Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738
3 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "Mhux se nċedu għar-rikatt." L-MFA lesta ġġib referis barranin HEKK kif għat-tieni ġimgħa konsekuttiva r-referis tal-MFRA, (Malta Football Referees Association) qegħdin isegwu azzjonijiet industrijali, sorsi mill- Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol (MFA) saħqu ma' din il-gazzetta li, "f 'każ li s-sitwazzjoni teskala fosthom b'direttivi li jfixklu l-logħob, l-MFA hi lesta biex iġġib referis minn barra biex jirrefjaw il-partiti." L-istess persuna li tkellmet mal-ILLUM b'mod anonimu kompliet tgħid kif, "għalkemm nixtieq li nara din il-kwistjoni tissolva mill-aktar fiss, il-membri tal-kunsill mhumiex se jaqgħu għar-rikatt tal- Union li qed titlob żidiet enormi." "Dawn ma jridux jinsew li huma impjegati tal-MFA. Timmaġina tmur għand minn iħaddmek u tgħidlu 'rrid żieda ta' 100%' filwaqt li tagħtih ultimatum. Fejn issir din?" irrimarka s-sors. Żied jgħid li, "aħna bħala għaqda għandna fiduċja sħiħa fil-President Norman Darmanin Demajo, ir- referis iridu jżommu f 'moħħhom li għalkemm huma parti integrali mil- logħba li kieku mhux għall- membri tal-kumitat, li ma nitħallsux anzi noħorġu u nitilfu l-flus, kieku logħob ma jsirx. Xi jmorru jirrefjaw kieku l-bebbux?" Mistoqsi x'żieda lesti li joffru lir-referis, is-sors qal li, "minkejja li ż-żieda ta' 100% 'hi ġennata u totalment eskluża', għadu wisq kmieni biex jingħad x'żieda lesti li joffru." Apparti minn hekk hu tal- opinjoni li l-President tal- MFRA Alexei Tabone, "jaf li dawn iż-żiedet ma jistgħux jiġu attwati, iżda qiegħed iwiegħed dawn għaliex waslet elezzjoni." Bħalissa l-MFRA u l-MFA għaddejjin bi kwistjoni taħraq rigward żieda finanzjarja li r-referis ilhom jitolbu. Il-ġimgħa l-oħra, f 'laqgħa li fiha tkellem biss il-President tal-MFA, informa lir-referis preżenti li se jsiru diskussjonijiet ma' uffiċjali minn kategoriji differenti tar-referis lokali bl-għan li jitjieb il-livell. Minkejja dan, waqt l-istess laqgħa huwa spjega kif, "fis-snin li għaddew l-MFA diġà żiedet in-nefqa totali fuq ir-referis u b'hekk huma jridu jimxu mal-linji gwida finanzjarji tagħhom." Waqt l-istess laqgħa, Darmanin Demajo spjega kif jixtieq li fil-futur jara diversi miżuri jidħlu fis- seħħ sabiex referis ikunu jistgħu jtaffu l-istress qabel xi partita importanti fosthom, weekend breaks u 'respect card' li biha jigwadanjaw skontijiet minn diversi kumpaniji li l-MFA għandha rabta kummerċjali magħhom. 'Il-kriżi' tar-referis f 'Malta Essenzjalment il-kwistjoni ddur madwar żieda finanzjarja li l-MFRA ilha żmien titlob. Jidher li fl-2010, il-President attwali tal-MFA, Norman Darmanin Demajo kien wiegħed żieda lir-referis. Din iż-żieda kienet ingħatat ġaladarba dan kien elett. Minkejja dan kollu, tliet snin wara, l-MFA neħħiet kumpens li kien jingħata lir-referis għat-taħriġ tagħhom. Din kienet tfisser ta' €1,750 inqas fis-sena lir-referis tal-kategorija, 'elite'. Dawn huma referis li jiġu nnominati mill-kumitat tar-referis wara esperjenza u prestazzjoni tajbin fix-xena. Fid-dawl ta' dan, ir-referis qegħdin jitolbu żieda ta' 100%, u b'mod retrospettiv. Referì tal- Kampjonat BOV Premier jitħallas €200 ta' kull partita. F'laqgħa li saret il-ġimgħa l-oħra u li għaliha kienu preżenti diversi membri tal- MFA u r-referis, Darmanin Demajo għamilha ċara li ma kinetx ġusta li f 'nofs staġun ir-referis jiġu bi proposta bħal din, meta hemm pressjoni kbira fuqhom mill-pubbliku inġenerali. X'direttivi se jsegwu r-referis? Wara l-laqgħa bejn diriġenti tal-MFA u r-referis kollha nhar il-Ħamis 31 ta' Jannar 2018, l-MFRA ordnat lill-membri tagħha sabiex ma jattendux aktar għat-taħriġ tal-VAR li kull ġimgħa jsir waqt ċertu logħob tal-Premier Division. L-ewwel direttiva kienet waħda li mhix se tħalli impatt dirett fuq il-logħob tal-kampjonati iżda jekk jibqa' ma jintlaħaqx qbil, il- partiti tal-aħħar tax-xahar se jibdew siegħa tard. 95.2% tar-referis tal-MFRA qablu ma' din id-direttiva. Skont il-President tal-MFA, din id-direttiva, "hi ġennata li biha se tintefa' aktar pressjoni fuq is-settur tar- referis." Ir-referis iridu ż-żieda, iżda l-MFA 'mhix se ċċedi għar-rikatt tagħhom' jgħid sors mill-istess Assoċjazzjoni Norman Darmanin Demajo