkemm il-klinika ta' Gosnell kellha dan ma kienx jammonta għall-qtil, kif jingħad għal kull abort. B'hekk anke f 'din il-kawża ħareġ il-waħx li jinsab fil-qalba ta' kull abort. Fejn baqgħu l-gazzetti u r-radjijiet u t-televiżjoni? Spikkaw billi ma dehrux biex jirrapportaw il-każ mill- qorti. Għamlu bħall-politiċi u ppreferew li jibqgħu 'l bogħod mill-qorti. Imma kien hemm blogger, J.D.Mullane li ppubblika ritratt tas-siġġijiet vojta li fihom is-soltu joqogħdu r-reporters u taħtu dehret mistoqsija: preġudizzju tal-medja? Ir-ritratt laqat l-attenzjoni tal-mezzi nazzjonali u internazzjonali ta' komunikazzjoni. Il-waqt tal-għaġeb ta' Baby A L-aqwa waqt tal-kawża kien meta Betty, waħda mill- ħaddiema tal-klinika ddeċidiet li tieħu ritratt tal-katavru ta' tarbija A u din dehret l-ewwel tirrifjuta li tixhed imbagħad taċċetta l-istedina tad-ditektiv Woods biex turi r-ritratt tat- tarbija bħala xhieda tal-qorti. Ix-xena xokkanti tikkonsisti fl-avukat ġenerali tad-distrett juri r-ritratt lit-12-il-ġurat li kienu qed jieħdu sehem fil- kawża, li dehru xxukkjati. Is-sentenza Fit-13 ta' Mejju 2013 Dr Kermit Gosnell ingħata sentenza ta' ħabs għal għomru mingħajr possibilità ta' libertà kundizzjonata, ħati tal-qtil ta' tlitt itrabi li twieldu ħajjin kif ukoll tal-qtil ta' immigrant mill-Burma, li l-abort tiegħu ma rnexxiex. Il-ktieb li kitbu Me Aleer u Ann McElhinney ltaqa' mat- tfixkil fil-bejgħ għax anke n-New York Times irrifjutat li tqiegħdu mal-aqwa kotba tas-sena. U l-film baqa' rieqed għax ebda film studio ma interessa ruħu fih. Biex ħareġ il-film f 'Ottubru 2018 kellha ssir ġabra għall- fondi li għaliha taw sehemhom 29,000 individwu. Din hi l-storja ta' diversi wlied t'Alla li sabu rwieħhom fil-klinika maħmuġa ta' Dr. Gosnell! illum | Il-Ħadd 27 ta' Jannar 2019 16 Opinjoni I l-Prim Ministru Joseph Muscat ikollu raġun meta jenfasizza l-ħtieġa li tal-linja tkun b'xejn għal kulħadd. It-trasport pubbliku llum hu ħafna aħjar minn żmien it-taħwid tal- Arriva, meta suppost kellu jibda żmien ġdid taħt Austin Gatt u Manwel Delia. Kienu qalulna li żmien il- bużullotti spiċċa! Il-Gvern diġà introduċa diversi skemi li bihom offra trasport pubbliku bla ħlas lil numru limitat ta' persuni, fosthom żgħażagħ u pensjonanti. L-użu tat- trasport pubbliku żdied b'mod sostanzjali matul dawn l-aħħar erba' snin: minn 39.9 miljun passiġġier fl-2015 għal 53.4 miljun passiġġier fl-2018. Żieda ta' 33.8% f '4 snin! Prosit lill-Malta Public Transport li tħaddem is- servizz. Dawn in-numri jfissru li hemm il-possibiltà li mijiet, jekk mhux eluf, ta' karozzi jitneħħew mit-toroq grazzi għal dawn il-miljuni li għamlu għażla favur it-trasport pubbliku matul dawn l-erba' snin. Dan hu fatt fundamentali biex fuqu tinbena l-implimentazzjoni tal-politika tat-trasport. Il-Pjan Nazzjonali tat- Trasport (Transport Master Plan 2025), li hu operattiv fuq għaxar snin mill-2016, jidentifika l-problema bażika tal-politika Maltija dwar it- trasport: ma nippjanawx fit-tul. Bħala riżultat