Illum latest edition

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum MALTA rnexxielha tnaqqas l-istaġjonalità fl-aħħar snin b'mod pjuttost qawwi. Fil-fatt fl-2010 kienu kważi 13.8% mit-total ta' turisti li ġew pajjiżna li żaruna fix-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu (prinċipalment ix-xitwa). Dan filwaqt li 21% ġew fir-raba' kwart tas-sena jew inkella bejn Ottubru u Diċembru (prinċipalment il- ħarifa). Dan ifisser illi matul dik is-sena kienu ġew Malta ftit inqas minn 35% fix-xhur tax-xitwa u l-ħarifa, meqjusin bħala l-aktar staġuni batuti fil-qasam tat-turiżmu. Fl-2018 iżda 16% mit-turisti kollha li ġew pajjiżna, żaruna bejn Jannar u Marzu filwaqt li 21.6% żaruna bejn Ottubru u Diċembru għal total ta' 37.6% jew inkella żieda ta' 2.6% fi tmien snin. F'termini ta' numri dan ifisser li minn 1,338,840 turist li ġew f 'pajjiżna fl-2010 468,594 ġew fl-ewwel u r-raba' staġun. Fl-2018, min-naħa l-oħra, minn 2,598,690 turist li żaru pajjiżna ġew 977,107 fl-ewwel u fir-raba' staġuni. Dan ifisser żieda fenomenali ta' ftit aktar minn nofs miljun turist f 'dan il-perjodu ta' żmien. L-istaġjonalità hija waħda mill-akbar problemi fit- turiżmu, hekk kif t-tnaqqis staġjonali fit-turiżmu jnaqqas ix-xogħol u n-negozju u allura jkabbar it-telf għal bosta operaturi, minn tat-taxi sa tal- lukanda u r-ristoranti. Il-Gvern, primarjament il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, qed jinsistu li tkompli l-ħidma biex tkompli tonqos l-istaġjonalità u allura kemm jista' jkun il-persentaġġi ta' nies li jiġu Malta fl-ewwel u r-raba' kwart tas-sena jiżdiedu. Din il-ġimgħa, il-Ministru Mizzi ħabbar rekord assolut fit-turiżmu biċ-ċifra tilħaq it- 2.6 miljun turist fl-2018, żieda ta' kważi 1.6 miljun fl-aħħar tmien snin. Interessanti wieħed jinnota illi ż-żidiet kienu f 'kull nazzjonalità, madanakollu l-akbar żieda kienet fit-turisti mir-Renju Unit li jibqa' l-akbar suq turistiku f 'pajjiżna. Minn 415,099 fl-2010 għal 640,570 fl-2018 jew inkella żieda qawwija ta' 225,471 turist. Żidiet kbar kienu rreġistrati wkoll fis-suq Taljan bl- ammont ta' turisti jiżdied bi kważi 171,000 fi tmien snin, is-suq Ġermaniż ra żieda ta' 100,000 turist u s-suq Franċiż esperjenza żieda qawwija oħra ta' 127,783. Żidiet konsiderevoli ta' madwar 10,000 fis-sena għall-aħħar tmien snin, kienu rreġistrati wkoll fis-suq Spanjol u Pollakk. Is-suq Iżraeljan, Rumen, Irlandiż, Daniż, Grieg u Bulgaru fost oħrajn, minkejja li baqgħu swieq pjuttost żgħar, xorta raw żidiet konsiderevoli fl-aħħar snin . F'termini ta' età, it-turisti żdiedu wkoll f 'kull grupp ta' età. L-akbar żieda f 'dawn it-tmien snin kienet fost dawk li għandhom bejn il-25 u l-44 sena minn 459,205 għal 999,987. Kienu rreġistrati wkoll żidiet fil-grupp tat-turisti tfal jew żgħażagħ sa 24 sena, minn 271,067 għal 459,205. Dawn iż-żewġ gruppi ta' turisti kienu fil-mira tal-Gvern preżenti u anke preċedenti f 'ħidma biex jiżdiedu aktar it-turisti żgħażagħ li jfittxu lil pajjiżna għal vaganza. Għal dan l-għan tul is-snin saru diversi attivitajiet fosthom kunċerti u parties, imtellgħin jew mgħejjuna mill-Gvern. Kien hemm ukoll żidiet fl-etajiet aktar anzjani; minn 459,516 għal 822,716 fost dawk bejn 45 u 64 sena u minn 149,053 għal 302,459 fost dawk ta' aktar minn 64 sena. Intant l-2018 kienet rekord ukoll fin-nefqa tat-turisti. Minn €1.1 biljun fl-2010 għal €2.1 biljun s-sena l-oħra. Il-maġġoranza tat-turisti ma ġewx Malta b'xi pakkett ta' servizzi, jiġifieri ma ġewx Malta permezz ta' aġenzija tal- ivjaġġar. Dawn jgħoddu għal 766,688. Nofs miljun turist aktar fix-xhur 'batuti' fi tmien snin Fis-sena 2018 pajjiżna esperjenza 500 miljun turist aktar fl -istaġuni tax-xitwa u l-ħarifa agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Ministru Konrad Mizzi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 10 February 2019