Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1078257
12 Intervista illum | Il-Ħadd 3 ta' Frar 2019 M ichael Falzon huwa l-ministru bi probabbilment l-aktar portafoll importanti l-Gvern, mhux biss f 'dan il-Gvern imma prattikament kull Gvern, lokalment u fuq bażi Ewropea. Huwa jmexxi l-ministeru li jieħu ħsieb joħroġ il-flus għall-pensjonijiet, il-flus għas-servizzi soċjali u li f 'Malta bħalissa jkopri fost l-aktar kwistjonijiet jaħaqru, fuq quddiem il-kirjiet privati ta' wara l-1995 li splodew fil-valur grazzi għal domanda qawwija u l-kwistjoni tal- akkomodazzjoni soċjali. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' mal-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fil-Ministeru tiegħu, l-ewwel intervista li fil-fatt saritlu mill-ILLUM u tibda billi tistaqsih mistoqsija aktar ġenerali dwar il-partit fil- Gvern li hu parti minnu. Issir ħafna kritika minn bosta illi l-Gvern Laburista tilef ruħu, m'għadux soċjalist imma sar kapitalist bil-flus jiddeterminaw kwalunkwe politika, pass li jieħu jew ftehim li jiffirma. Kemm jaħseb li hi ġusta din il-kritika Falzon? 'Iċ-ċifri juru li l-Gvern għandu ruħ soċjali' "Huwa żbaljat li ngħidu li l-Gvern m'għandux ruħ soċjali u dan huwa kkonfermat min-numri u ċ-ċifri," jibda jinsisti Falzon illi jfakkar illi terz tal-baġit tal-pajjiż jgħaddi mill- ministeru tiegħu. "Fuq id-Dipartiment tal- Anzjani biss nonfqu daqs tliet ministeri. U allura mhux korrett li ngħidu li l-Gvern tilef r-ruħ soċjali." Il-Ministru Falzon fakkar illi l-ispiża tal-Gvern qed tiżdied dejjem hekk kif iktar nies qed jgħixu ħajja itwal. Minkejja dak li qed jgħid il-Ministru iżda, infakkru li għad hawn eluf kbar ta' anzjani u pensjonanti li qed jgħixu fil-preċipizju tal- faqar. Allura ladarba dan huwa minnu, kif jista' jgħid il-Gvern illi qed jagħmel suċċess? 25,000 persuna inqas fil- faqar mill-2013... "Irridu nkunu fattwali. Fl-2013, jiġifieri meta tela' fil-Gvern il-Partit Laburista kien hemm 99,000 persuna f 'riskju ta' faqar. L-aħħar statistika turi li issa dan l-ammont naqas għal 82,000." Huwa sostna illi bħalma naqsu dawk li jinsabu f 'riskju ta' faqar, naqsu wkoll dawk li huma severament nieqsa minn affarijiet bażiċi biex tgħix ħajja diċenti. Jgħid illi fl-2013 kien hemm 39,000 li jaqgħu f 'din il-kategorija filwaqt li llum dawn naqsu għal 14,000. Dan iċ-ċaqliq jurik illi sar progress, skont Falzon. 'Fuq il-pensjonijiet kważi wettaqna l-wegħda elettorali...' Huwa jsemmi diversi miżuri li wettaq dan il-Gvern, fosthom Child Care Centres b'xejn, tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u ilma kif ukoll it-tapering tal-benefiċċji. It-tapering tal-benefiċċji hija miżura illi permezz tagħha meta persuna qiegħda tfittex xogħol, il-benefiċċji tal- qgħad ma jinqatgħulhiex f 'daqqa. Falzon iżda jfakkar illi wara 25 sena kien dan il-Gvern li reġa' għolla l-pensjonijiet. "Il-Gvern qed jgħolli l-pensjonijiet kif kien hemm imwiegħed fil-programm elettorali fejn għidna li l-pensjonijiet iridu jogħlew bi €8 kull ġimgħa. Sa issa se nkunu diġà kważi wettaqna dak li wegħedna." Ifakkar illi mill-bidu ta' din is-sena reġgħu żdiedu l-pensjonijiet u żdied ukoll iċ-Childrens' Allowance sa massimu ta' €96 għal dawk li jaqilgħu l-inqas. "Imbagħad hemm miżuri oħrajn li wettaqna; trasport b'xejn għall-istudenti, ġurnata iktar leave, waqfu l-listi ta' stennija u l-mediċini out-of- stock, pagament ta' kull sena għal tal-korpi..." Finalment dwar il-miżuri soċjali nistaqsih kemm se ddum sostenibbli s-sistema tas-servizzi soċjali tagħna speċjalment jekk it-tkabbir ekonomiku ma jibqax robust kif inhu issa. Hu wieġeb billi