Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 03 ta' Frar 2019 ... Tkompli minn paġna 1 Din il-gazzetta tista' tiżvela illi l-prezz li titlob La Cava Operations għal kull trakk li jarmi l-iskart huwa ta' €360. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi lejn il- barriera jmorru madwar 180 trakk kuljum li jitfgħu l-iskart fiha. Dan jammonta għal madwar €64,800 kuljum jew €1.2 miljun fix-xahar, jiġifieri €15-il miljun fis-sena. Dawk li tkellmu mal- ILLUM sostnew illi jkun hemm ġranet fejn in-numru ta' trakkijiet jista' saħansitra jlaħħaq il-250 trakk u allura d-dħul ikun ikbar. La Cava Operations Ltd hija magħmula minn Tum Investments li għandha 51% tal-ishma u V&C Contractors, li hija fost il- kumpaniji li rebħu t-tender biex isir ix-xogħol fi Triq tal-Balal, min-Naxxar sa San Ġwann. Fil-fatt kemm id-diretturi, ir-rappreżentanti legali kif ukoll dawk ġudizzjarji huma Vincent Borg (V&C) u Silvan Fenech (Tum Investments). Tajjeb wieħed jiċċara li l-prezz ta' €360 kull trakk jgħodd miegħu ż-żidiet li għadhom kemm tħabbru din il-ġimgħa, żidiet li qajmu ħafna tħassib fost dawk li jaħdmu fis-suq tal-proprjetà. Fil-fatt nhar it-30 ta' Jannar, il-gazzetta oħt Maltatoday żvelat kif il-prezz tar-rimi tal- iskart se jiżdied biex b'hekk il-prezz ta' kull tunnellata ta' skart tal-kostruzzjoni mormi fil-barriera se jiżdied minn €7 sa €12 għal kull tunnellata. Intant l-iskart mit-twaqqigħ se jiżdied minn €10 għal kull tunnellata għal €25. Dawn iż-żidiet jikkostitwixxu żieda ta' madwar 70%. Il-Ministru Josè Herrera kien ċaħad illi kien il- ministeru direttament li ħareġ jew li talab biex joħorġu l-permessi għal din il-barriera. Huwa qal li dan il-permess kien ħareġ ma' numru ta' oħrajn. Possibilità ta' €64,000 kuljum fix- xahar grazzi għal żball ministerjali Maurice Mizzi, l-eks sid tal-barriera