Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
23 illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 TV/Ċinema Tassew ħaġa ta' min ifaħħarha li l-film tas-supereroj mara Captain Marvel hu ddedikat lil Stan Lee. Verament ukoll ħaġa xierqa li juri l-logo ta' Marvel Studios, fil-bidu nett, b'dan il-fundatur ma' diversi karattri tal-kotba komiks Marvel mal-eroj kollha maħluqa minnu u Jack Kirby. Minkejja li miet fit-12 ta' Novembru li għadda fl-età sabiħa ta' 95 sena Lee hu wkoll wieħed mill- produtturi. Captain Marvel hu l-ewwel titlu li għandu protagonista mara. Ambjentat fis-snin disgħin, l-istorja titratta l-vjaġġ li Carol Danvers (Larson) tidħol għalih biex issir waħda mis- supereroj l-aktar potenti tal-univers. Hi ssib ruħha fiċ-ċentru ta' gwerra galaktika bejn żewġ razez aljeni, flimkien ma' grupp żgħir ieħor ta' alleati. Id-dover tagħha hu li twaqqaf din l-ostilità' waqt li jkollha ħjiel fil-memorja tagħha li qabel kienet fuq din il-pjaneta tagħna bħala pilota tal-Air Force Amerikana. Il-passat tagħha li narawh f 'diversi flashbacks matul l-andament hu wieħed misterjuż u anki d-DNA tagħha issa nbidel. Din il-missjoni qalila u perikoluża li se tagħmilha s-supereroj Captain Marvel jekk jirnexxilha tilqa' u tegħleb l-isfidi spissi ta' Starforce Commander (Law). Dan ix-xogħol hu bbażat minn fuq is-serje ta' kotba komiks Marvel tant popolari li ġew ppubblikati għall-ewwel darba fl-1967. It-ton prinċipali ta' dan ix-xogħol hu li jistabilixxi l-ewwel serje ta' protagonista femminili fl-univers ċinematiku Marvel, tant maħbuba f 'dawn il-komiks. Mhux biss issa għandna supereroj mara għall-ewwel darba b'film sħiħ fuq spallejha, iżda wkoll insibu direttriċi mara għall-ewwel darba fil-films ta' Marvel Studios, Anna Boden, flimkien ma' żewġha Ryan Fleck. Captain Marvel/Carol Danvers dalwaqt se terġa' tidher ma' supereroj oħrajn fil-produzzjoni ta' The Avengers: Endgame Atturi Ewlenin: Brie Larson; Samuel L. Jackson; Ben Mendelsohn; Annette Benning; Jude Law; Djimon Hounsou. Diretturi: Anna Boden u Ryan Fleck. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 128 min. Ċert. 12A. Għalkemm il-lottar hija t-tema prinċipali ta' Fighting with my Family , din hija kummiedja b'kurrenti serji li tinvolvik, ibbażata minn fuq l-istorja inkredibbli, imma vera, ta' Paige li ta' età żgħira saret stilla tal-WWE (World Wrestling Entertainment Inc.). Saraya Bevis (Pugh), li bdiet fil-lottar bl-isem ta' Paige, trabbiet f 'Norwich, l-Ingliterra, ġo familja ffissata f 'dan l-isport. Hi u ħuha Zak (Lowden), li anki meta kienu tfal sikwit kienu jiġġieldu u jillottaw flimkien, tassew ħassewhom fis-seba' sema meta ġiethom l-opportunità li jikkompetu fil-WWE. Sfortunatament, Paige biss intgħażlet fi programm ta' taħriġ intensiv. B'hekk, ikollha tħalli l-familja li tant iħobbuha biex tmur fl-Istati Uniti u tiffaċċja dinja ta' min hu l-aqwa jħawwel. Wara xi qtigħ-il qalb, tagħmel l-almu kollu tagħha, tisfida bl- aħrax lilha nnifisha biex tipprova tirnexxi mhux għall-glorja tagħha biss, iżda l-aktar għal-familja. Bħala guest f 'dan ix-xogħol insibu lil Dwayne Johnson li kien lottatur rinomat taħt l-isem ta' The Rock. Meta ra dokumentarju tal-UK Channel 4 jismu The Wrestlers: Fighting With My Family, dlonk innota t-talent ta' Saraya Bevis u malajr żamm f 'moħħu l-potenzjal ta' din it-tfajla. B'hekk, hu wieħed mill-produtturi bil-kumpanija tiegħu Seven Bucks Productions. Bħal Eddie the Eagle , dan hu film awtentiku u divertenti dwar xi ħadd mhux favorit jew miskin li kien kapaċi jegħleb kull ostaklu mhux b'malizzja iżda b'impenn, dedikazzjoni assoluta u anki ħbiberija. Fighting with my Family Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Florence Pugh; Jack Lowden; Nick Frost; Lena Heady; Vince Vaughn; Dwayne Johnson. Direttur: Max Fisher. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 108 min. Ċert 12A. Boy Erased Atturi Ewlenin: Lucas Hedges; Nicole Kidman; Joel Edgerton; Russell Crowe; Cherry Jones; Joe Alwyn. Direttur: Joel Edgerton. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 114 min. Ċert. 15 Films ġodda għal din il-ġimgħa Captain Marvel Film interessanti u nista' ngħid li hu wkoll topiku hu Boy Erased li jiffaċċja tema kontroversjali u kumplessa ta' terapija li tipprova tbiddel l-attitudni ta' wieħed gay. Din il-produzzjoni diretta mis-soltu attur Joel Edgerton, li hawn għandu wkoll parti sostanzjali, hi bbażata fuq il-memorji ta' Garrard Conley; Boy Erased: A Memoir of Identity, Faith and Family. Jared Eamons (Hedges), imwieled f 'belt żgħira rurali ta' Arkansas, tifel ta' predikatur Battista, meta għalaq id-19-il sena, jiddeċiedi li jiżvela s-sesswalità tiegħu mal- ġenituri (Kidman u Crowe). Dawn ixxukkjati u mbeżża' li se jitlef lill-familja, lil ħbiebu u lill-fidi tiegħu, jisfurzawh jattendi kors ta' terapija ta' konversjoni li jaċċetta malajr bla ebda reżistenza. Waqt dan il-programm edukattiv sikwit jikklaxxja mat-terapista (Edgerton) prinċipali tiegħu u jibda vjaġġ intern kif se jsib il-vuċi tiegħu u kif tassew iħossu komdu fil-ħajja. Dan hu xogħol kommoventi li jperreċ fil-beraħ kif terapiji bħal dawn huma xorta oħra rispettabbli ta' brainwash u li kważi ħadd ma jista' jdawwar l-inklinazzjoni naturali ta' dak li jkun. Lucas Hedges tassew jagħti interpretazzjoni sottili mil-qalb u juri li ma jkunx f 'sikktu jaġixxu kif mhux imdorri. Ir-reazzjonijiet bejn it-tfajjel u l-ġenituri tiegħu huma dejjem loġiċi u qatt ma jinżlu f 'xi karikatura formali. Direzzjoni sodisfaċenti sewwa mill-Awstraljan Joel Edgerton.