Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Kont naħseb li l-Kunsilli Lokali huma limitati' Mal-ILLUM Zerafa tibda billi rrimarkat kif, "tispiċċa f 'ċertu pożizzjonijiet mingħajr qatt tkun ħsibt fihom. Il-politika minn dejjem kienet togħġobni. Fil-bidu sħabi kien jgħiduli, 'u jien x'jimpurtani mill- politika!' Jien kont naħseb bil-kontra, il-politika hi l-ħajja ta' kuljum." Hi tkompli billi tispjega dwar l-ewwel passi tagħha fid-dinja tal-politika. "Kollox beda minn meta kelli 15-il sena, kont ngħin fil-komunità bħala voluntiera f 'Dar it-Tama, għaqda li kien imexxi Patri Mark Montebello." "F'din id-dar, hi flimkien ma' voluntiera oħra kienu jmorru wara l-ħin tal-iskola jagħtu daqqa' t'id lit-tfal anqas ixxurtjati fix-xogħol tal-iskola," spjegat Zerafa. Skont Zerafa, "dan kien żmien strumentali għalija biex nibni kuntatt tajjeb ma' diversi għaqdiet lokali fosthom dawk politiċi." "Xi ftit żmien wara kont ġejt avviċinata mill-Brigata Laburista. Kienu talbuni ngħinhom fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti mmirati għat- tfal. Mill-Brigata mbagħad ħajruni sabiex nagħmel parti mill-Kumitat Lokali Laburista," spjegat Zerafa. "Hawnhekk iltqajt ma' ħafna nies ta' esperjenza li għallmuni u għenuni ħafna nagħmel l-ewwel passi tiegħi fil-politika. Wara din l-esperjenza qasira kont dħalt fl-Eżekuttiv tal- Forum Żgħażagħ Laburisti. Hemmhekk bdejt niltaqa' u noħloq kuntatt mal-politiċi li direttament imexxu l-pajjiż," saħqet Zerafa. Mal-ILLUM hi tistqarr li kienet damet taħsibha sabiex tikkontesta l-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali, "kienu ilhom jgħiduli però, jien ma ridtx noħroġ għall-Kunsilli." Staqsejtha għaliex. Hi tisħaq li, "ma kontx narahom adattati għalija, dak iż- żmien kont narahom limitati." Minkejja r-riservi tagħha, Zerafa xorta waħda tefgħet l-applikazzjoni tagħha għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali u sussegwentement ġiet eletta. 'Ħafna kienu jaħsbu li l-Kunsill qiegħed hemm għal bozza jew bankina' Zerafa ddikjarat magħna li hi kienet tal-opinjoni li l-Kunsilli Lokali huma 'limitati'. Iżda llum, wara kważi deċenju taħdem fl- operat tal-Kunsill, x'inhi l-opinjoni tagħha? Inbidlet? "Nista' nitkellem issa wara żmien twil fil-Kunsill. Qabel ħafna kienu tal-opinjoni li l-Kunsilli qegħdin hemm, għal bankina, għal bozza, jew għal xi ilment. Imma fil-verità r-residenti llum jiġu hawn jipproponu proġetti. U aħna ovvjament nieħdu gost b'dawn l-affarijiet," spjegat is- Sindku. Zerafa semmiet proġett partikolari li kien propost propju mir-residenti. "F'din il-lokalità hawn popolazzjoni anzjana u ovvjament hawn ħafna tlajja' u turġien. Ir-residenti li joqogħdu fil-konfini, kienu jsibuha diffiċli jinżlu għaċ-ċentru, propju ż-żona li hawn il-konċentrazzjoni tas-servizzi bażiċi bħaċ- ċentru tas-saħħa." "Dak iż-żmien kienu jgħidulna li jmissu jkun hemm trasport, aħna konna ressaqna proġett fejn ipproponejna li nixtru vetturi li jaħdmu bl- elettriku u bdejna noffru dan is-servizz tliet darbiet fil-ġimgħa. Issa fil-futur qarib sew nibdew noffru dan is-servizz b'xejn kuljum." 'Kien hawn kambjament fil-mentalità tan-nies dwar Bormla' Ovvjament kull lokalità għadha l-isfidi tagħha, però f 'Bormla liem hi l-akbar uġigħ ta' ras għas-Sindku? Zerafa tgħid li, "żgur mhux forsi, li ż-żamma tal-indafa hi l-akbar sfida li għandna hawnhekk. Naħseb li l-Maltin imfissdin wisq fejn tidħol l-indafa. Joħorġu l-borża meta jridu u xħin iridu u jekk ma tmissilhomx il-but ma jkunx hemm dixxiplina," sostniet Zerafa. Minkejja dan hi tistqarr li, "l-affarijiet mixjin 'il quddiem speċjalment minn meta Malta kollha addottat l-istess skema tal-ġbir tal- iskart." Staqsejna lil Zerafa wkoll fuq il-mentalità ta' bosta li jaraw il-lokalità ta' Bormla u l-madwar f 'dawl negattiv. Bħala Sindku kif tirrispondi għal din l-istigma? Ġieli affettwatha fil-ħajja personali tagħha? "Lili qatt ma affettwatni, dejjem emmint fija nnifsi, dejjem emmint li Bormla għandha l-potenzjal u qatt ma ddejjaqt ngħid li jien minn Bormla." Żiedet tgħid li, "din il-perċezzjoni hi mkabbra wisq. Ma nistax ma nkunx realistika. Iva, Bormliża, għalliema u s-Sindku Laburista ta' Bormla. Din il-ġimgħa l-ILLUM intervistat lil Alison Zerafa, Bormliża li għal dawn l-aħħar disa' snin serviet fil-Kunsill Lokali ta' din il-lokalità, bl-aħħar ħamsa jkunu fil- kariga ta' sindku. Ma' Zerafa ddiskutejna diversi suġġetti fosthom: l-isfidi fil-lokalità ta' Bormla, il-limitazzjonijiet tal-Kunsilli, l-involviment tan- nisa fil-politika lokali u l-futur tal-Partit Laburista. Jiena qatt m'emmint l- kwotas. In-nies jafu jagħżlu x'inhu tajjeb u x'inhu anqas tajjeb. Jekk hemm mara kapaċi jafu jivvutawlha u l-istess jekk hemm raġel. " " Qabel ħafna kienu tal- opinjoni li l-Kunsilli qegħdin hemm, għal bankina, għal bozza, jew għal xi ilment. Imma l-verità r-residenti llum jiġu hawn jipproponu proġetti. " " 'Il-mexxej il-ġdid għandu u kapaċi u mhux għax mara'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019