Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 | illum Tal-funerali kif qed iħarsu lejn il- kremazzjoni? Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' għadd ta' kummissjonanti tal- funerali dwar kif jaħsbu li se taffettwahom il-kremazzjoni. Għalkemm kollha kemm huma qalu bil-kremazzjoni se jibqgħu fl-istess ilma, talbuna biex ma nsemmux isimhom. Il-kummissjonanti spjegaw kif il-kremazzjoni mhux se twaqqaf il-funerali u għalhekk, ġaladarba ħafna xorta se jkunu jridu funeral fil-knisja qabel il-kremazzjoni, ix-xogħol tagħhom mhux se jkun mittiefes. "Li forsi nintlaqtu ftit huwa mill-bejgħ tat-twiebet," qalulna wħud mill- kummissjonanti. "Ġaladarba t-tebut mhux se jintuża għad-difna, ma jagħmilx sens li wieħed jonfoq ħafna flus fuq tebut." Madanakollu, kummissjonanti oħra qalulna li lanqas dan mhux se jaffettwahom daqshekk. "Anke bħalissa ssib min jonfoqlok €2,000 fuq tebut u jkun hemm oħrajn li jgħidulek li lanqas ħaqq jonfqu ħafna fuq tebut għal taħt l-art," qalilna kummissjonant ieħor. Fil-fatt, ġaladarba t-tebut ma jintużax għall- kremazzjoni, jista' jkun li jidħol il-kunċett tal-kiri tat-twiebet, xi ħaġa li l-kummissjonanti qed iħarsu lejha b'mod pożittiv. Oħrajn kienu aktar xettiċi dwar kemm il-kremazzjoni se taqbad f 'Malta. "Wieħed irid jara kemm se tkun tiswa. Jekk diġà għandek qabar, difna, almenu fl-Addolorata, ftit li xejn se tiswiek flus," saħaq il-kummissjonant. Spjegalna kif preżentament, meta wieħed jiġi biex jidfen f 'qabar, iħallas €141 biex titneħħa l-irħama (jekk il-qabar ikollu) u €58 għal kull katavru li jkun hemm bżonn jinqala' biex jitnaddaf il-qabar u xi ħaġa żgħira għad-deffiena. "Kremazzjoni se tiswa ħafna aktar flus," kompla jgħidilna. Mistoqsija dwar id- domanda, il-kummissjonanti kollha qalu li fl-aħħar snin id-domanda għall- kremazzjoni żdiedet. Filwaqt li nnutaw li jkun hemm Maltin li jitolbuha, saħqu li hija ħafna aktar popolari mal-barranin li jiġu jgħixu Malta. f 'Malta, hekk kif għall- kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, illum il-ġurnata, il-kremazzjoni ma għadhiex tesponi l-katavru għall-fjammi. Camilleri spjega kif il- kumpanija tiegħu qed tħares lejn krematorju li jaħdem bil-gass jew inkella bl-elettriku fejn il-maġġoranza tal-enerġija meħtieġa tkun tista' tittieħed direttament mill-pannelli solari. Iżda, apparti minn hekk, qed jikkunsidraw ukoll is-sistema tal-alkaline hydrolysis, magħrufa wkoll bħala biokremazzjoni jew kremazzjoni tal-ilma. Kif spjegat din il-gazzetta fl-aħħar ġimgħat, il-biokremazzjoni hija sistema li tuża l-ilma u l-idrossidu tal-potassju, li meta msaħħna jħallu biss l-għadam tal-persuna. Dan ifisser li ma jkunx hemm għalfejn isiru interventi qabel biex jitneħħew xi impjanti mill- ġisem, bħal pacemaker. Wara li dawn l-impjanti jitneħħew, l-għadam ikun jista' jsir irmied. "It-teknoloġija tal-kremazzjoni qed tinbidel kontinwament u jista' jkun li sakemm tgħaddi l-liġi u jinħarġu l-permessi, ikun hemm sistemi li huma aktar effiċjenti," saħaq Camilleri. Il-Maltin iriduha l-kremazzjoni? Iżda, wara kollox, f 'Malta, hawn domanda għall- kremazzjoni? Johann Camilleri qal li l-kumpanija tal-familja tiegħu ilha madwar 40 sena tgħin lil dawk li jkunu jixtiequ l-kremazzjoni biex jibagħtu l-katavru tal-qarib jew qariba tagħhom barra minn Malta. Camilleri qal kif fl-aħħar 15-il sena d-domanda żdiedet ħafna. Spjega kif bejn l-2005 u l-2006 organizzaw madwar 30 kremazzjoni fis-sena, bil- maġġoranza