Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738
biex wieħed jifhem l-oriġini tal-vara ta' San Pawl li dwarha ma jeżisti l-ebda dokument. Nafu li hija ta' Gafà minħabba tradizzjonali orali li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra. Hawnhekk tidħol l-istatwetta ta' San Pawl li semmejna fil-bidu ta' dan l-artiklu. Din l-istatwetta, flimkien ma' statwi oħra jinsabu f 'Pellio Inferiore fil-Provinċja ta' Como fl-Italja. Il-Professur Sciberras spjega kif dan huwa l-post fejn twieled Ercole Ferrata li qabel miet iddeċieda li jagħti sett ta' statwi bħala rigal lill-parroċċa tiegħu. Uħud minn dawn l-istatwi, fosthom statwetta ta' San Pawl, huma kopji ta' xogħlijiet ta' Melchiorre Gafà, l-artist ħabib li Ferrata tant kien jammira. "Meta rajt din l-istatwetta niftakar ħadt xokk. Din hija kopja tal-istatwa ta' San Pawl tal-Gafà. Din hija d-dokument," saħaq il-Professur Sciberras. Iżda din l-istatwa ma tistax tkun l-abbozz li ħadem Gafà? Għal din il-mistoqsija, il- Professur Sciberras minnufih eskluda din il-possibilità u insista b'ċertezza li din hija xogħol ta' Ercole Ferrata. Il-bijografija ta' dan l-artist kbir, ukoll tgħid li kien ikkopja ħafna xogħlijiet ta' Gafà. "Dan ifisser ħaġa waħda. Ercole Ferrata kien ra l-istatwa ta' San Pawl li ħadem Gafà u kkuppjaha. Għalhekk ċert li l-istatwa ta' San Pawl inħadmet Ruma," saħaq il- Professur Sciberras. Illum, din l-isatwetta, flimkien mal-istatwetti l-oħrajn ta' Ferrata, fosthom kopja tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li Gafà ħadem għar-Rabat, tinsab fil-Museo Diocesano di Arte Sacra di Scaria d'Intelvi. "Jekk illum immorru Ruma nista' nieħdok fil-post preċiż fejn kien hemm il-bottega tal-Ferrata u fejn ninsab ċert li Gafà ħadem l-istatwa ta' San Pawl," saħaq il-Professur. U Gafà kif bagħat din l-istatwa Malta? Tkellimna wkoll dwar affarijiet oħra li nafu dwar l-istatwa ta' San Pawl, fosthom dwar kif din waslet Malta mingħajr induratura u lanqas polikromija. Il-Professur Sciberras huwa ċert dwar dan minħabba dokumenti li jeżistu dwar l-istatwa tal-Madonna tar- Rużarju tar-Rabat, li kif spjegat aktar 'il fuq, hija wkoll xogħol importanti tal-Gafà. Fost dawn id-dokumenti hemm wieħed dwar pagament li sar biex l-istatwa tal- Madonna tar-Rużarju ġiet indurata. Dan wassal lill-Professur Sciberras biex jikkonkludi li l-istatwa ta' San Pawl x'aktarx waslet Malta injam. Imma veru li din l-istatwa ma nħadmitx għall-Knisja? Hemm tradizzjoni oħra marbuta mal-istatwa ta' San Pawl tal-Belt Valletta li tgħid li din l-istatwa ma nħadmitx għall-Knisja, iżda nħadmet għall-familja Testaferrata tal- Belt Valletta u għamlet żmien tissellef lill-Parroċċa ta' San Pawl. Mal-Professur Sciberras tkellimna wkoll dwar dan. Filwaqt li qal li huwa fatt magħruf li għall-istatwa ħallas Don Paolo Testaferrata, li l-arma ta' kunjomu għadha tidher sal-lum fuq il-pedestall tal-vara, insista li jeskludi li din saret biex tinżamm mill-familja. L-ewwel darba li dokumenti jsemmu li l-istatwa nħarġet fil- purċissjoni kien propju fis-sena 1690 u l-ewwel dokument li jagħmel referenza għaliha fil- knisja jġib id-data tal-1694. "Iżda dan ma jfissirx li qabel l-istatwa ma kinitx fil-knisja," temm jgħid il- Professur. "Jiena ċert li l-istatwa saret għall-knisja u mill-ewwel ingħatat bħala donazzjoni lill- Knisja." Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum Suppliment III knisja jġib id-data tal-1694. "Iżda dan ma jfissirx li qabel l-istatwa ma kinitx fil-knisja," temm jgħid il- Professur. "Jiena ċert li l-istatwa saret għall-knisja u mill-ewwel ingħatat bħala donazzjoni lill- Il-Professur Keith Sciberras fuq l-oriġini ta' San Pawl tal-Belt "Meta rajt din l-istatwetta niftakar ħadt xokk. Din hija kopja tal-istatwa ta' San Pawl tal-Gafà. Din hija d-dokument." iddeċieda li jagħti sett ta' statwi bħala rigal lill-parroċċa tiegħu. Uħud minn dawn l-istatwi, fosthom statwetta ta' San Pawl, huma kopji ta' xogħlijiet ta' Melchiorre Gafà, l-artist ħabib li Ferrata tant kien jammira. "Meta rajt din l-istatwetta niftakar ħadt xokk. Din hija kopja tal-istatwa ta' San Pawl tal-Gafà. Din hija d-dokument," saħaq il-Professur Sciberras. Iżda din l-istatwa ma tistax tkun l-abbozz li ħadem Gafà? Għal din il-mistoqsija, il- Professur Sciberras minnufih eskluda din il-possibilità u insista b'ċertezza li din hija xogħol ta' Ercole Ferrata. Il-bijografija ta' dan l-artist kbir, ukoll tgħid li kien ikkopja ħafna xogħlijiet ta' Gafà. "Dan ifisser ħaġa waħda. Ercole Ferrata kien ra l-istatwa ta' San Pawl li ħadem Gafà u kkuppjaha. Għalhekk ċert li Ruma," saħaq il- Professur Sciberras. Illum, din l-isatwetta, flimkien mal-istatwetti l-oħrajn ta' Ferrata, fosthom kopja tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju li Gafà ħadem għar-Rabat, tinsab fil-Museo Diocesano di Arte Sacra di Scaria d'Intelvi. "Jekk illum immorru Ruma L-istatwetta li ħadem Ercole Ferrata kopja tal-istatwa tal-Gafà