Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

Sports 22 minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, it- triatleta ewlenija Maltija Hannah Pace ħadet sehem fit-tellieqa Ironman 70.3 ġewwa Dubai, meta fil-kategorija tal-25-29 sena. Din il-kategorija hia meqjusa bħala waħda mill-iktar iebsin mill- kategoriji kollha u rat lil Pace tikkompeti ma ħamsa u tletin atleta nisa oħra. Din kienet il-ħames tellieqa Ironman 70.3 ta' Pace u dan huwa l-ħames podju li kisbet fuq din id-distanza li tikkonsisti f 'għawma ta' 1.9 kilometru, rotta fuq 90 kilometru bir-rota u nofs maratona. It-tellieqa bdiet bl-għawma fil-baħar f 'Jumeirah Public Beach. Pace kienet it-tielet mara li ħarġet mill-ilma f 'ħin ta' 28 minuta u 59 sekonda. Din ġiet segwita minn 90 kilometru fuq ir-rota mifruxa fuq żewġ dawriet ta' 45 kilometru fil-qalba tal-belt qabel ma ħarġu lejn id-desert. Ir-rotta ċatta kienet waħda magħġġla li tat ftit ċans ta'mistrieħ għal-atletli. Pace spiċċat din it-taqsima f 'ħin ta' sagħtejn, disa u għoxrin minuta u seba u tletin sekonda – pass ta' madwar 36.16 kilometru fis-siegħa. Matul it-tellieqa is-sħana, li laqħet madwar 30 grad, bdiet tolqot lil ħafna atleti. Ir-rotta ta'21km ġiri madwar Jumeirah Public Beach kienet sfida iebsa u Pace stqarret li ħawn daħlet il-ħila mentali wkoll. Pace temmet it-tellieqa f 'ħin totali ta' 4 sigħat 49 minuta u 44 sekonda. B'da ir-riżultat hi ħadet it-tieni post fil- kategorija tagħha. "Din ċertament ma kinitx l-aktar tellieqa faċli. Minbarra l-fatt li din kienet tellieqa off season għalija il-preparazzjonijiet saru f 'kundizzjonijiet tax-xitwa Maltija u għalhekk is-sħana ta' Dubai kienet daqsxejn ta' xokk għas-sistema tiegħi. Madanakolluninsab soddisfatta ħafna bil- prestazzjoni tiegħi llum u kuntenta li erġajt ġibt trofej f 'isem Malta għal darb'oħra! "temmet Pace wara it-tellieqa. Il-parteċipazzjoni ta' Pace fil-Ironman 70.3 saret possibbli permezz ta' l-appoġġ ta' Garmin Malta, Eurosport Malta, il-Kumitat Olimpiku Malti, Triathlon Malta u Team Barry. Da filwaqt li ftit xhur qabel, Hannah Pace, żammet it-titlu ta' Champion tas- Sprint Triathlon meta ġewwa s-Salina, kellha prestazzjonijiet notevoli. Il-Kampjonati Nazzjonali tas-Sprint Triathlon, li kienet ukoll l-aħħar tellieqa tas-Serje organizzata mill- Birkirkara St. Joseph Sports Club saru f 'kundizzjonijiet kważi perfetti. Pace kienet qiegħda tirritorna għal tlielaq ta' distanzi qosra u wara li kkompetiet fi tlielaq ta' distanzi itwal, din kienet se jkun kompetizzjoni interessanti, biss biss biex wieħed jara jekk it- transizzjoni tagħha minn distanza twila għal distanza qasira kinitx ser tkun mingħajr xkiel. Hannah Pace kienet l-ewwel mara u r-raba' atleta li ħarġet barra mill-ilma u tmexxi il-pass fit-taqsima tar-rota. Margaret Seguna, rebbieħa taz-zewg tlielaq ta'qabel harget mill-ilma sebgħa u għoxrin sekonda wara