Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Aħbarijiet 4 | Il- Il-PN f 'Għawdex maħkum minn apatija ILQAGĦDA tal-Partit Nazzjonalista f 'Għawdex hija waħda pjuttost ħażina, mhux biss wara stħarriġ li juri kif 68.5% tal-Għawdxin intervistati jafdaw iktar lil Joseph Muscat, imma wkoll għax skont sorsi viċin sew l-istess partit jidher illi l-PN huwa assenti kompletament mid- distrett. L-ewwel sors li kellem lil din il-gazzetta u li jifforma parti minn wieħed mill- ogħla organi tal-partit sostna li l-votanti mhux qed iħossu l-preżenza tal- partit fuq id-distrett, "qisu l-partit lanqas biss jeżisti." L-erba' sorsi differenti li tkellmet magħhom din il- gazzetta u li lkoll għandhom (jew kellhom) xi forma ta' kariga fil-PN kollha qalu li l-preżenza tal-partit fit- 13-il distrett hija waħda li bilkemm teżisti. "Hawn apatija kbira, qisha mhix ġejja elezzjoni," qal sors lil din il-gazzetta b'ieħor jinsisti illi "fil-partit f 'Għawdex hawn qtigħ il- qalb, donnhom hawnhekk in-Nazzjonalisti ċedew l-armi," jgħid sors ieħor. Is-sors l-ieħor, kunsillier, sostna li m'hemmx preżenza tal-partit f 'Għawdex, "qisna minsijin mill-partit", filwaqt li r-raba', eks uffiċjal, saħaq li "l-partit mhux organizzat, hawn assenza totali tal-partit u naħseb li s-sitwazzjoni hija serja." L-aħħar sondaġġ ippubblikat fuq il-gazzetta oħt Maltatoday, juri illi minkejja l-appoġġ li għandu Delia, dan ma mmarkax fl-istħarriġ tant li ma kien hemm ħadd mill-Għawdxin li qal illi jafda lil Delia iktar minn Muscat. Dwar l-intenzjoni tal-vot, mill-Għawdxin li ħadu sehem, 41.5% qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista, filwaqt li 11% biss qalu li lesti jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. 47.4% qalu li ma jafux kif jivvutaw kieku kellha ssir elezzjoni llum. Wieħed mis-sorsi tal-gazzetta sostna illi ħafna mill-14-il Kumitat Distrettwali tal-partit f 'Għawdex mhux qed joperaw kif suppost. Dan apparti li minkejja rapporti fuq din il-gazzetta, illi s-Sindku tar-Rabat, Samuel Azzopardi kien avviċinat biex joħroġ għall-elezzjoni tal-MEPs, s'issa ħadd għadu ma tefa' n-nomina minn dan id-distrett f 'isem il-PN. Dan jista' jfisser li għall- ewwel darba l-PN ma jkollux kandidat Għawdxi għal din l-elezzjoni. Fl-2004 kien ħareġ Anton Tabone (iben l-eks Ministru għal Għawdex u eks Speaker Anton Tabone) li kiseb 5,439 vot, fl-2009 kienet ħarġet Marthese Portelli li kisbet 5,245 vot u fl- 2014 kien ħareġ Kevin Cutajar li kien kiseb 5,415-il vot. F'Lulju tas-sena l-oħra s-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli aċċerta lil din il-gazzetta li l-PN se jkollu kandidat Għawdxi. U d-deputati fejn huma? Apparti minn kollox jidher li anke d-Deputati tal-PN mhux qed ikunu preżenti wisq. Il-maġġoranza assoluta tal-Għawdxin ivvutaw lil Chris Said għall-elezzjoni ta' Kap ġdid tal-PN, fatt li ħalla bosta ddiżappuntati bl-elezzjoni ta' Delia speċjalment għaliex Said ma ngħatax kariga fit-tmexxija tal-partit bħala sinjal ta' rikonċiljazzjoni. Sors li tkellem ma' din il- gazzetta sostna li Said issa reġa' qed jibni l-karriera tiegħu bħala avukat u li kemm idum Delia wieħed ma jistenniex wisq ħeġġa minn Said. Sors ieħor li tkellem ma' din il-gazzetta qal illi Marthese Portelli qatt mhi qed tkun Għawdex, kif mhux qed ikun preżenti lanqas David Stellini. Min-naħa l-oħra l-ħidma ta' Frederick Azzopardi li ma kienx se joħroġ għall- elezzjoni tal-2017, battiet ftit mhux ħażin. Apparti minn dan is-sorsi kollha qablu li kontra l-PN f 'Għawdex hemm magna L-aħħar sondaġġi juru li n-numri f 'Għawdex għall-PN huma diżastru assolut. L-ILLUM titkellem ma' uffi ċjali, kunsillier u eks uffi ċjal tal-PN u tistaqsi x'inhu jiġri f 'Għawdex ... SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett 820451 – 'Prepare the Ground for Economic Independence' – il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall- provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/01/2018 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Riċerka dwar l-Equal Pay Tools eżistenti fl-Ewropa u liż-żviluppar ta' speċifikazzjonijiet tekkniċi għal Equal Pay Tool Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mil-Ħamis il- 21 ta' Frar 2019 sa l-4:00p.m. Hawn ir-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta għandhom jiġu speċifikati. Laqgħa ta' kjarifika se ssir l-Erbgħa 13 ta' Frar 2019 fl-10:00a.m. fl-uffiċċju tal- NCPE. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa l-1 ta' Marzu 2019 fis- 1:00p.m. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali Elezzjoni Ġenerali 2017 - Distrett 13 Siġġijiet 5 Kwota 4.306 Votanti Rreġistrati 28,680 Voti Mitfugħa 26,257 Voti Validi 25,833 Voti Invalidi 424 PL 13,233 (51.23%) PN 12,361 (47.85%) AD 126 (0.49%) MPM 72 (0.28%) Indipendenti 41 (0.16%)