Illum previous editions

ILLUM 10 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum Keith Dimech - il-preżent u l-futur tal-basketball f'pajjiżna minn Cristian Antony Muscat KEITH Dimech - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-baskeball f 'pajjizna f 'dawn l-aħħar snin u li jirrapreżenta l-preżent u l-futur tal-basketball f 'pajjiżna. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuh aħjar. "Il-karriera tiegħi bdiet meta kelli 12-il-sena. Ta' 14-il sena bdejt nitfa' aktar ħin u dedikazzjoni fil-logħba tal-basketball. Fl-istaġun 2015/2016 ġejt mgħajjat biex nitħarreġ kif ukoll biex ninżel għal-logħob mal-kbar. F'dik is-sena ġejt magħżul għall-ewwel darba biex inkun parti mill-iskwadra tan-nazzjonal, sabiex nippapreżentaw lil Malta fit-tournament tal-FIBA tad-divizjoni C, fil- kategorijja ta' taħt is-16 u t-18-il sena. Fl-istess staġun tal-kampjonat lokali, ġejt ippremjat bħala l-Plejer tas-Sena ta' taħt is-16-il sena għall- ewwel darba. Fl-istaġun 2016/2017 irbaħt żewġ kampjonati lokali ta' taħt it-23 sena u tal-kbar fl- Ewwel Diviżjoni. Fis-sajf ta' wara dak l-istagun ġejt magħżul biex inkun parti mill-iskwadra tan- nazzjonal ta' taħt it-18 u l-20 sena, fid-Diviżjoni C u B rispettivament. Fit- tournament ta' taħt it-18- il sena rnexxielna niksbu l-midalja tal-bronż. Fl-istaġun 2017/2018 irnexxielna nirbħu s-Super Cup fil- kampjonat lokali. Din is-sena intgħażilt man- nazzjonal tal-iskwadra ta' taħt it-18-il sena, kif ukoll tal-kbar, fejn ksibna il-midalja tad- deheb. Meta jiġu għall- esperjenzi nazzjonali nħoss li għalkemm mhux dejjem ġibna midalji lura Malta, dejjem tgħallimt u avvanzajt kemm teknikament kif ukoll fl-aspett mentali. L-isbaħ esperjenzi li kelli huma dawk ta' meta rbaħna l-midalji. Meta rbaħna l-bronż, ħassejtni li kont ilħaqt waħda mil-miri tiegħi. Meta rbaħna d-deheb mal-kbar, għalkemm ma tantx kelli ħin fuq il- court inħossni onorat li kelli ċans nitħarreġ ma' plejers ta' livell għoli li ma jieħdux sehem fil- kampjonat Malti, kif ukoll mal-aħjar plejers lokali. Inħossni fourtunat ukoll li kelli ċ-ċans li nittrenja mal-kowċ Paccariè fejn tgħallimt ħafna affarijiet ġodda. Bħala ġuvni ta' 17- il sena nħoss li minħabba l-basketball ma nistax ngħix ħajja bħal ħafna ġuvintur tal-istess età. Għalkemm ħdimt ħafna matul dawn l-aħħar snin qatt ma stennejt li kont ħa niġi nnominat għall- Plejer tas-Sena daqshekk kmieni fil-karriera tiegħi. Nixtieq nieħu ċ-ċans biex nirringrazzja lill-dawk li għenuni u urewni sapport matul il- karriera tiegħi s'issa!" ġuvintur tal-istess età. kmieni fil-karriera Thyis Antonelli... ta' 10 snin teċċella l-Karate minn Cristian Antony Muscat THYIS Antonelli - fost l-aqwa atleti li pproduċa l-Karate f 'dawn l-aħħar snin, għalkemm għad għandha biss 10 snin, u li tittrenja taħt l-awspiċi tal-Karate ma' Malta Karate Federation. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuh aħjar. "Il-klabb li nittrenja fih huwa Zebbug Karate Klub li huwa mmexxi minn Sensei Josef Antonelli li huwa missieri ukoll. Huwa wkoll il-kowċ nazzjonali ta' Malta tal-Kumite. Jiena nittrenja ħamest ijiem fil-ġimgħa u kull sesjoni ddum siegħa u nofs. Jiena nieħu sehem ġo kompetizzjonijiet ġewwa Malta kif ukoll barra min Malta. Din is-sena mort erba' kompetizzjonijiet barra minn Malta. F'Jannar tas-sena li għaddiet mort il-Kroazja u ġejt it-tieni post minn 40 atleta fil-kumite "ġlied". F'Mejju tal-istess sena mort il-Ġermanja u ġejt l-ewwel fil-kumite minn 28 atleta u l-ewwel fil- kata "pattern". F'Ottubru li għadda, mort il-Polonja u ġejt l-ewwel fil-Kumite U12 minn 43 atleta u għall- ewwel darba ħadt sehem ukoll fil-kumite U14 fejn ġejt fit-tielet post minn 38 atleta u kont l-iżgħar atleta. Ħadt sehem ukoll fil-kata fejn ġejt fil- ħames post. Riċentament mort il-Belġju u ġejt l-ewwel fil-kumite U12 minn 35 atleta u fil-kata ġejt fis-seba' post minn 38 atleta. Jiena qiegħda nħares lejn il-futur biex nieħu sehem fil-Europeans, fil- Karate 1 Youths Leagues u l-Worlds biex minn hawn inkun nista' nikkwalifika fil- Youths Olympics li issa saret opportunità għal atleti tal-Karate bejn is-16 u s-17-il sena. L-akbar xewqa li għandi meta nkun Senior hi li nirrapreżenta li pajjiżi fl-Olimpjadi fl-2028 li ħa ssir ġewwa Los Angeles. Nixtieq nirringrazzja ħafna lill-ġenituri, lill- Malta Karate Federation kif ukoll lil sħabi li nittrenjaw flimkien tas- sapport kbir li jtuni!" Thyis Antonelli Keith Dimech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 February 2019