Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 8 Il-PN lest jisma' lill-Perit Xuereb dwar il-proposta ta' metro taħt l-art Sentejn ilu l-Partit Nazzjonalista kien ippropona sistema ta' metro li tkun estiża wkoll għal Għawdex. X'jaħseb dwar il-proposta riċenti tal-Perit Konrad Xuereb? Minn Yendrick Cioffi ILPARTIT Nazzjonalista qal mal-gazzetta ILLUM li preżentament qiegħed jistudja diversi proposti għal trasport tal-massa f 'Malta bl-għan li l-proposti jkunu sodi biżżejjed biex jindirizzaw it-trasport tal- lum iżda jħarsu wkoll lejn il-futur. Din il-gazzetta staqsiet lill-Partit Nazzjonalista x'jaħseb dwar il-proposta riċenti tal-Perit Konrad Xuereb li qiegħed jipproponi investiment ta' madwar €4 biljun għal sistema ta' metro taħt l-art f 'Malta u li tkun estiża wkoll għal Għawdex permezz tal-mina bejn il- gżejjer. Fit-tweġiba tiegħu, il-Partit Nazzjonalista saħaq li filwaqt li qiegħed iħares lejn diversi proposti, huwa interessat ħafna li jisma' x'għandu xi jgħid il-Perit Konrad Xuereb. X'kien ippropona l-PN? Il-Partit Nazzjonalista fakkar ukoll li fil-manifest elettorali tiegħu għall- elezzjoni ġenerali tal-2017, kien diġà ressaq proposta biex isir proġett ta' metro f 'Malta. Fi kliemu, dan kellu jikkumplimenta mezzi oħra ta' trasport bħall-karozzi tal- linja, żoni ta' 'park & ride' u rotot għal min juża r-rota. Fi ftit kliem, il-Partit Nazzjonalista kien ippropona sistema ta' metro, kemm taħt l-art u anke fuq l-art (skont il-bżonn) li tkun maqsuma f 'erba' linji. • L-ewwel linja, twila 14-il kilometru tibda mill-Belt lejn l-Imsida, Tas-Sliema u San Ġiljan. Din kienet stmata li se tiswa €425 miljun. • It-tieni linja terġa' tibda jew tispiċċa l-Belt Valletta, u tmur Birkirkara, Ta' Qali, il-Mosta u n-Naxxar. Din kellha tkun twila 26 kilometru u tiswa €625 miljun. • It-tielet linja wkoll terġa' tibda u tispiċċa l-Belt u tmur Raħal Ġdid, l-ajruport, il-Fgura, il- Kottonera, Ħaż-Żabbar u Marsaskala. Din kellha tkun twila 25 kilometru u tiswa €595 miljun. • Simili għal dak li ppropona l-Perit Xuereb, ir-raba' linja proposta mill-Partit Nazzjonalista kellha tgħaqqad is-sistema f 'Malta ma' dik ta' Għawdex. Il-PN kien ippropona li din il- linja tibda jew tispiċċa San Ġiljan u tmur iċ-Ċirkewwa, l-Imġarr (Għawdex) u r-Rabat (Għawdex). Mingħajr il-mina taħt il- baħar, din kienet stmata li tiġi tiswa €700 miljun. "Wara li Joseph Muscat għamel żmien jipprova jiddieħak b'din il-viżjoni, issa qiegħed jipprova jagħmilha tiegħu," wieġeb il-Partit Nazzjonalista lil din il-gazzetta u dan hekk kif fl- aħħar jiem, il-Prim Ministru qal li l-istudji biex Malta jkollha sistema ta' trasport tal-massa permezz ta' metro taħt l-art jinsabu fl-aqwa tagħhom. Fil-fatt, waqt attività politika f 'Għawdex, il-Prim Ministru kien qal kif wara li l-Gvern itemm l-ewwel fażi tax-xogħlijiet tat-toroq ikun jista' jibda jaħseb fuq sistema ta' trasport tal-massa. 