Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 ILLUM l-għarfien dwar is- saħħa kiber ħafna. Kulħadd joqgħod attent x'jiekol u jagħmel l-eżerċizzju biex jibqa' b'saħħtu. Imma kemm qed nagħtu kas ukoll l-arja li rridu nieħdu b'mod inevitabbli? Kemm qed naraw, kemm aħna bħala poplu imma wkoll l-Ewropej u l-popli kollha, li n-nifs li qed nieħdu huwa wieħed nadif? "L-ispiża tal-pajjiżi hija enormi. It-tniġġis tal-arja taffettwa l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja. Twassal għal mard kroniku u għall- imwiet." Hekk sostniet dwar it-tniġġis tal-arja Maria Neira, Direttur tas-Saħħa Pubblika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-mira tal-Gvern biex jitwaqqaf il-bejgħ tal- karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel, mira li għadha mhix iddatata. Imma għalfejn din il-mira? U min bħalna għamel din il-mira? U x'qed tesiġi l-Unjoni Ewropea? Imma l-karozzi se jogħlew? illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 Daqshekk karozzi diesel u petrol. ...lanqas xejn! Fil-fatt il-karozzi huma wieħed mill-akbar fatturi li qed iwasslu għal żieda fi t-tniġġis fl -arja u r-riperkussjonijiet kollha li ġġib magħha. Pajjiżi madwarna diġà ddeċidew meta se jwaqqfuhom, Malta miexja f 'dik it-triq... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Imma d-dijossidu tal-karbonju li noħolqu mill-karozzi x'inhu eżatt? Wieħed mill-aktar fatturi li jwasslu għat-tniġġis huma l-karozzi, li jitfgħu d-dijossidu tal-karbonju (CO2) fl-arja. Imma ħa nidbew bir-raġuni għalfejn dan id- dijossidu huwa ħażin. L-ewwel nett is-CO2 huwa tip ta' gass serra. Ngħidulu hekk għaliex joħloq l-effett ta' serra madwar id-dinja bil-konsegwenza li l-pjaneta żżid fis-sħana hekk kif dawn il-gassijiet jibqgħu madwar l-istess pjaneta. Bħalissa s-CO2 jirrappreżenta 84% tal-gassijiet serra kollha li jipproduċi l-bniedem u jitla' għal total ta' 30 miljun tunnellata fis-sena. Ħafna minn dawn il-gassijiet ġejjin mill-ħruq ta' fjuwils biex ikun iġġenerat l-elettriku u mit-trasportazzjoni. L-effett ta' dawn il-gassijiet serra huwa żieda gradwali fit-temperatura, li qed twassal (fost oħrajn) għal żidiet fil-mard respiratorju filwaqt li jibda jinħall is-silġ tal-poli, b'żieda allura fil-livell tal- baħar u l-ilmijiet. Anne Marie Helminstein, tabiba, tfakkar illi d-dijossidu tal-karbonju huwa parti mill-arja li nieħdu u allura huwa importanti għall-ħajja, imma f 'ammonti kbar kif qed jinħoloq bħalissa jista' jkun tossiku. Imma jiena kif se nintlaqat? Min jgħix f 'postijiet fejn it-tniġġis fl-arja huwa għoli ħafna u allura l-ammont ta' CO2 ma jibqax f 'livelli "normali" jinsab f 'riskju ogħla ta' mard. Is-sit eMedMag. com jinnota li kien hemm każi ta' vvalenar bis-CO2 jew deterjorazzjoni tal-funzjonijiet respiratorji. Jekk ikun hemm wisq CO2 fid-demm tiżviluppa l-kundizzjoni magħrufa bħala hypercapnia li żżid l-aċidità u twassal għall-falliment fil- funzjonijiet tal-qalb. Wisq C02 iwassal għal ħsara fis-sistema ċentrali tan- nervituri jew inkella asphyxia. U l-karozza tiegħi kemm se tkun qed tniġġes? Fl-2009 u l-2014 l-UE introduċiet livelli legali ta' CO2 ta' karozzi ġodda mill-2015 tkun ta' 130 gramma CO2 kull kilometru li tinżel għal 95 gramma kull kilometru fl-2021. Fl-2017, skont ċifri mill-Kummissjoni Ewropea (KE), il-medja ta' emmissjonijiet kienet ta' 118.5 gramma kull kilometru kwadru. Il-limiti tal-emissjonijiet fl-Ewropa jinħadmu skont it-toqol tal-karozza, naturalment ikbar ma hi l-karozza tiegħek aktar qed tħammeġ. 12% tal-emmissjonijiet ta' CO2 fl-Unjoni Ewropea ġejjin mill-karozzi. Tajjeb wieħed ifakkar illi bejn l-1990 u l-2010 l-emmissjonijiet mit-trasport fl-UE żdiedu bi kważi 23%. Dan wassal biex it-tnaqqis globali ma kienx kbir daqs kemm xtaq il-kontinent. Naturalment hemm diskussjoni sħiħa dwar l-effett tat-tip ta' karozzi u fosthom jekk karozzi kbar (SUVs) humiex qed jibbilanċjaw it-tnaqqis ta' CO2 fl-arja minn karozzi żgħar.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019