assoluta tagħhom ikunu barranin. Madanakollu, kompla jispjega Camilleri, anke jekk il-kremazzjoni tibqa' aktar popolari fost il-barranin, fl-aħħar ħames snin innutaw li żdiedet ukoll id-domanda mill-Maltin li qed jippreferu l-kremazzjoni minflok id-difna tradizzjonali. "Kieku wieħed kellu jieħu medja ta' dawn l-aħħar ħames snin, irranġajna l-kremazzjoni għal 10 Maltin u 40 barrani fis-sena," qal Camilleri. "Fl-2017 ħadna ħsieb 70 kremazzjoni. Minnhom, 65 kienu barranin." Mistoqsi fejn jibagħtu l-katavri għall-kremazzjoni, Johann Camilleri qal li l-biċċa l-kbira tal-Maltin jagħżlu Messina għax viċin u s-servizz jingħata fi żmien qasir. Madanakollu saħaq li jkun hemm ħafna li jagħżlu Londra. Apparti minn hekk ġieli bagħtu persuni Franza, l-Olanda, il-Belġju u anke l-Ġermanja, normalment għax il-persuna tkun imwielda hemm u għalhekk ikun għad għandhom il-qraba tagħhom jgħixu f 'pajjiżhom. Kemm jiswa biex tibgħat katavru barra minn Malta għall-kremazzjoni? Staqsejna kemm hi l-ispiża biex persuna tibgħat il-katavru tal- qarib tagħha għall-kremazzjoni barra mill-pajjiż, b'Camilleri jispjega li għal Londra u Messina l-prezz dejjem jaqbeż il-€5,000. Dan il-prezz jinkludi l-preparazzjoni tal-katavru, tebut magħmul apposta li jkollu qoxra taż-żingu li tkun issiġillata, qoxra protettiva oħra skont ir-regolamenti tas-sanità u tat-trasport tal-ajru, is-servizz ta' trasport lejn l-ajruport, diversi permessi u ċertifikati, screening tas-sigurtà fl-ajruport, trasport bl-ajruplan, l-ispejjeż biex jinġabar it-tebut biex jittieħed il-krematorju jew fil- post fejn se jinżamm sad-data tal-kremazzjoni, id-drittijiet tas-servizzi, id-drittijiet tal- krematorju u anke urna fejn jinżamm l-irmied tal-katavru. Urna li tintuża għall-ħażna tal-irmied L-apparat li jintuża għall-biokremazzjoni X'nafu sa issa dwar il- kremazzjoni? Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-liġi tal-kremazzjoni f 'Malta tagħlaq fid-29 ta' Marzu biex b'hekk ix-xahar id-dieħel, il-Gvern, permezz ta' Private Members Bill tad-Deputata Rosianne Cutajar, mistenni jressaq quddiem il- Parlament l-Att li se jkun qed jillegalizza u jirregola s-servizzi tal-kremazzjoni f 'Malta. Il-pubbliku qed ikun mistieden jagħti l-opinjoni tiegħu dwar jekk il-Gvern għandux ikollu rwol fil-kremazzjoni u jekk iva jekk għandux jieħu s-servizz f 'idejh jew inkella jissieħeb mal-privat. Il-konsultazzjoni qed tistaqsi wkoll jekk għandux ikun hemm reġistru, simili għal dak tad- donazzjoni tal-organi, li jkun jinkludi lil dawk in-nies li jkunu jixtiequ jiġu kkremati wara mewthom. Il-Gvern se jkun qed jirregola wkoll il-ħażna u d-dispożizzjoni tal-irmied. Cutajar kienet qalet mal-ILLUM li l-Gvern se jkun qed jipprova jaqta' x-xewqa ta' kulħadd sakemm din ma tkunx ta' dettriment għas-sanità ta' ħaddieħor. Fil-fatt, jidher li familja se tkun tista' tagħżel jekk tidfinx lill-qarib jew qariba tagħha jew inkella żżommx l-urna bl-irmied id-dar. Il-Gvern qed iħares ukoll lejn il- possibbilità ta' tree cremation. Anke jekk il-liġi mhux se tkun qed tistabbilixxi x'tip ta' kremazzjoni għandhom jagħżlu l-operaturi, skont Cutajar, il-Gvern se jimbotta 'l quddiem il-biokremazzjoni. Il-Gvern qiegħed jipproponi wkoll li qabel kull kremazzjoni, jittieħed kampjun tad-DNA tal-persuna mejta u dan jinżamm għal perjodu ta' żmien definit. Dwar dan il-punt, il-pubbliku qed ikun ukoll mitlub jagħti l-opinjoni tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019