Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1080738
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Frar 2019 | illum Aħbarijiet apatija u sens ta' rassenjazzjoni David Stellni Chris Said Marthese Portelli Frederick Azzopard qawwija u effiċjenti ta' 'customer-care' min-naħa tal-Gvern. "Minkejja li diżgwid bejn Anton Refalo, Justyne Caruana u Clint Camilleri u n-nies tagħhom hemm, jidher li dan mhux qed jagħmel differenza," qal wieħed mis-sorsi. Is-sors l-ieħor sostna illi ħafna Għawdxin li m'għandhomx lealtà ma' partit partikolari jħossu li l-Labour qed jaqdihom tajjeb fl-affarijiet personali tagħhom u allura mhux se joqogħdu jikkritikaw lill- Gvern. Għadhom jippersistu l-problemi biex jinstabu kandidati... Minkejja li kien ċaħad is-Segretarju Ġenerali Puli, tlieta mill-erba' sorsi li kellmuna qalu illi l-partit għad għandu problema biex isib kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali wkoll. "Biss, biss fir-Rabat għandna bżonn bejn ħames u sitt kandidati biex minnhom jitilgħu erbgħa ħalli nżommu l-maġġoranza, u s'issa qalu li se joħorġu tnejn biss," sostna mal-ILLUM wieħed mis-sorsi. Fil-fatt wieħed minn dawk li kellmu lill-ILLUM sostnew illi ħafna fil-partit jinsabu mbeżżgħin illi l-PN se jkompli jitlef maġġoranzi f 'lokalitajiet Għawdxin wara li kien beda jitlef maġġoranzi fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-2013 u l-2015. Il-Partit Laburista għandu maġġoranza fix-Xewkija (2013: 67.5%) u s-Sannat (2013: 75%) u matul is-snin rebaħ ukoll il-Qala (2015: 62%), ix-Xagħra (2013: 59%) u fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Lokali l-PN għal naqra ma tilifx in-Nadur meta kiseb biss 50%. In- Nadur kien għal żmien twil meqjus bħala lokalità 'fortizza' Nazzjonalista tant li fl-2012 il-PN kien kiseb aktar minn 58%. Hija wkoll il-lokalità fejn jgħixu Chris Said u l-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono. Globalment, il-PN dejjem rebaħ Għawdex b'maġġoranza ta' voti ħlief fl-aħħar elezzjoni meta ġab 48%. 'X'se jagħmel differenti?' Kunsillier tal-PN li tkellem ma' din il-gazzetta qal illi m'hemm "preżenza xejn tal-partit," u semma' kif din il-ġimgħa stess ċemplitlu mara li ddeskriva bħala "Nazzjonalista ġenwina" u qaltlu li għall-elezzjoni tal- MEPs ma tridx tivvota. "Hemm nuqqas ta' interess, naqsu l-attivitajiet u m'għadx hemm preżenza. Min-naħa l-oħra min irid qed jinqeda mill-Gvern," sostna dan il- Kunsillier. L-eks Uffiċjal sostna illi apparti l-isfidi organizzattivi jekk il-PN irid jara ċaqlieqa fil-popolarità, inkluż f 'Għawdex, "irid joħroġ bi proposti differenti. X'jaħseb dwar il-mina? X'jaħseb dwar il-kaċċa? Dwar il-bini u l-iżvilupp? Mhux kollox bħal-Labour..." Għawdex: minn fortizza Nazzjonalista għal maġġoranza Labour Il-Partit Nazzjonalista kien kważi dejjem minn fuq fl-elezzjonijiet ġenerali fit-13-il distrett. Fl-1976, il- PN kien kiseb 57% tal-voti, fl-1981 il-PN ġab 59.2% u allura reġa' kaxkxar lill- Partit Laburista ta' Mintoff bil-kbir. Fl-1987 il-PN reġa' żied fuq ir-riżultati tajbin u kiseb 61.2% tal-voti f 'Għawdex, fl-1992 reġa' ġab 59% u fl-1996, meta kien elett Gvern Laburista mill- ġdid, kien ġab 53.6%. Fl-1998 il-PN kien kiseb 56.5% filwaqt li fl-elezzjoni "tal-Ewropa" fl-2003 kien ġab 58.7%. Fl-elezzjoni tas-sena 2008, il-PN kien kiseb 55% u allura Għawdex baqa' b'maġġoranza assoluta Nazzjonalista. Minn hemmhekk it-triq għall-PN f 'Għawdex kienet għan-niżla wkoll. Fl-2013 il- PN kien kiseb 49.8% u allura ma ġabx maġġoranza u kien biss ftit iktar minn 200 vot 'il bogħod mill-Partit Laburista. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista kiteb l-istorja politika biex għall- ewwel darba fl-istorja rebaħ id-distrett ta' Nerik Mizzi, anke jekk b'1,000 vot biss. Il- PN kiseb 47.8% u l-Pl 51.2% biex allura ġab maġġoranza assoluta. Minkejja mistoqsijiet mibgħuta minn din il- gazzetta dwar is-sitwazzjoni politika f 'Għawdex għall- PN, sakemm morna għall- pubblikazzjoni konna għadna bla tweġibiet. Ingaġġ ta' Casual Substitutes Il-Ministeru għas-Saħħa qed jilqa' applikazzjonijiet ghall- professjonijiet hawn taħt imniżżla, bħala Casual Substitutes fuq bażi definita: Allied Health Professionals (Radiography) Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 12/2019 Allied Health Professionals (Speech & Language Pathology) Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 81/2019 Farmaċista Numru tal-Permess tal-Jobsplus: 663/2018 L-applikanti eleġibbli għas-sejħa ta' Allied Health Professionals (Radiography u Speech and Language Pathology) jridu jkunu fil-pussess tar-reġistrazzjoni mal- Council for the Professions Complementary to Medicine (CPCM). L-applikanti eleġibbli għas-sejħa ta' Farmaċisti jridu jkunu fil-pussess tal-warrant biex jipprattikaw bħala Farmaċisti f'Malta. Il-kandidati għaż-żewġ sejħiet għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża. Kopja relevanti tad-deskrizzjoni tax-xogħol u dettalji dwar il-pakkett tas-salajru relevanti jistgħu jiġu miksuba mid- Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations (dettalji jinsabu hawn taħt). L-applikanti għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet flimkien mal-curriculum vitae ddettaljat u kondotta tal- Pulizija reċenti (mhux iktar kmieni minn xahar) sa mhux iktar tard mill-Ġimgħa, 22 ta' Frar 2019. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lid-: Direttur (Resourcing and Employee Relations) 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT1171, Malta Tel: 22992600 Email: recruitment.health@gov.mt MINISTERU GĦAS-SAĦĦA 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, Malta Tel: 22992600 Email: recruitment.health@gov.mt