Illum previous editions

ILLUM 3 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

ILKUMMISSARJU għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Oliver Scicluna, qal mal-gazzetta ILLUM li jeħtieġ ikunu introdotti skemi li jgħinu b'mod finanzjarju lin-negozji żgħar biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ħwienet tagħhom aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Fir-rapport annwali, ippubblikat mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD), jirriżulta li minkejja l-kuxjenza li qed titqajjem, għar-raba' sena konsekuttiva, l-aċċessibilità kien l-aktar fattur li dwaru l-Kummissjoni rċeviet ilmenti. Dan hu l-ewwel rapport ta' sena sħiħa ħidma għall- Kummissjoni (2016/2017), minn meta fl-2016 daħlu fis-seħħ l-emendi fl-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs. Tul il-perjodu li dwaru jitkellem ir-rapport, is-CRPD irċeviet total ta' 86 ilment. Anke jekk dan kien ifisser 45 ilment inqas mis-sena ta' qabel, Scicluna insista li l- n-nuqqas ta' aċċessibilità jibqa' wieħed mill-akbar ostakli li l-persuni b'diżabilità jħabbtu wiċċhom magħhom kuljum. Kien hawnhekk li d-diskors waqa' fuq negozji żgħar, fosthom ristoranti u kafetteriji li wħud minnhom jibqgħu mhux aċċessibbli għal kulħadd, bil-Kummissarju Oliver Scicluna jisħaq dwar il-bżonn ta' skemi li jgħinu lil dawn is-sidien biex iwettqu l-bidliet infrastrutturali meħtieġa fil-faċċati tan- negozji tagħhom bl-għan li jkunu aktar aċċessibbli. Scicluna fakkar f 'rapport ippubblikat is-sena li għaddiet u li fost oħrajn wera kif minn 300 stabbiliment u binja fil- Belt Valletta, 30 biss huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. "Aħna nippretendu li jekk fil-Belt Valletta hemm 300 stabbiliment, almenu jekk mhux kollha, 250 minnhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd," saħaq Scicluna. "Inutli noħorġu rapport wara l-ieħor u nibqgħu fejn aħna." Iżda kieku wieħed jifli xi ftit ir-rapport, jinduna li ċertu diffikultajiet li qed jiffaċċjaw persuni b'diżabilità, jistgħu faċilment jiġu evitati bi ftit ta' attenzjoni u ħsieb min-naħa tas-sidien. Għalfejn faċilitajiet sanitarji f 'ristorant, li suppost jintużaw minn persuni b'diżabilità, għandhom jinbidlu f 'maħżen? Jew għalfejn counter f 'supermarket rinomat ma għandux ikun magħmul b'tali mod li jkun aċċessibbli minn kulħadd? 'Għalfejn għadna nibnu bankini ġodda mhux aċċessibbli?' Iżda l-problema mhijiex biss tan-negozji żgħar, hekk kif fost oħrajn, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità lmenta dwar nuqqas ta' koperazzjoni li teżisti bejn entitajiet diversi u nuqqas ta' monitoraġġ u ċertifikazzjoni fuq xogħlijiet li jsiru. "Ma hemmx għalfejn inħarsu 'l bogħod. Nistgħu nibdew mill-infrastruttura, partikolarment il-bankini," saħaq Scicluna. "Għalfejn mhux dejjem nimxu mal- istandards? Ilmenta dwar il-fatt li minkejja l-kuxjenza li l-Kummissjoni tipprova tqajjem, għadhom qed jinbnew bankini ġodda li persuni b'diżabilità, partikolarment dawk li jużaw is-siġġu tar-roti, isibuha diffiċli biex jaċċessaw, kemm minħabba l-wisgħa u anke minħabba li ma jkunux jinkludu rampi. Filwaqt li qal li jifhem lil dawk il-Kunsilli Lokali li ma jkunux jistgħu jagħmlu bankini wiesgħa biżżejjed, minħabba t-toroq dojoq, saħaq li wieħed jippretendi li f 'toroq prinċipali u wiesgħa, bankini ġodda jinbnew b'tali mod li jaħsbu wkoll f 'persuni b'diżabilità. Mistoqsi jekk il- Kummissjoni ssegwix dawn il-proġetti, Scicluna saħaq li tkun involuta f 'ħafna mill- proġetti l-kbar, madanakollu insista li anke minħabba r-riżorsi tagħha huwa impossibbli li ssegwi fuq il-proġetti kollha jew fuq kull bankina li tkun qed tinbena. Bħall-eżempji msemmija, anke fejn jidħlu l-bankini u infrastruttura oħra, ċertu ostakli għall-persuni b'diżabilità setgħu ġew evitati. Fost dawn, ir-rapport isemmi sleeping police f 'nofs zebra crossings li jagħmluha diffiċli għall-persuni nieqsa mid- dawl jew inkella bi problema ta' mobilità, arbli tad-dawl u tabelli f 'nofs bankina, subways u bus stops mhux aċċessibbli. Oħrajn, kienu frott ta' xi ftit tal-egoiżmu bħal karozzi pparkjati ħażin fuq il-bankina, kannestri tal- ħaxix jew xi rail bil-ħwejjeġ u l-famużi mwejjed u siġġijiet li jostakolaw il-passaġġ. F'sena jiġu revokati 1,200 Blue Badge Ġaladarba semmejna l-karozzi pparkjati ħażin, ma' Oliver Scicluna ma stajniex ma nitkellmux ukoll dwar il-Blue Badge hekk kif minkejja li issa din għandha bażi legali u żdied l-infurzar kontra min jabbuża mill- parkeġġ jew mid- dokument innifsu, xorta waħda għad hawn min jiġi u jaqa' u jqum. "Mhux qed nippretendu li f 'sena jinbidel kollox," saħaq Scicluna iżda insista li wieħed jista' faċilment jevita li joħloq inkonvenjent għal ħaddieħor. "Lili personalment din taffettwani ħafna u bħali ħafna persuni oħra li għandhom problema ta' mobilità." Anke jekk l-Att dwar il- Konċessjonijiet ta' Parkeġġ għal Persuni b'Diżabilità jiddikjara li l-ilmenti dwar abbuż ta' Blue Badge għandhom jiġu indirizzati lill- Pulizija, il-Kummissjoni xorta waħda tilqa' rapporti. L-akbar ammont ta' rapporti li rċeviet il-Kummissjoni bejn Jannar u Diċembru tal-2017 kien rigward abbuż ta' parkeġġi għall-persuni b'diżabilità, filwaqt li s-sena ta' qabel l-akbar ammont ta' rapporti kien jirrigwardja abbuż ta' Blue Badges. Scicluna saħaq li tul din l-aħħar sena, il-Kummissjoni rrevokat 1,200 Blue Badge. Fost il-każijiet kien hemm persuni li nqabdu jabbużaw minn dan id-dokument u każijiet ta' persuni li għamlu fotokopja tal-Blue Badge. Il-Kummissjoni, li hija l-entità responsabbli mill-ħruġ ta' dan il-permess, kull meta illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 Aħbarijiet 8 In-nuqqas ta' aċċessibbilità jibqa' l-akbar ostaklu li jiff aċċjaw il-persuni b'diżabilità. Il-Kum- missarju għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità jitkellem mal-gazzetta ILLUM. X'hemm bżonn isir? Minn fejn se nibdew? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Negozji żgħar għandhom jingħataw isiru aktar aċċessibbli għall-persuni Oliver Scicluna

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 February 2019