'Għandna naraw x'mezzi differenti ta' trasport jistgħu jagħmlu użu mill-mina' Madanakollu, ma jidhirx li s-sistema li qiegħed iħares lejha l-Gvern se tkun estiża wkoll għal Għawdex. Aktar kmieni dan ix-xahar, kelliem għall-Ministeru għat- Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali qal ma' din il-gazzetta li l-aktar mezz ta' trasport li jista' jkun effiċjenti u sostenibbli għall-mina bejn Malta u Għawdex huwa t-trasport pubbliku b'tal-linja. Dan wara li mal-gazzetta oħt MaltaToday kien ta x'jifhem ukoll li jkun impossibbli li din tkun integrata f 'sistema nazzjonali ta' metro. Il-Ministeru, fil-fatt, ftit li xejn wera entużjażmu għall- proposta tal-Perit Konrad Xuereb, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li biex sistema ta' metro f 'Għawdex tkun vijabbli, trid tiżdied ħafna l-popolazzjoni tal- gżira. Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li fakkar li jaqbel mal-mina u li l-istudji bdew taħt Gvernijiet Nazzjonalisti li kellhom din il-viżjoni, insista li l-istudji tekniċi għandhom iħarsu wkoll lejn x'mezzi differenti ta' trasport jistgħu jagħmlu użu mill- mina, bl-għan li l-proġett jilħaq l-ambizzjonijiet kemm ta' dak li jkollhom bżonn jaqsmu l-fliegu kif ukoll tal- Għawdxin. f 'Malta. Fi kliemu, dan kellu ta' trasport bħall-karozzi tal- Nazzjonalista kien ippropona sistema ta' metro, kemm taħt jista' jibda jaħseb fuq sistema ta' trasport tal-massa. 'Għandna naraw x'mezzi differenti ta' trasport jistgħu jagħmlu użu mill-mina' Madanakollu, ma jidhirx li s-sistema li qiegħed iħares lejha l-Gvern se tkun estiża wkoll għal Għawdex. Aktar kmieni dan ix-xahar, kelliem għall-Ministeru għat- Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali qal ma' din Għawdxin. X'benefiċċji jista' jkollha sistema ta' metro? Ta' min wieħed ifakkar li s-sena li għaddiet, il-gazzetta ILLUM kienet tat ħarsa lejn dak li seħħ f 'pajjiżi oħra u kif sistemi ta' metro affettwaw it-traffiku u l-ambjent. Dubaj: Minn studji tal-kumpanija internazzjonali bbażata Dubaj; l-Aurecon, linja li se tgħaqqad l-Emirat ta' Sharajah mal- Green Line mistennija tnaqqas it-traffiku b'aktar minn 30%. Il-Vjetnam: F'Hanoi, il-Gvern qed jippjana li sal-2030 ikun hemm sitt linji ġodda ta' underground. Stmat li l-perċentwal ta' Vjetnamiżi li jużaw it-trasport pubbliku jiżdied minn 9% għal aktar minn 60%. L-Indja: Il-linja Colaba-Bandra se tnaqqas it-traffiku b'35%. Salt Lake: Studju mill-Università ta' Utah juri li l-estensjoni ta' Light-rail tnaqqas it-traffiku ġewwa din il-Belt b'21%. Mhux kulħadd pożittiv: L-Ingilterra: Studju ppubblikat fil-Ġurnal għall-Ġeografija tat-Trasport jissuġġerixxi illi l-erba' sistemi li nbnew madwar l-Ingilterra matul id-90ijiet u l-2000ijiet ma kellhom ebda effett fuq it-traffiku…attiraw aktar passiġġieri li normalment jużaw tal-Linja. L-Iżvezja: Brad Plumer, fuq il-Washington Post ifakkar kif minkejja s-suċċessi fl-Iżvezja, is-sistema ta' metro ma tistax taħdem tajjeb jekk sistemi oħra ta' trasport pubbliku ma jkunux effiċjenti U l-ambjent? Studju li sar fil-Belt ta' Turku fl-Iżvezja, mill-kumpanija Siemens, jikkonkludi li bil-metro, il-Belt tista' tesperjenza tnaqqis ta' 11% fl-emmissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju.