Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 N har il- Ħamis li għadda, il-Gvern nieda għall- konsultazzjoni pubblika l-att li se jkun qed jillegalizza u jirregola s-servizzi tal- kremazzjoni f 'Malta, suġġett li xi wħud ilhom jistennew li jkun diskuss u li jista' jkun kontroversjali għal oħrajn. Dwar dan, din il-gazzetta ltaqgħet u tkellmet mal- moħħ wara l-introduzzjoni tal-kremazzjoni f 'Malta, id- Deputata Rosianne Cutajar. Staqsejniha x'kien li wassalha biex l-ewwel Private Members Bill tagħha tkun propju fuq il-kremazzjoni, b'Cutajar dlonk twieġeb li l-ambjent kien l-aktar fattur li ħeġġiġha biex taħdem favur din il-liġi. "Ma jistax ikun li f 'art daqshekk żgħira nibqgħu nkabbru u nżidu l-oqbra," saħqet Cutajar waqt li fakkret li l-lista ta' dawk il-persuni li jixtiequ jixtru qabar kulma jmur qiegħda dejjem tiżdied. "Biex tixtri qabar għandek madwar €8,000. Qed tkun klassist għax l-art hija dik li hi u għalhekk il-prezz se jkun dejjem wieħed għoli. Hemm ukoll element ta' ġustizzja soċjali. Għal funeral normali għandek dejjem madwar €3,000 u allura l-kremazzjoni se tkun ħafna aktar aċċessibbli, fis-sens li se tkun irħas minn difna normali," kompliet tispjega Cutajar. Kremazzjoni kemm tkun tiswa? Fl-aħħar xhur, kien hawn diversi proposti fosthom mill- Malta Humanist Association li appellaw biex il-kremazzjoni tkun aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd. Staqsejna lil Rosianne Cutajar dwar kemm tkun tiswa kremazzjoni. Id-Deputata spjegat li waħda mill-mistoqsijiet li l-pubbliku qed ikun mistieden jagħti l-opinjoni tiegħu dwarha hija dwar l-irwol li għandu jkollu l-Gvern fl-industrija tal-kremazzjoni, fosthom jekk il-Gvern għandux jikkunsidra l-għażla ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u s-settur privat biex is-servizzi tal- kremazzjoni jkunu offruti b'mod konġunt. Cutajar qalet li l-aktar ħaġa li qed tħasseb lin-nies dwar servizz ta' kremazzjoni offrut esklussivament mill-privat huwa l-prezz li jistabbilixih hu. "Inserħulhom rashom li se jkun hemm avviżi legali li sa ċertu punt jirregolaw il-prezz," sostniet Cutajar iżda qalet ukoll li huwa fl-interess tas- settur privat li l-prezzijiet ma jkunux għolja. "Jekk għandi krematorju x'jaqbilli? Ngħolli l-prezzijiet u jkolli inqas nies għall-kremazzjoni jew nagħmel prezz kompetittiv mad-dfin normali ħalli aktar nies jagħżlu li jiġu kkremati?" Il-Gvern qed jikkunsidra li jissussidja l-kremazzjoni? Mistoqsija jekk il-Gvern hux qiegħed jikkunsidra li jissussidja l-kremazzjoni, Rosianne Cutajar qalet li l-kabinett kien iddiskuta l-proposta li meta jkollu każijiet ta' persuni li ma jaffordjawx funeral, il-Gvern jagħżel il-kremazzjoni. "Nixtieq li n-nies jagħtuna wkoll l-opinjoni tagħhom fuq din il-ħaġa," kompliet id- Deputata. "Jien personalment naqbel għax jekk qed ngħidu li din tkun aċċessibbli għal kulħadd, anke l-Gvern se jkun jaqbillu li jmur għall- kremazzjoni." Għandu jkun hawn reġistru ta' nies li jixtiequ jiġu kkremati? Il-konsultazzjoni qed tistaqsi wkoll jekk għandux ikun reġistru, simili għal dak tad-donazzjoni tal-organi, li jkun jinkludi lil dawk in-nies li jkunu jixtiequ jiġu kkremati wara mewthom. Cutajar semmiet kif barra minn Malta hemm pajjiżi fejn kull krematorju jkollu reġistru ta' dawk in-nies li jkunu jixtiequ jiġu kkremati u dawn iħallsu tariffa minn qabel biex il-proġett ikun aktar sostenibbli. Iżda mhux hekk biss. Hemm ukoll krematorji li joffru formoli jew applikazzjonijiet fejn il-persuna tkun tista' tagħżel minn qabel x'tip ta' ċelebrazzjoni trid wara mewtha, x'mużika tixtieq li tindaqq, lil min tixtieq li jitkellem u aktar. Kull krematorju jkollu sala li fiha tkun tista' ssir ċelebrazzjoni Fil-fatt, kull krematorju mhux se jinkludi biss il-post fejn issir il-kremazzjoni iżda jkun hemm ukoll sala fejn tkun tista' ssir ċelebrazzjoni, kemm jekk persuna tagħżel li ċ-ċerimonja ssir kollha kemm hi fiha u anke jekk isir xi talb jew ċelebrazzjoni oħra wara l-funeral tradizzjonali fil-knisja. "Għalhekk persuna jista' jkollha l-għażla li tagħżel hi x'tip ta' tislima tixtieq li tingħata," saħqet Cutajar. 