Illum previous editions

Illum 17.02.19

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1082988

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 17 ta' Frar 2019 F'temp ta' ħames snin jista' jkollna Minn Yendrick Cioffi ILPREPARAMENTI għat- tħaffir ta' mina bejn Malta u Għawdex għaddejjin ġmielhom hekk kif minn hawn u ftit tax-xhur oħra se tkun qed toħroġ sejħa internazzjonali għall- kuntratturi li se jħaffru, jibnu u joperaw il-mina. Iżda fl-aħħar jiem, ħarġet il-proposta li din il-mina ma ssirx f 'iżolament, iżda tkun parti minn sistema nazzjonali ta' trasport tal- massa. Din is-sistema niżlet tajjeb ma' bosta u kien għalhekk li l-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal-perit u l-inġinier strutturali Dr Konrad Xuereb li kien il-moħħ wara din il- proposta u li spjega kif f 'temp ta' ħames snin, l-ewwel fażi tal- proġett li qed jipproponi, tista' tkun lesta. Dwar din il-proposta, il- gazzetta ILLUM imxiet pass pass mal-perit Xuereb, li huwa l-fundatur tal-kumpanija KonceptX u li fl-aħħar 19- il sena ħadem fuq proġetti internazzjonali kbar, inkluż fuq bini ta' pontijiet pedonali f 'diversi bliet Ewropej u anke kien involut fuq sistemi ta' metro f 'Londra. X'qed jipproponu eżatt? Il-Perit Konrad Xuereb beda billi spjega li huwa ċar li Malta għandha bżonn soluzzjoni olistika għat-trasport u l-isfida tat-traffiku u din is-soluzzjoni tista' tkun biss sistema ta' trasport tal-massa. Għalhekk, KonceptX qed tipproponi l-iżvilupp ta' sistema ta' metro taħt l-art li taqdi l-akbar ammont ta' nies, bl-inqas distanza possibbli, liema sistema tkun estiża wkoll għal Għawdex. Għalhekk fi kliem Xuereb, mhux biss tkun qed issir ħolqa permanenti bejn il-gżejjer iżda l-problema aktar wiesgħa tat-traffiku, tkun qed tinbidel f 'opportunità. Allura l-mina għall-karozzi ma ssirx? "Nemmen li l-konnessjoni li għandu jkun hemm għal Għawdex għandha tkun estensjoni ta' sistema ta' trasport tal-massa li hawn bżonnha f 'Malta wkoll," insista Xuereb. Dan ifisser li flok mina għall- karozzi, kif qed ikun ippjanat li jsir bħalissa, Konrad Xuereb jemmen li jkun aħjar jekk din il-mina tkun parti minn sistema nazzjonali ta' metro. "B'hekk xi ħadd li qiegħed ir-Rabat Għawdex, kull ħames minuti jkun jista' jaqbad metro u f 'temp ta' kważi nofsiegħa jkun l-ajruport, il-Belt, Mater Dei, Tas-Sliema jew kwalunkwe lokalità oħra minn fejn tkun tgħaddi l-metro," spjega l-perit. "L-istess lura. Tispiċċa x-xogħol jew l-Università u fl-inqas ħin possibbli tkun id-dar, kemm jekk Malti u anke jekk Għawdxi." Kieku jkollha ssir, kemm jieħu vjaġġ minn Għawdex għall- ajruport? Il-Perit Xuereb jemmen li jekk Malta jkollha din is- sistema ta' metro li qiegħed jipproponi, f 'temp ta' 30 jew 35 minuta, persuna tkun tista' tinżel minn Għawdex sal- Università jew l-ajruport. "Immaġina turist li jasal l-ajruport u f 'temp ta' nofs siegħa qiegħed Marsalforn," spjega l-perit. "Jew immaġina wasalt tard u taf li billejl hemm vapur kull siegħa. Bil-metro, kull ħames minuti titlaq lejn Għawdex, kemm jekk hux bnazzi jew maltemp." Kif qed jipproponu li tkun qed taħdem