Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum F'Settembru, 9.4% tal- votanti Nazzjonalisti fl-2017 jew inkella 12,755 qalu li jafdaw aktar lil Muscat, f 'Ottubru 7.8% (10,584), f 'Novembru 8% (10,855), f 'Diċembru niżel għal 2.6% (3,528) biex imbagħad reġa' tela' għal 9.3% (12,619), fi Frar 9.8% (13,298) u f 'Marzu 9.8% (13,298). Dan juri allura illi l-potenzjal li l-PN inaqqas il-voti jerġa' jogħla u dan għaliex il-persentaġġ ta' Nazzjonalisti li qed jgħidu li jafdaw lil Muscat aktar minn Delia huwa ogħla minn dawk in-Nazzjonalisti li qed jgħidu li jivvutaw PL, kważi dejjem. F'Settembru, 9.4% qalu li għandhom aktar fiduċja f 'Muscat imma 4.3% qalu li se jivvutaw PL (jiġifieri 5.1% jafdaw aktar lil Muscat imma mhux sal-punt li jivvutaw PL). F'Ottubru Muscat kellu l-fiduċja ta' 7.8% tan-Nazzjonalisti, imma 2% biss qalu li se jivvutaw PL, f 'Novembru 8% qalu li jafdaw lil Muscat imma 1.9% kienu lesti jivvutaw PL. Diċembru kien l-uniku xahar fejn iż-żewġ numri ġew qrib xulxin; 2.7% tal-votanti PN kienu lesti jivvutaw PL u 2.7% kienu jafdaw lil Muscat l-aktar. Fi Frar, id-differenza reġgħet kibret; 9.3% jafdaw aktar lil Muscat imma 1.6% biss qalu li jivvutaw PL u f 'Marzu 9.8% qalu li jafdaw lil Muscat l-aktar, imma 5% biss qalu li lesti jivvutaw PL. Ma jridu jafu b'ħadd Intant dan il-grupp ta' Nazzjonalisti 'orfni' jkompli jikber b'dawk li tul dawn l-aħħar sitt xhur qed jgħidu li mhux se jivvutaw. F'Awwissu, 11.8% minn dawk li vvutaw PN l-aħħar darba qalu li ma jivvutaw lil ħadd, 18% f 'Settembru, 19.2% f 'Ottubru, 21.7% f 'Novembru u 15.1% f 'Diċembru. Fl-ewwel żewġ stħarriġ ta' din is-sena, fi Frar u Marzu, 16.9% u 6.5% rispettivament qalu li mhux beħsiebhom jivvutaw. Mal-partiti ż-żgħar B'tant persuni Nazzjonalisti li mhuma kuntenti xejn b'Delia wieħed kien jistenna li l-istħarriġ ta' dawn l-aħħar xhur juri ċaqliqa konsiderevoli lejn il-partiti ż-żgħar speċjalment lejn il- Partit Demokratiku (PD) illi fl-aħħar elezzjoni kien ingħata ħafna spazju mill-PN. Fil-fatt dan ma ġarax u l-akbar persentaġġ li ntlaħaq kien fl-istħarriġ ta' Settembru meta 3.2%, li huwa ammont li jinsab fil-marġini tal-iżball, ta' votanti tal-PN qalu illi lesti jivvutaw lill-PD. Imma dieħel xi forma ta' appoġġ? Naturalment biex nagħlqu dan iċ-ċirku wieħed jeħtieġ jara jekk l-istħarriġ tal- opinjoni pubblika humiex qed jagħlqu dan ċ-ċirku b'ammont ta' voti ġodda deħlin għall-PN, daqs kemm ħerġin. Minn seba' sondaġġi tal- kamra tal-aħbarijiet ta' din il-gazzetta kien biss f 'erbgħa li kien hemm indikazzjoni ta' votanti li vvutaw PL fl-aħħar elezzjoni ġenerali u li meta sar is-sondaġġ kienu lesti li jivvutaw PN. L-ogħla ċifra kienet ta' 1.3% f 'Settembru li allura kien jammonta għal 2,222. Distakk ta' madwar 55,000. Imma kif jinħadem dan? Minkejja li kien hemm rebħiet żgħar għall-Partit Nazzjonalista u Adrian Delia b'persentaġġi żgħar ta' Laburisti jgħidu li se jivvutaw PN, huwa ċar kristall illi biex Delia jkollu ċans jibda jnaqqas id-distakk irid jattira bil-wisq aktar nies lejh. Kważi, kważi għandu muntanja wieqfa u diffiċli ħafna. Fil-fatt Delia jeħtieġ minn issa sa Mejju jirbaħ madwar 47,000 vot biex jibda jnaqqas id-distakk b'mod effettiv. Kif? L-ewwel nett irid jibda billi (jekk in- numri jibqgħu eżatt l-istess bħall-aħħar sondaġġ) jirbaħ lura dawk is-6,784 (allura 13,569 f 'appoġġ), li s-sondaġġ tal- Ħadd li għadda qed juri li l-PN tilef għal-Labour. Wara jeħtieġ jibda jaħdem biex jġib miegħu dawk in-Nazzjonalisti kollha li qed jgħidu li mhux se jivvutaw u li skont l-aħħar stħarriġ għoddew 8,820 vot. Apparti dan, hemm 20,000 vot li (dejjem fl-aħħar sondaġġ) qalu li 'ma jafux' kif se jivvutaw u jieħu lura dawk il- voti li qed jgħidu li se jivvutaw PD u AD (kważi 5,000 vot). Dawn flimkien jgħoddu għal 47,000 (20,000 + 8,820 + (6,784 x 2) + 5,000) li allura, kieku l-PL ma jitlef xejn itellgħu d-distakk għal aktar minn 80,000 vot. Min-naħa tiegħu, il-Labour għandu żewġ gruppi li bħalissa qed jitlef jiġifieri dawk li qed jgħidu illi ma jridux jivvutaw u dawk li ma jafux. Dawk li qed jgħidu li ma jridux jivvutaw ilaħħqu 9.7% ta' dawk li vvutaw PL fl-2017, li allura jfisser li 16,600 qed jgħidu li ma jridux jivvutaw. Ma' dawn trid iżżid 13,976 li qed jgħidu illi ma jafux kif se jivvutaw u madwar 1,400 li qed jgħidu illi se jivvutaw PD jew PN. B'kollox dawn jgħoddu għal kważi 32,000. Li jfisser allura t-telf ta' voti jħalli lill-PL b'madwar 15,000 vot minn fuq (47,000-32,000 = 15,000). Jekk tgħodd dan il-bilanċ ta' telf issib allura li bħalissa bejn il-partiti hemm l-40,000 distakk tal-aħħar elezzjoni flimkien ma' 15,000 differenza, li jfisser madwar 55,000 vot favur il- Partit Laburista. L-assunzjoni tal-indeċiżi ... Għall-fini ta' dan l-artiklu se nassumu illi dawk kollha li huma indeċiżi se jivvutaw lill-partit li vvutaw miegħu fl-2017. Dan ikun ifisser illi l-PN jiggwadanja madwar 20,000 vot u l-PL jiggwadanja madwar 13,976. Dan ifisser illi jkun hemm bilanċ ta' 6,000 favur il-PN fost l-indeċiżi u allura jerġa' jonqos id-distakk b'dan l-ammont biex isir madwar 45,000 u 50,000 favur il- Partit Laburista. In-numri fis-sondaġġi ... • Fl-2017, 135,696 ivvutaw PN u 179,976 ivvutaw PL • F'Awwissu, 46,543 biss tan-Nazzjonalisti kellhom fiduċja f 'Delia • 40,000 differenza bejn dawk li lesti jivvutaw PN u dawk li jafdaw lil Delia, f 'Marzu • 13,298 votant PN jafda aktar lil Muscat f 'Marzu • 6,784 votant PN qed jgħidu li lesti jivvutaw PL f 'Mejju • F'Settembru, 2,222 votant PL kienu lesti jivvutaw PN • Jekk tgħodd BISS lil dawk li huma ċerti li se jivvutaw PN jew PL fis-sondaġġ ta' Marzu, il-PN jitlef 47,000 vot u l-PL jitlef 32,000 vot... • ...dan jammonta għal distakk ta' madwar 55,000 Simon Busuttil kiseb 135,696 vot. Illum dawn naqsu b'madwar 47,000 oħrajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019