Illum latest edition

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 Opinjoni 14 B la dubju ta' xejn kulħadd jaf li Monsinjur Karm Psaila kien dak li kiteb l-innu Nazzjonali. Ta' dan jistħoqlu kull ġieħ għax – ħallielna ġawrha kbira. Illum jixraq għalhekk li nitkellmu ftit dwaru. Dun Karm twieled nhar it- 18 ta' Ottubru tal-1871 ġewwa r-raħal ta' Ħaż–Żebbuġ. Meta kien żgħir beda jistudja fl-iskola ta' raħal twelidu mbagħad fl-1885 għadda għas-Seminarju minuri u tliet snin wara mar f 'dak maġġuri fejn beda t-triq għas–saċerdozju. Psaila studja l-filosofija fl-1888 u t-teoloġija fl-1890 ġewwa l-Università ta' Malta. Huwa ġie ordnat saċerdot fl- 1894 meta kellu biss 23 sena. Sena wara li qaddes sal-1921 kien jgħallem is-seminarju fejn għallem diversi suġġetti fosthom il–kosmoloġija u l-Ingliż. L-istorja tgħidilna li bejn l-1894 u l-1910, Dun Karm kien jgħix is-seminarju, iżda fl-1917 telaq minn hemm u mar jgħix ġewwa l-Belt Valletta fi Triq l-Ifran fejn dam jgħix kważi 26 sena. Matul dan iż-żmien, il-poeta għadda minn żmien ta' solitudni kbira għaliex kien imbiegħed minn Ħaż-Żebbuġ; raħal twelidu, minn ħutu u minn sħabu. Fl-1921, l-Arċisqof Mauro Caruana OSB ħatar lil Dun Karm bħala Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal- Katidral. Dak iż-żmien ukoll ġie maħtur Assistent Librar tal-Librerija Nazzjonali u iktar tard ġie maħtur direttur tal-libreriji ċirkolanti. Huwa żamm dan l-uffiċċju sal- 1936. Dik l-istess sena, mar jgħix Tas-Sliema minħabba l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija. Wara li għadda kollox, Dun Karm reġa' mar f 'raħal twelidu. Fl-1940, Dun Karm sar l-ewwel Direttur Spiritwali tal-Leġjun ta' Marija. L-aħħar żmien ta' ħajtu Dun Karm għaddihom Tas-Sliema fejn fis-17 ta' Ġunju 1961 huwa mar fl-Isptar tal-Blue Sisters immexxi minn dawn is- sorijiet. Huwa għadda għal ħajja aħjar nhar it-13 ta' Ottubru 1961 fl-età sabiħa ta' 90 sena neqsin ftit ġranet. Jumejn wara sarlu funeral kbir fil-knisja parrokjali ta' Ħaż- Żebbuġ u ġie midfun ġewwa kappella mibnija apposta għalih fiċ-ċimiterju tal-qalb ta' Ġesù f ' Ħaż-Żebbuġ. Il-kitbiet tiegħu Meta kien għadu żgħir Dun Karm kien jikteb bit-Taljan infatti l-ewwel poeżija tiegħu li aħna nafu biha, jisimha La Dignita Episcopale li kiteb fl-1889. Huwa ppubblika l-ewwel ktieb ta' poeżiji bit– Taljan fl-1896 li semmiehom Foglie d'Alloro li kienu ġabra ta' 30 poeżija. Huwa kompla jikteb bit- Taljan sa kemm darba ltaqa' ma żewġt iħbieb tiegħu Mons. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi li fl-1912 ħeġġewh biex jibda jikteb bil-Malti għaliex kienu ħa joħorġu l-perjodiku jismu 'Ħabib'. Hawnhekk Dun Karm kien beda jaqta' qalbu għax kien imdorri iżjed jikteb bit-Taljan. Iżda filgħaxija mar id-dar u beda jitlob quddiem statwa tal-Madonna u talabha biex tagħtih il-kuraġġ ħalli turih x'għandu jikteb. Dakinhar stess kiteb il-poeżija sabiħa Quddiem Xbieha tal- Madonna. Dawn huma l-ewwel versi tagħha: Hekk kont sabiħa meta