Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum Ritratt: James Bianchi għandu jintgħażel għax denju mara' għandna problemi soċjali hawnhekk. Ovvjament għandna l-akkomodazzjoni soċjali u fih hemm numru ta' nies bi problemi soċjali. Minkejja kollox, dawn huma wkoll Bormliżi u rridu nitgħallmu naċċettawhom fis-soċjetà tagħna, kif konvint li kulħadd aċċettat," saħqet Zerafa. Apparti minn dan, hi tal-opinjoni li "fis-snin li għaddew kien hawn kambjament fil-mentalità tan-nies. "Jekk ftit tas-snin ilu, kellna ħafna proprjetà battala f 'Bormla, illum il- ġurnata qed jiġu u jinxtraw minn barranin. Għandna numru sostanzjali ta' barranin f 'Bormla, il-valur ogħla ħafna u jekk qabel kien jiġi joqgħod hawn xi ħadd li ma jiflaħx jixtri dar, illum trid tlesti butek biex tixtri dar f 'din il-lokalità," sostniet Zerafa. U l-barranin li qegħdin jiġu joqogħdu Bormla kif qegħdin jaffetwaw il- komunità? Zerafa tgħid li fost, "il-barranin li qegħdin jirrilokaw hawnhekk dejjem qed tiżdied ix-xewqa li jżidu l-involviment tagħhom fil-komunità, mhumiex kuntenti li jgħidu 'bonġu u saħħa' biss." 'Ma taqbilx mal-kwotas u li l-Kunsilli ġew politiċizzati Fil-passat il-Prim Ministru Joseph Muscat kemm-il darba esprima li jixtieq jindirizza n-nuqqas ta' kandidati nisa li jiġu eletti fil-Parlament billi jiġu implimentati kwotas fuq il-membri parlamentari li bilfors iridu jkunu nisa. Zerafa x'taħseb fuq din? Taqbel jew ma taqbilx? Mal-ILLUM hi tiddikjara: "jiena qatt m'emmint fil- kwotas. In-nies jafu jagħżlu x'inhu tajjeb u x'inhu anqas tajjeb. Jekk hemm mara kapaċi jafu jivvutawlha u l-istess jekk hemm raġel. Meta kont ħierġa għall-Kunsill Lokali kont sibt appoġġ minn ħafna residenti anzi ħafna kienu jarawha ħaġa pożittiva, qatt ma ħassejtni żvantaġġata," saħqet Zerafa. Hi tkompli tgħid li, "hawnhekk f 'dan il-Kunsill qegħdin sebgħa b'kollox. Mis-sitt kunsilliera għall- Partit Laburista, tlieta huma nisa u tlieta huma rġiel, jiġifieri hawnhekk hawn bilanċ tajjeb." Dlonk staqsejtha jekk tixtieqx li tara mara fit- tmun tal-Partit Laburista wara li fiż-żmien li ġej mistenni jwarrab il-mexxej tal-Partit Laburista. Hi tgħid li, "nieħu gost, meta nara kwalunkwe mara tieħu sehem fil-politika u tieħu sehem attiv. Nemmen li min għandu jkun f 'dak l-irwol għandu jkun persuna denja, kapaċi u bl-esperjenza meħtieġa li tirrappreżenta lill-pajjiż, mhux għax mara." Staqsejtha wkoll, jekk taħsibx li l-Kunsilli Lokali kellhomx ikunu ħielsa mill-Partiti Politiċi mill-bidu.Zerafa tirrispondi, "Naħseb dak iż-żmien kellu raġun Alfred Sant (kien hu li ppropona din il-miżura), imma kif ġraw l-affarijiet naħseb li kien pass tajjeb ukoll. Fil-verità, "f 'dan il-kunsill ġaladarba eletti, kulħadd jinsa t-twemmin politiku u onorata ngħid li naħdmu f 'armonija u ħbiberija. F'dawn l-aħħar ħames snin kważi dejjem qbilna fuq kollox. Diskussjoni tieħu forom differenti però qatt, ma ħadet kulur. Sal-elezzjoni l-partit wara kunsill wieħed Bormliż." Għaliex għandhom jivvutaw fl-elezzjonijiet li ġejjin? Hekk kif ġejna fit-tmiem tal-intervista, staqsejna lil Zerafa għaliex għandhom in-nies joħorġu jivvutaw f 'din l-elezzjoni li tinsab fil- viċin hi qalet li, "għandhom jivvutaw għaliex il-Kunsilli Lokali qegħdin hemm bħala l-ewwel għajnuna u l-ewwel leħen għalihom. Jekk ma joħorġux se jkun propju ħaddieħor li qiegħed jagħżel għalihom, temmet tgħid is- Sindku Bormliża." Is-Sindku ta' Bormla Alison Zerafa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019