Illum previous editions

ILLUM 3 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1088105

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 3 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 8 Illum huwa l-Jum Dinji ddedikat għas-smigħ, bl-Għaqda Dinjija għas-Saħħa tisħaq dwar l-importanza li kulħadd jeżamina s-smigħ tiegħu. Iżda s-smigħ kif jista' jkun aff ettwat? Ħsejjes tal-kostruzzjoni jistgħu jħallu eff ett? U hearing aid biżżejjed? In-nuqqas tas-smigħ assoċjat mad-dimensja, Minn Yendrick Cioffi ILLUM, l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa qed tiċċelebra l-Jum Dinji tas-Smigħ bit-tema magħżula għal din is-sena tinsisti dwar l-importanza li wieħed jieħu ħsieb dan is-sens u jiċċekja l-livell ta' smigħ tiegħu. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- awdjoloġista Christopher Deguara li spjega kif għalkemm huwa proċess naturali li l-livell tas-smigħ jonqos mal-età, wieħed jista' jgħaġġel dan il-proċess jekk jesponi ruħu kontinwament u mingħajr protezzjoni għal storbju eċċessiv. Mistoqsi min jista' jkun l-aktar f 'riskju, l-awdjoloġista semma persuni li jisimgħu mużika għolja fuq headphones, persuni li jaħdmu jew li jiffrekwentaw ta' spiss id-diskoteki u anke dawk li jipprattikaw delizzji partikolari, fosthom il- kaċċaturi u anke l-persuni li jdoqqu l-qniepen, fost oħrajn. "Għal dawn jew oħrajn, jekk ma jipproteġux lilhom infushom b'ear plugs, ir- rata tad-deterjorazzjoni tas-smigħ se tkun aktar mgħaġġla. Dak li jkollu jiġri fl-età ta' 80 sena se jiġri f 'età iżgħar," spjega l-awdjoloġista. "Il- prevenzjoni hija importanti ħafna." Ta' min nagħmlu aċċenn partikolari għall-fatt li meta wieħed qed jitkellem fuq nuqqas ta' smigħ mhux qed jirreferi għal persuni li ma jisimgħu xejn, iżda għal dawk li s-smigħ tagħhom ma jaqbadx ċertu frekwenzi partikolari. "Ma ninsewx li kull ittra għandha frekwenza u intensità partikolari. Li jiġri huwa li tibda tisma' imma ma tifhimx, għax kull kelma li tisma' jibda jkollha ittri neqsin, skont il-frekwenzi li tkun tisma'," kompla jispjega Deguara. "Tajjeb nifhmu d-differenza bejn li wieħed jisma' u li wieħed jifhem. Li tisma' huwa proċess li qiegħed isir fil-widna, iżda huwa l-moħħ li jipproċessa u jifhem dawk is-sinjali. Għandna żewġ widnejn u żewġ partijiet fil-moħħ li jagħmlu dan il-proċess." X'inhuma l-ewwel sintomi? Lura għall- prevenzjoni, l-awdjoloġista spjega kif jekk wieħed jesponi lilu nnifsu għal tul ta' ħin għal storbju eċċessiv, bħal ngħidu aħna erba' sigħat kuljum jisma' mużika għolja fuq headphones, ikun qiegħed jagħmel ħsara li hija permanenti. Kompla jispjega li din tibda b'mod temporanju, bħal meta persuna toħroġ minn diskoteka u tisma' żarżir u tisfir f 'widnejha għal tul ta' ħin. "Dawn huma l-ewwel sintomi. Iżda meta dan ikun irrepetut darba wara l-oħra u wara l-oħra, il-ħsara li ssir tkun permanenti," saħaq l-awdjoloġista. Kif jidħlu d-dimensja u d-dipressjoni? Iżda għalfejn huwa importanti li wieħed jiċċekja l-livell tas-smigħ? Christopher Deguara saħaq li filwaqt li s-smigħ naħsbuh xi ħaġa trivjali jew forsi ma tantx nagħtu kasu għax imdorrija bih, il-verità hi li jeżistu ħafna assoċjazzjonijiet. "Irridu noqogħdu attenti. Il-popolazzjoni qiegħda tikber u għalkemm mhux il-kawża, in-nuqqas tas- smigħ huwa assoċjat mad- dimensja, mad-dipressjoni u mal-esklużjoni soċjali, fost oħrajn," qalilna l-awdjoloġista. "Immaġina persuna li tmur attività, kulħadd qed jitkellem, iżda hu qed jisma' u mhux jifhem." Semma wkoll assoċjazzjonijiet oħra, fosthom it-tinitus, kundizzjoni tedjanti ħafna fejn persuna tibda' tisma' ħsejjes ta' kull tip, b'mod partikolari meta jkun fis-silenzju. Staqsejnieh kif in- nuqqas ta' smigħ jista' jaffettwa d-dimensja. "Fi kliem sempliċi, meta inti mhux tħaddem dik il- parti tal-moħħ li tifhem u tipproċessa l-ħsejjes, se titlifha. Kif ngħidu bl- Ingliż: What we do not use, we lose," spjega Deguara u dan wassalna biex nitkellmu dwar il-hearing aids. 'Hearing aid għandha tamplifika biss ċertu frekwenzi' L-ewwel u qabel kollox, appella lill-pazjenti biex jagħtu ċans li jidraw il- hearing aid. Bħal xi ħadd li jbiddel lenti ta' nuċċali, persuna li juża hearing aid irid jagħti ftit ċans li Job Vacancy Jevon's Discount Store 29,George Borg Olivier Street, Mellieha. Tel: 21523546,99473825 Purchasing personnel Full Time To work from Monday to Saturday from 7 am to 2 pm Duties Purchasing and making purchase orders, stock pricing and stocking of shelves Salary Package €1000 monthly The applicant must be in possession of a valid food handler's document, have purchasing skills, have at least three years experience in a similar post, be English speaking and have excellent communication skills. Detailed CV should be sent to the above address L-awdjoloġista Christopher Deguara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 March 2019