Pace biex isegwiha fuq ir-rota. Minkejja it-tentattivi ta' Seguna biex iżomm id-distakk qasir bejnha u bejn Pace fl-aħħar dawra tal-korsa Pace żiedet il-veloċità biex takkwista vantaġġ ta '3 minuti ta' 21 sekonda. Pace żamm it-titlu tagħha għal sena konsekuttiva oħra meta spiccat kważi tliet minuti qabel Seguna. Seguna, madankollu rreġistrat l-ahjar hin fit-taqsima tal-giri fit- taqsima tan-nisa Fit-tielet post, kwazi sitt minuti wara Seguna kienet Lara Buttigieg. Ta min jinnota, li bhal Borg, Pace ghamlet ritorn fuq din id-distanza wara li ħadet sehem fl-ewwel tellieqa Ironman f 'Copenhagen fid-Danimarka ftit ġimgħat ilu. Pace waqqfet r-rekord nazzjonali lokali gdid u rebħet it-tielet post fil-Grupp ta' Età tagħha. F'kummenti li għaddiet lill- 'ILLUM', hija qalet li: "Ma nistax ma nħarisx lura lejn is-sena li għaddiet u ngħid x'sena kelli! Is- sena l-oħra għaddejt minn mument ħażin f 'ħajti u bdejt nirrifletti ħafna fuq it-tiġrijiet tiegħi. Għalkemm kelli xi wħud minnhom tajbin, qatt ma kont hemm mentalment u bħal qisni bdejt nobgħod dan l-isport. Iċ-ċirasa fuq il-kejk saret meta spiċċajt l-istaġun mingħajr kowċ. Fil-fatt bħal daż-żmien sena kont lest li nirtira u nibda paġna ġdida f 'ħajti. L-uniku ħaġa li żammitni għaddejja kien il-fatt li kont applikajt għal Ironman u ridt nara li nwettaq din it-tiġrija. Kont ixxurtjata biżżejjed li jkolli l-għajnuna ta' Richard Laidlow għalkemm kien jaf li jien mhux l-iktar atleta faċli biex tikkowċja. Madankollu hu emmen fija u ried itejjeb il-ħiliet tiegħi. Dan il-vjaġġ kellu t-tlugħ u nżul tiegħu mat-triq iżda meta jkollok l-aqwa kowċ maġenbek u tafda fil-kapaċitajiet tiegħu tista' tasal kullimkien. Kelli wirjiet mill-aqwa matul din is-sena fejn irbaħt l-edizzjoni tal-Ironman 70.3 li saret fi Staffordshire ta' atleti tampari. Ħadt ukoll il-midalja tal-fidda fil-kampjonati Ewropej li saru f 'Tartu u ksibt suċċess fil-kampjonati nazzjonali tad-distanzi twal u sprint. Bla dubju li l-aqwa bravura li għamilt seħħet fl-Ironman fejn għamilt ħin ta' 10'20. Barra li ksirt ir-rekord nazzjonali u ġejt fit-tielet post fil-kategorija tiegħi, kont kapaċi nżomm il-pass li kont bdejt. Meta ser inkun qed nikkompeti għal darb'oħra f 'dawn l-avvenimenti lesta li nkompli nieħu pjaċir bħalma qed nagħmel. Bla dubju ser tkun waħda mill-aħħar tlielaq tiegħi f 'karriera li nibqa' niftakarha għal għomri kollu. Wara li nieħu sehem beħsiebni nagħmel waqfa u niffoka fuq is-sena d-dieħla." illum Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 Wara li kienet lesta li tirtira... Hannah Pace tkompli timpressjona t-Triathon u l-Ironman 'ILLUM', hija qalet li: 'ILLUM', hija qalet li: is-sena li għaddiet u ngħid x'sena kelli! Is- sena l-oħra għaddejt mhux l-iktar atleta faċli biex ta' atleti tampari. Ħadt il-pass li kont 'ILLUM', hija qalet li: Hannah Pace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019