din il-metro? Biex tilħaq l-akbar ammont ta' nies, Konrad Xuereb u l-kumpanija tiegħu qed jipproponu li din is-sistema tkun maqsuma fi tliet rotot: L-ewwel rotta (ara l-linja l-ħamra fuq il-mappa) tibda mill-Mellieħa u tgħaddi minn San Pawl il-Baħar, Buġibba/ Qawra, Pembroke/Paceville, San Ġiljan, Tas-Sliema, il- Gżira, il-Belt, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, iż-Żejtun, Birżebbuġa, l-ajruport u viċi versa. It-tieni rotta (ara l-linja l-blu fuq il-mappa) tibda mill- ajruport, lejn Ħal Qormi, Birkirkara, Ħal Lija, il-Mosta, Buġibba u viċi versa. It-tielet rotta (ara l-linja l-griża fuq il-mappa), tkun tibda mill-Mellieħa u tibqa' għaddejja lejn ix-Xewkija, ir- Rabat, Marsalforn u viċi versa. It-tliet rotot jkunu magħquda flimkien b'linja minn Għadex sal-ajruport tgħaddi mill- inħawi tal-Università u Mater u l-oħra mill-Imrieħel. Ovvjament persuna taqbad il-metro skont id-destinazzjoni tagħha. Għalfejn qed jipproponu metro li tgħaddi minn dawn l-inħawi? Kif spjega qabel Xuereb din is-sistema, biex vera ttaffi mill-piż tat-trasport, għandha taqdi l-akbar ammont ta' nies bl-inqas tul possibbli. Fakkar li kważi tliet kwarti tal- popolazzjoni ta' Malta tgħix fl-inħawi minn fejn qed jipproponi li tgħaddi din il-metro. Iżda mhux biss, f 'dawn il-lokalitajiet hemm l-akbar konċentrazzjoni ta' xogħlijiet, partikolarment fl-inħawi tal- Belt, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mosta, Birkirkara u oħrajn u anke ż-żoni turistiċi, bħal San Pawl il-Baħar, Buġibba, il- Qawra u ż-żona tal-portijiet. U din il-metro se tkun kollha kemm hi taħt l-art? Is-sistema ta' metro li qed tipproponi l-kumpanija KonceptX hija kollha kemm hi taħt l-art. Fi kliem il-perit Xuereb, sistema ta' metro taħt l-art għandha benefiċċji kbar, kemm dawk ambjentali u anke għax l-impatt viżiv huwa minimu. Imma l-ġeoloġija tal-pajjiż tippermetti? Raġuni oħrajn għalfejn dawn l-inġiniera qed jipproponu li l-metro ssir fl-inħawi msemmija hawn fuq, huwa l-fatt li l-ġeoloġija ta' din in-naħa ta' Malta tagħmilha ħafna aktar faċli biex wieħed iħaffer mina taħt l-art. Hawnhekk semma l-proġett ta' Crossrail metro f 'Londra, li hu kien involut fih. Il-perit Xuereb spjega li dawn il-mini ta' metro f 'Londra għaddejjin mit-tafal (Londay Clay) u tip ta' ramel (Thanet Sands) u minn blat ieħor fraġli, tant li qabel beda t-tħaffir kellhom isiru studji kbar biex ikun żgurat li ma jħossx il-bini u ma ssir l-ebda ħsara lit-toroq. Fil-fatt, qabel, kellhom isiru xogħlijiet oħra biex tissaħħaħ l-art li minn taħtha għaddejjin il-mini tal-metro. Fi kliemu, fil-biċċa l-kbira tar-rotta li qed jipproponu, il-blat huwa b'saħħtu ħafna u għalhekk dan jagħmilha relattivament ħafna aktar faċli Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Konrad Xuereb, il-moħħ wara l-idea li tkun żviluppata sistema ta' metro li mhux biss tgħaqqad lill-gżejjer iżda li tindirizza l-problema tat-trasport u t-traffi ku f 'Malta. Konrad Xuereb 'Il-ġeoloġija ta' Malta tagħmilha faċli li jkollna sistema ta' metro taħt l-art'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 17.02.19