ta' dan, miżuri pożittivi jkunu inqas effettivi milli ppjanat, għax jiffokaw biss fuq il-probema mingħajr ma jħarsu lejn l-impatti li din tiġġenera. Il-viżjoni tagħna jidher li twassal sa erba' snin, jgħidilna l-Pjan Nazzjonali tat- Trasport. Ħarsu, pereżempju, lejn id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru favur trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd. Din tikkuntrasta ma' proġetti kbar konnessi mal- infrastruttura tat-toroq bħall- proġett Central Link. Dawn huma kontradittorji. Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru tfisser li numru ikbar minna ser ikunu inkoraġġiti jagħżlu li jużaw it-trasport pubbliku okkażjonalment inkella fuq bażi regolari. Bħala riżultat ta' dan hemm il- potenzjal ta' tnaqqis sostanzjali ta' iktar karozzi mit-toroq tagħna. Allura, nistaqsi, x'inhu l-iskop ta' proġett bħas-Central Link jekk il-Gvern innifsu qed jieħu miżuri li jistgħu jwasslu għat-tnaqqis tal- karozzi mit-toroq. Għax jekk il-karozzi jonqsu l-problema tal-konġestjoni tibda tissolva, u dan bil-possibiltà li l-proġett ikun jista' jew ma jsirx inkella jsir b'mod ridott. L-id il- leminija tal-Gvern jidher li m'għandhiex idea ta' dak li qed tagħmel l-id ix-xellugija! Nafu, mill-Pjan Nazzjonali tat-Trasport, li ħamsin fil-mija tal-vjaġġi li jsiru minn karozzi privati huma vjaġġi ta' durata qasira; ta' inqas minn ħmistax- il minuta. Dawn ikunu vjaġġi ta' distanzi qosra fl-istess lokalità, inkella f 'lokalità fil-viċin. Immaġinaw politika tat-trasport li b'mod effettiv tiffoka fuq dan it-tip ta' vjaġġi bi trasport pubbliku reġjonali inkella b'servizz ċirkulari fil-lokalitajiet il-kbar. Il- possibiltà li tnaqqas sa ħamsin fil-mija tal-karozzi mit-toroq hu sodisfazzjon enormi għal sforz ta' din ix-xorta, għax la hemm bżonn flyovers u lanqas investiment enormi fl-infrastruttura tat-toroq biex jinkiseb dan ir-riżultat. Kulma jkun meħtieġ hu biss ftit sens komun u l-kapaċità li wieħed jippjana fit-tul. L-alternattiva għal dan tkompli żżid it-traffiku u l-konġestjoni tat-toroq. Il-mira fit-tul tal-politika Maltija tat-trasport hi ċara fil- Pjan Nazzjonali tat-Trasport: it-tnaqqis tal-karozzi mit-toroq tagħna. Dan iżid il-mobilità billi jwassal għal użu ta' alternattivi sostenibbli bħat- trasport pubbliku, l-użu tar- rota, il-mixi, u anke t-trasport bil-baħar bejn il-lokalitajiet fil-portijiet. Bla dubju niftakru li studju li sar fl-2015 mill-Università ta' Malta identifika li bħala medja kull wieħed minna jqatta' 52 siegħa mwaħħal fit-traffiku kull sena. Dan il- ħin moħli nistgħu nnaqqsuh mingħajr infiq straordinarju fl- infrastruttura tat-toroq tagħna. Il-Ministru tat-Trasport Ian Borg għandu bżonn jeżamina l-prijoritajiet tiegħu sew. Nistennew li jikkommetti ruħu favur il-Pjan Nazzjonali tat- Trasport fit-totalità tiegħu! Tal-linja b'xejn CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com DUN ANG SEYCHELL L-abortist li weħel għomru l-ħabs

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 January 2019