fakkar illi t-tkabbir qawwi ħafna ta' bħalissa b'ekonomija taħdem tajjeb, fejn minflok proċeduri ta' defiċit kontra Malta, illum il-pajjiż qed jirreġistra surplus u dan ifisser li s-sistema tista' tibqa' sostenibbli. Huwa fakkar ukoll illi l-miżuri soċjali nfushom, minkejja li huma spiża, huma wkoll parti mir-raġuni għalfejn qed nesperjenzaw tkabbir ekonomiku qawwi. Kirjiet: 'il-kuntratt bejn il- partijiet jirbaħ fuq kollox' Nieqfu nitkellmu fuq il- miżuri partikolari u l-Baġit u nagħtu ħarsa lejn l-aktar kwistjoni illi hija wġigħ ta' ras għal numru ta' familji f 'pajjiżna, problema li bil- prezzijiet tal-proprjetà kif inhuma tiżdied tista' mhux tonqos. Numru ta' nies jaraw il-kirja tagħhom tiżdied b'€100, €200 jew anke €300 f 'temp ta' ftit żmien, jekk mhux mil-lum għal għada. Infakkru illi f 'din il- kwistjoni hemm min irid li din il-White Paper ma ssir xejn u hemm min, kif jien infurmat li Falzon wieħed minnhom, li jrid jagħti protezzjoni assoluta lill- inkwilin. Jitbissem imma ma jweġibx il-misqtosija illi fiha nitolbu jikkonferma dan hux minnu. Minflok iżda jfakkar illi f 'pajjiżna 80% huma sidien ta' darhom, filwaqt xi 15% oħrajn qed jgħixu f 'kirja antika. Il-bqija qed jgħixu fi proprjetà mikrija bil-kirjiet ta' wara l-1995. "Il-kuntratt li jagħmlu bejniethom il-partijiet jirbaħ fuq kollox," jibda jispjega Falzon. "Il-White Paper, li għalissa għadha biss White Paper, tħares lejn diversi oqsma u għalissa għadha fi stadju ta' diskussjoni u għad m'hemm xejn finali." Il-Ministru Falzon jinsisti li ċerti esaġerazzjonijiet jeħtieġ ikunu kkontrollati. Mistoqsi xi jrid jgħid biha 'esaġerazzjonijiet' hu qal illi filwaqt li dak li jiddeċiedu l-partijiet ma jista' jbiddlu ħadd, mhux ġust illi wara li persuna tidħol f 'kuntratt, is-sid jaqbad u bla mistenni jgħolli l-kera b'xi €250. Falzon huwa ħerqan biex jinsisti li pajjiżna mhux qed jivvinta r-rota. Ifakkar li hemm diversi mudelli partikolari li wieħed jista' jadotta. 'Hemm bżonn il-Gvern jidderieġi...' Infakkru illi l-Malta Developers' Association u xi membri tagħha diġà bdew jitfgħu dik it-theddida ħelwa illi jekk il-Gvern jissikkahom ineħħu l-proprjetà minn fuq is-suq. Imma l-Ministru jemmen li tista' tinstab soluzzjoni aktar paċifika u t-triq tan-nofs. Ifakkar li l-Gvern mhux qed jipproponi li jkun hemm liġi li tagħti lill-inkwilini dritt assolut għall-proprjetà li tkun għall-kiri għal xi 40 sena. "Hemm bżonn li l-Gvern jidderieġi s-suq," sostna Falzon. 'Imma kif 'tidderieġi' s-suq?' tistaqsi l-gazzetta. "Ejja ngħidu, pereżempju, li hemm kirja b'durata ta' sentejn, tlieta jew aktar. Aħna mhux qed ngħidu li l-Gvern għandu jindaħal fil-prezz tal-kirja. Aħna qed ngħidu li matul dak il-perjodu kirja ma tkunx tista' togħla b'aktar minn 5%, pereżempju," jispjega Falzon. "Is-suq isuq vera. Imma l-Gvern irid jidderieġi wkoll," sostna ma' din il-gazzetta. Imma jekk, kif kienet irrapportat din il-gazzetta, Għandu f 'idejh l-aktar żewġ kwistjonijiet jaħarqu fil-qasam soċjali; il-kirjiet u l-akkomodazzjoni soċjali. Il-Ministru Michael Falzon iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ILLUM dwar il-portafoll tiegħu u r-ruħ soċjali li hemm min jgħid li dan il-Gvern tilef... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Fl-2013, jiġieri meta tela' l- Gvern il-Partit Laburista kien hemm 99,000 persuna f 'riskju ta' faqar. L-aħħar statistika turi li issa dan l-ammont naqas għal 82,000. " " Aħna mhux qed ngħidu li l-Gvern għandu jindaħal l-prezz tal- kirja. Aħna qed ngħidu li matul dak il-perjodu kirja ma tkunx tista' togħla b'aktar minn 5%, pereżempju " " 'Is-suq isuq. Imma l-Gvern