Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 | illum Il-kwistjoni tal-barranin tibqa' waħda favorita ta' Delia. Fir-realtà, lil hinn minn kull kunsiderazzjoni oħra, hija vera li l-ammont tal-barranin f 'pajjiżna żdied bil-kbir. Dan iġib miegħu żviluppi pożittivi, imma anke negattivi li fl-aħħar ġimgħat u anke l-Ħadd li għadda din il- gazzetta tkellmet dwarhom. Delia reġa' aċċenna għall-bżonn li nġibu "barranin ta' kwalità" u mhux dawk li qed "jisirqu (jużurpaw) lil pajjiżna." Il-problema ta' Delia f 'dan il-qasam mhix li qed imiss ferita, imma li mhux qed jgħid kif qed jisirqu lill-pajjiż. Għalfejn qed jisirqu? Għax hemm minnhom li mhux qed iħallsu t-taxxa? Imma dik it-tort tagħhom jew ta' min qed iħaddimhom u ta' min suppost qed jara li ħadd ma jevadi t-taxxa? U aktar importanti minn hekk, kieku Delia jkun PM għada stess kif se jiddieċiedi min hu ta' kwalità jew le? Ta' kwalità jiġifieri nies ta' ċerta skola u sfond soċjali biss? U jekk hu hekk min se jibni? Min se jkaħħal? Min se jiżbogħ? Min se jiġbor iż-żibel? U nistgħu niqbgħu sejrin... Il-punt kollu hawnhekk mhuwiex kemm l-immigrazzjoni hija meqjusa bħala problema. Sondaġġ tal-Kummissjoni Ewropea juri biċ-ċar illi l-Maltin huma l-poplu li l-aktar jaħsbu illi l-immgrazzjoni hija problema. Il-punt hawn huwa kif Delia se jbiddel l-istqarrijiet fl-arja għal fatti fuq il-karta, bħala liġi. Il-problema l-oħra ta' Delia hawnhekk hija li l-PN għandu kompetizzjoni ħarxa. Għal min huwa kompletament razzist u jaħseb li l-bojod huma superjuri se jkun hemm Norman Lowell f 'Mejju, għal min ma jridx iktar immigranti f 'pajjiżna anzi possibilment dawn jitkeċċew kollha għandu lill-Patrijotti u mbagħad hemm il-Partit Laburista li jiġbor fih ukoll ammont ta' persuni li huma razzisti però jippreferu jivvutaw lill-Partit Laburista minħabba kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi. Jiġifieri tajjeb li Delia jerġa' jagħmel kalkolu sobriju ta' kemm fil-fatt tilef u kemm qed jattira voti bl-istqarrijiet tiegħu dwar l-immigrazzjoni, apparti naturalment li jirrispondi l-mistoqsija ovvja ta' x'jagħmel kieku hu jkun Prim Ministru. L-argument tiegħu dwar dak li qal il-PM u l-pensjonijiet mhux b'saħħtu. Huwa fatt li jekk jonqsu l-barranin bil-kbir, se jonqos id- dħul tal-Gvern bil-kbir! Anke hawn f 'Mejju nkunu nafu x'effett kellu dan id-diskors u kemm il-PN attira votanti li qed iħossu li l-pajjiż qed isir wisq iffullat u li jħossu illi l-immgrazzjoni huma xi forma ta' theddida għall-identità. Il-barranin ta' kwalità... imma kif? Għarfien ta' problema, imma bla proposti ċari Fis-soċjal, f 'dak kollu li jolqot in- nies aktar direttament Delia jibqa' b'saħħtu, speċjalment imbuttat mill- kariżma tiegħu, mal-laqgħat frekwenti li qed ikollu man-nies kif ukoll mill- idea, perċezzjoni jew fatt li l-Gvern "kibritlu rasu." L-argument ta' Delia, magħmul grafikament f 'karikatura nhar il-Ħadd li għadda fuq il-gazzetta ILLUM, huwa b'saħħtu u jħalli effett. L-idea li l-Gvern qed jitrateni fil- qasam tad-djar u l-akkomodazzjoni soċjali filwaqt li qed "jagħti" meded kbar ta' art bi prezz li ma jirrifletti xejn il-valur tal-art tinżel tajjeb u toqros u tweġġa' lil sezzjoni ta' nies li qed jikru u qed isibu problema biex ikampaw finanzjarjament. Delia qed jagħfas ukoll fuq il-bżonn li saqaf fuq rasek ikun dritt u mhux lussu, għal darb'oħra proposta li tagħmel sens. Bla dubju li l-PN adotta politika, kemm taħt Simon Busuttil u anke issa, li hija aktar ċentru-xellug favur is-solidarjetà u l-wens u ż-"żgħir" vulnerabbli kontra l-kbir "li qed jibla' u jiffoxna". Naturalment wieħed jistaqsi; imma dan se jfisser aktar voti għall-PN? Il-fatt, spjegat b'mod eċċellenti f 'intervista fuq din il-gazzetta minn Sammy Meilaq ġimagħtejn ilu, huwa li Muscat irnexxielu jsib bilanċ delikat bejn il-kapitaliżmu sfrenat u l-qrubija mal-miljunarji u dawk li jarawh bħala 'baqra li teħleb minnha' u dawk li għandhom bżonn l-għajununa mill- Gvern jew li jinsabu fil-livelli baxxi tas-soċjetà. Miżuri bħaċ-child care, il-benefiċċju tal-qgħad għall-ewwel tliet snin tal-impjieg, żieda fiċ-childrens' allowance, żidiet fil-pensjonijiet u żidiet f 'diversi benefiċċji jfissru li l-Gvern, bis-saħħa tal-flus ta' pajjiż b'ekonomija b'saħħitha jista' jibqa' jindirizza problemi soċjali. Dan ikun ifisser li minkejja li Delia jkollu raġun, jibqa' bir-raġun għax in-nies jafu li l-problema tagħhom se tkun indirizzata llum jew għada mill-Gvern. Naturalment kontra l-Gvern u favur Delia issa hemm iż-żmien. Iktar kemm jgħaddi żmien iktar se tibda tiżdied il-perċezzjoni li l-Gvern 'inqata'' mill-poplu.' S'issa iżda, forsi sorprendentement għax fit-tieni leġiżlatura, il-Gvern Laburista xorta għadu meqjus bħala wieħed li għandu konoxxenza tajba ta' dak li għandu bżonn il-poplu u l-probabilità hija li din il-perċezzjoni hekk se tibqa' sa Mejju li ġej. Minkejja li fil-qasam soċjali Delia jibqa' iktar b'saħħtu milli f 'oqsma oħrajn, hu qed jiġġieled kontra magna kbira, effiċjenti, li taqdi n-nies u li għandha marbuta magħha qawwa medjatika u ta' propoganda. Dritt ta' saqaf fuq rasek... b'saħħtu fis-soċjal X'kienu l-aktar suġġetti li semma? • Żgħażagħ – aktar minn 22 darba • Korruzzjoni – 10 darbiet • Barranin – 6 darbiet • Demokrazija – 5 darbiet • Saqaf fuq rasek – 5 darbiet wkoll... dak li qal Delia nhar l-Erbgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019