rajtek darba F'ħolma, fil-hena taż- żgħurija tiegħi; Kont rieqed waħdi f 'sodda ċkejkna, imwarrba, U Int mis-sema nżilt u qgħadt ftit miegħi Jekk niflu sew naraw li sentejn wara, jiġifieri fl-1914, huwa ħareġ ġabra ta' poeżiji bil-Malti bl-isem ta' 'Ġemgħa ta' Poeżijiet li ktibt bil-Malti', fis-sensiela tal-mogħdija taż-żmien. Aktar tard kiteb poeżijiet oħra li ddedikahom lill-għażiża ommu li kienet mietet fl-1909. Jekk naraw sew nindunaw kemm Dun Karm għex fi żmien ta' solitudni, speċjalment fiż-żmien li għamel 'il bogħod minn raħal twelidu, iżda minħabba l-ispiritwalità kbira li kellu huwa kien irnexxielu jirbaħ dawn il-mumenti. F'dan iż- żmien kien ħareġ sensiela ta' poeżiji dwar din it-tema. Fl-1920 id-Direttur tal-edukazzjoni Dr. A.V. Laferla talab lil Psaila biex jikkomponi xi versi għal xogħol li kien għamel il- Maestro Robert Sammut. L-innu kien dak li llum nafuh bħala l-Innu Nazzjonali li nafu li ndaqq l-ewwel darba fis-sena 1923. Dan l-Innu ġie magħruf bħala l-Innu Uffiċjali ta' Malta fl-1941 hu wkoll ġie riaffermat fil-kostituzzjoni tal- Indipendenza tal-1964. Ma nistgħux ma nsemmux l-imħabba kbira li kellu lejn il-ħabib tiegħu l-qaddis San Ġorġ Preca. Tant kien ħabib tiegħu li meta fis-snin erbgħin kien ħa jiftaħ l-iskola Saint Michael, li tinsab Santa Venera, talab lil Dun Karm biex jiktiblu innu dwar San Mikiel Arkanġlu għat-tfal ta' din l-iskola. San Ġorġ kien tkellem ma' Dun Karm Psaila u wrieh fuq liema prinċipji xtaqha tkun mibnija din l-iskola; il-prinċipji tad-dixxiplina, l-imħabba, il-ferħ, u li kollox isir f 'ħinu u f 'waqtu. Psaila qatagħlu xewqtu lil dan il-qaddis billi kitiblu tliet strofi sbieħ imma sempliċi, li ġew immużikati mill-Maestro Ġużè Abela Scolaro. Dun Karm għandu ħafna poeżiji oħra kif ukoll waħda li kiteb bl-Esperanto. Barra mill-poeżiji, għamel ukoll traduzzjoni ta' rumanz għall- Malti mit-Taljan, u kiteb ukoll Dizzjunarju ta' tliet volumi li jiġbor fih mill-Ingliż għall -Malti u mill-Malti għall- Ingliż. Ma nistgħux ma ninsewx li Dun Karm kien wieħed mill- ewwel membri tal-għaqda tal-Malti. Meta miet Ġużè Muscat Azzopardi ġie elett president ta' din l-għaqda. U aktar tard editur tar-rivista uffiċjali tagħha li kien jisimha 'Il-Malti'. Bħala rikonoxxenza tal- ħidma tiegħu, ir-Reġina Eliżabetta kienet tatu t-titlu ta' Kmandant tal-Ordni tal-Imperu Ingliż fl-1956 u sena wara l-Gvern Malti bħala għarfien tas-servizz tiegħu fil-Letteratura Maltija tah pensjoni. Dun Karm huwa onorat bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta. Dun Karm Psaila: Il-poeta li ġarrab is-solitudni Minn Patri Hermann Duncan Dun Karm kien beda jaqta' qalbu għax kien imdorri iżjed jikteb bit-Taljan. Iżda filgħaxija mar id-dar u beda jitlob quddiem statwa tal- Madonna u talabha biex tagħtih il-kuraġġ ħalli turih x'għandu jikteb. Dakinhar stess kiteb il-poeżija sabiħa Quddiem Xbieha tal- Madonna Il-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum latest edition - ILLUM 10 February 2019