'Nistgħu ndaħħlu wkoll il- kunċett ta' kiri ta' tebut' Kif għidna, jista' jkun hawn persuni li qabel il-kremazzjoni jew ċelebrazzjoni fis-sala tal- krematorju, xorta waħda jkunu jixtiequ funeral tradizzjonali fil-parroċċa fil- qalba tal-belt jew raħal fejn ikunu trabbew. "Ovvjament il-prezz tal-kremazzjoni se jkun mod u l-prezz tal-funeral tradizzjonali se jkun mod ieħor," kompliet tispjega Cutajar u kien hawn li semmiet il-possibbilità li jiddaħħal il-kunċett tal-kiri tat-twiebet. "Għal min irid funeral tradizzjonali qabel il-kremazzjoni, ma jagħmilx sens li jixtri tebut, li ngħiduha kif inhi jiswa l-flus." Kien hawn li Cutajar insistiet li dan is-servizz se jkun qiegħed joffri għażliet diversi u huwa f 'idejn l-individwu jew il-familjari tiegħu biex jagħżlu xi jridu. "Ħalli xorta waħda ssir il-quddiesa u wara ssir din iċ-ċelebrazzjoni fil- krematorju. Hemm oħrajn li se jagħżlu li l-ewwel issir il-kremazzjoni u wara ssir din iċ-ċelebrazzjonijiet fil- preżenza tal-urna bl-irmied. L-għażliet huma ħafna," saħqet Cutajar. "Diġà hija realtà ta' ħafna Maltin li qed jagħżlu li l-funeral tagħhom ikun ċelebrazzjoni ta' ħajja fejn ikun iċċelebrat is-sabiħ tal-persuna." 'Terz tal-popolazzjoni tikkunsidra l-kremazzjoni' Sa issa, il-liġi Maltija tippermetti biss dfin f 'ċimiterji magħżula jew, f 'każijiet rari, anke fil-baħar. Madanakollu, Cutajar qalet li riċerka riċenti turi li sa terz tal-popolazzjoni, tikkunsidra alternattivi għal dan id-dfin. "Dan diġà huwa riżultat pożittiv," kompliet Cutajar waqt li saħqet li tinsab ċerta li malli dan is-servizz ikun introdott ukoll f 'Malta, l-għadd ta' persuni li jkunu lesti jagħżlu l-kremazzjoni se jiżdied. Kien hawn li semmiet statistiċi minn pajjiżi oħrajn li kollha juru li wara l-introduzzjoni ta' dan is- servizz, aktar nies jagħżlu l-kremazzjoni. Fost dawn semmiet New Zealand fejn qabel l-introduzzjoni 5% biss kienu jaqblu mal- kremazzjoni u llum 70% qed jagħżlu li jiġu kkremati wara mewthom. L-istess l-Awstralja. 65% ta' kull min imut qed jiġi kkremat. Fi kliem Cutajar dan diġà jagħmel il-kremazzjoni vijabbli, iżda apparti minn hekk saħqet li s-settur privat qiegħed ibassar li jista' jkun hawn domanda minn Sqallija. Spjegat kif fi Sqallija hemm żewġ krematorji, wieħed f 'Messina u l-ieħor f 'Palermo, b'wieħed minnhom jaħdem rarament. "Qed jantiċipaw li jista' jkollna domanda minn Sqallija jekk il-kremazzjoni ssir f 'Malta," saħqet Cutajar. U min irid l-irmied id-dar, se jkun jista' jagħmel dan? Tkellimna wkoll dwar il- ħażna u d-dispożizzjoni tal- irmied u staqsejna lil Cutajar jekk qraba hux se jkunu jistgħu jagħżlu li jżommu l-irmied ta' xi qarib tagħhom id-dar. Bdejna billi ddiskutejna dak li huwa permess mill- Knisja. Il-Knisja hija favur il-kremazzjoni sakemm l-irmied jinżamm f 'post sagru, jiġifieri f 'ċimiterju, knisja jew kappella. "Se jkun hemm min se jagħżel li l-irmied jindifen iżda se jkun hemm oħrajn li se jagħżlu li jżommu l-irmied id-dar għax pereżempju fil- Milied iridu joħroġ l-urna biex iħossu l-qarib jew il- qariba viċin tagħhom. Oħrajn se jagħżlu li jżommu l-irmied tal-persuna għażiża għalihom f 'ġiżirana," saħqet Cutajar. Fil-fatt, kompliet tispjega d-Deputata, il-leġiżlazzjoni se tkun qed tindika l-mezzi permessi għad-dispożizzjoni jew il-ħażna. "Din vera ġrat. Kien hemm min xtaq li wara li jmut jiġi kkremat u l-irmied tiegħu jinxtered fuq il-marċ tal- festa," irrakkontat Cutajar. "Ovvjament affarijiet hekk mhux se jkunu permessi. Kemm jista' jkun se nippruvaw naqtgħu x-xewqat ta' kulħadd sakemm din ma Il-kremazzjoni. Kif se ssir f 'Malta? L-irmied se jkun qed jindifen? Persuna tista' żżomm l-irmied tal-qraba tagħha d-dar? Kemm tiswa kremazzjoni? L-ILLUM tistaqsi lil Rosianne Cutajar, il-moħħ wara l-liġi l-ġdida li qed tkun proposta ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Dwar il-ħażna jew id- dispożizzjoni tal-irmied se jkun hemm linji gwida. Kien hemm min xtaq li wara li jmut jiġi kkremat u l-irmied tiegħu jinxtered fuq il-marċ tal-festa. Ovvjament aarijiet hekk mhux se jkunu permessi " " 'Qed inbassru li jista' jkun hawn domanda

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019