Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738
ILKUMMISSJONI Interdjoċesana Ambjent (KA) saħqet li ma tistax tifhem kif f 'daqqa waħda qed jingħad li l-pajjiż qed jiffaċċja kriżi ta' fejn għandu jintrema l-iskart tal-kostruzzjoni meta dan ilu ovvju għal min iħares fil-futur. Fid-dawl tal-kwistjoni dwar ir-reklamazzjoni tal-art, il- KA akkużat lill-awtoritajiet, għax fi kliemha, abdikaw mir-responsabbiltà tagħhom li jippjanaw fit-tul biex ma jtellfux l-hekk imsejjaħ 'progress' u minħabba f 'hekkk ħallew lil setturi ekonomiċi jistagħnew kemm jifilħu biex id-dannu qed ibatih kulħadd. "Issa nippretendu li, bla ma noqogħdu naħsbuha darbtejn, neħilsu minnha billi nwaddbu kollox fil- baħar," qalet il-KA iżda appellat biex almenu, jitqiesu dawn il-punti: • il-bijodiversità tal- baħar m'għandhiex tkun mittiefsa. Fi kliem il-KA, jekk se nħarsu lejh bħala l-miżbla l-ġdida biex mingħalina nkunu ħlisna mill-iskart, nerġgħu għal darb'oħra nalludu ruħna li sibna soluzzjoni għall-ħela u l-eċċessi ta' industrija li mhijiex miexja b'passi u prattiċi sostenibbli; • għandhom isiru studji tal-impatt ambjentali, waqt li insistiet li r-riżultati ta' dawn l-istudji għandhom jiġu ppubblikati u implimentati; • għandha titqies id-dimensjoni tar- reklamazzjoni (jekk din tassew meħtieġa) li m'għandhiex tkun determinata mill- kwantità ta' skart li rridu neħilsu minnu; • il-kriterji tal-għażla tas-sit m'għandhomx ikunu ddettati minn interessi kummerċjali; u • m'għandniex nalludu ruħna li l-art reklamata se tmur sabiex jinħolqu xi spazji miftuħa. "L-ewwel nieħdu ħsieb u nipproteġu l-ispazji miftuħa li diġà għandna," qalet il- Kummissjoni. Kien għalhekk li spjegat, kif l-ewwel pass għandu jkun li jitrażżan l-iskart tal-kostruzzjoni u nieqfu nħarsu lejh bħala problema li llum jew għada jrid isolvi ħaddieħor. "Jeħtieġ jitħaddmu standards għal twaqqigħ ikkontrollat bi skop ta' separazzjoni u riċiklaġġ tal-materjali, u jitħaddmu prattiċi aktar sostenibbli ta' xogħol li jnaqqsu l-ħela. Għandna fuq kollox nesploraw aktar il-potenzjal li hemm fl-iskart tal- kostruzzjoni u tal-iskavar bħala riżorsa!" insistiet il-KA. Filwaqt li rreferiet għal "proġetti ta' bini mostruż" li qed ikunu approvati, appellat biex il-pajjiż ikun sensittiv għall-karba tal- parti l-kbira tal-Maltin li ma jifilħux jaraw lill-pajjiż "jinqered." "Il-KA tħoss li wasal iż- żmien li f 'din il-kwistjoni wkoll, min hu responsabbli għandu jiddefendi, l-ewwel u qabel kollox, l-interessi ta' kull Malti, billi jfassal pjani fit-tul u politika li verament joffru qafas ta' sostenibbiltà li permezz tagħhom igawdu mhux il-ġenerazzjonjiet preżenti biss, iżda anke dawk tal-ġejjieni," saħqet il- Kummissjoni. illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 Aħbarijiet 28 BENEFIĊĊJU MSAĦĦAĦ TAL-KERA 22991000 HOUSING AUTHORITY OFFICES, 22, PIETRO FLORIANI STREET, FLORIANA Persuna Waħedha Żewġ Adulti mingħajr tfal Ġenitur wieħed b'wild wieħed Koppja b'wild wieħed Koppja b'żewġ ulied jew akter € 14,700 € 19,000 € 19,050 € 23,800 € 28,600 € 1,600 € 1,900 € 2,000 € 2,000 € 2,000 € 3,600 € 3,600 € 4,800 € 4,800 € 5,000 € 2,000 € 1,700 € 2,800 € 2,800 € 3,000 DĦUL MASSIMU TA' SUSSIDJU LI SETGHET TIEĦU MASSIMU MILL- BENEFIĊĊJU ĠDID DIFFERENZA + 'Jekk il-baħar isir miżbla se tgawdi biss l- industrija tal-kostruzzjoni' - il-Knisja Il-KA tappella biex il-bijodiversità tal-baħar ma tkunx mittiefsa