Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Johann Camilleri li wara li l-kumpanija tal-familja tiegħu ilha snin tibgħat persuni barra minn Malta għall-kremazzjoni, issa qed tipproponi li tibni krematorju f 'Malta. Fejn qed tipproponi li tibni dan il-krematorju? X'se jkun jinkludi? Imma hawn biżżejjed domanda? SERVIZZ ta' kremazzjoni f 'Malta jista' jiġi jiswa madwar €750 u dan jekk wieħed jeskludi t-taxxi u servizzi oħra anċillari u l-ispejjeż marbuta mal-funeral. DAN qalu mal-gazzetta ILLUM, Johann Camilleri minn Camilleri Funeral Directors International, liema kumpanija, lura fl-2017, kienet diġà ssottomettiet applikazzjoni għall-bini ta' krematorju fiċ-Ċimiterju tal- Addolorata. Fil-fatt, waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġiet imnedija l-konsultazzjoni pubblika dwar il-liġi tal- kremazzjoni f 'Malta, ġie żvelat kif wara l-pubblikazzjoni tas- Cemeteries Policy and Design Guidance tal-2015, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet irċeviet erba' applikazzjonijiet għall-bini ta' krematorju f 'Malta, liema applikazzjonijiet ma setgħux jiġu aċċettati minħabba l-fatt li Malta ma kienx għad għandha liġi li tirregola l-kremazzjoni. Waħda mid-domandi l-aktar li qed jistaqsu n-nies hija dwar il- prezz tal-kremazzjoni, b'Johann Camilleri jgħid mal-ILLUM li anke jekk għadu kmieni wisq biex wieħed jikkalkula l-prezz, il-mira tal-kumpanija tiegħu hija li s-servizz tal-kremazzjoni f 'Malta jkun simili għal dak ta' pajjiżi oħra u għalhekk il-prezz ikun bejn €550 u €750. Iżda l-prezz jiddependi wkoll mid-deċiżjonijiet li għad iridu jittieħdu, fosthom jekk il-Gvern għandux ikun involut fil- kremazzjoni jew jekk għandux jidħol bi sħab mal-privat biex ikun offrut dan is-servizz f 'Malta u anke jekk hux se jkun qed joffri sussidji għal dan l-għan. Fil-fatt, il-konsultazzjoni pubblika li tagħlaq fid-29 ta' dan ix-xahar, qed tistaqsi lill-pubbliku jekk il-Gvern għandux iħalli l-kremazzjoni f 'idejn il-privat, jekk għandux jieħu dan is-servizz f 'idejh jew inkella għandux jidħol fi sħab mal-privat. 'Il-prezz jista' jitbaxxa jekk tiżdied id-domanda' Dwar dan, din il-gazzetta kienet staqsiet ukoll lid-Deputata Rosianne Cutajar, li qed taħdem fuq din il-liġi u li spjegat kif anke jekk prattikament il-prezz ta' difna normali huwa baxx, meta wieħed jikkunsidra l-fatt li biex jixtri qabar irid madwar €8,000, il-kremazzjoni se tkun ħafna aktar aċċessibbli, waqt li qalet ukoll li l-liġi tista' tkun ikkumplimentata b'avviżi legali li jirregolaw ukoll il-prezz. Johann Camilleri kompla jispjega mal-ILLUM li maż- żmien, meta d-domanda għall- kremazzjoni tiżdied, il-prezz ikun jista' jitbaxxa aktar għax il-krematorju jkun jista' jiġi użat b'mod aktar effiċjenti. Fejn qed jipproponu li jibnu l-krematorju? Is-Cemeteries Policy and Design Guidance tal-2015, tistabbilixxi li l-krematorji għandhom jinbnew biss f 'ċimiterji eżistenti, kemm jekk dawn għadhom jintużaw u anke jekk le. Mistoqsi dwar dan, Johann Camilleri jaqbel li krematorju għandu jinbena viċin iċ- ċimiterju tal-Addolorata, kemm għax dan joffri ħafna aktar spazju u anke biex, fi kliemu, ma jinħoloqx inkonvenjent għar-residenti. Camilleri kompla jispjega kif wara l-kremazzjoni, ħafna xorta waħda jagħżlu li jidfnu l-urna bl-irmied fil-qabar tal-familja u għalhekk, krematorju viċin l-Addolorata jagħmilha aktar faċli għal dawn il-qraba. Fil-fatt, fl- applikazzjoni tagħhom, Camilleri Funeral Directors International qed jipproponu li jibnu krematorju ta' 450 metru kwadru fuq biċċa art ta' 8,000 metru kwadru li tinsab eżatt biswit iċ-ċimiterju tal- Addolorata. Minn ġonna fejn jinfirex l-irmied għal niċeċ fejn jinżammu l-urni Mistoqsi x'se jsir mill-bqija tal- art, Johann Camilleri spjega kif huma qed jipproponu li l-art tiġi maqsuma f 'diversi żoni li fost oħrajn ikunu jinkludu ġonna li fihom tkun tista' ssir dik magħrufa bħala 'tree cremation,' fejn urni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (biodegradable) jindifnu direttament fil-ħamrija u fuqhom tiġi miżrugħa siġra. Apparti minn hekk, kompla jispjega Camilleri, żoni oħra jkunu jistgħu jinkludu postijiet apposta fejn urni bl-irmied jinżammu ġo niċeċ jew kolonni inkella ġonna fejn l-irmied ikun jista' jinfirex b'mod dinjituż. "Dan għandu jkun post fejn il- qraba jkunu jistgħu jippassiġġaw u jieħdu pjaċir f 'ambjent sabiħ u trankwill waqt li jiftakru fil-maħbubin tagħhom," qal Camilleri. Jipproponu wkoll kmamar privati fejn il-qraba jassistu… Staqsejna wkoll lil Camilleri jekk hux qed jaħsbu għal sala fejn ikunu jistgħu jsiru ċelebrazzjonijiet qabel jew wara l-kremazzjoni. Huwa spjega kif ġewwa l-binja nnifisha, ippjanaw li ssir sala kbira fejn ikunu jistgħu jsiru ċelebrazzjonijiet. Apparti minn hekk, kompla jispjega Camilleri, qed jipproponi wkoll kmamar privati fejn il-familjari jkunu jistgħu jqattgħu l-aħħar ftit tal-ħin fis-skiet mal-qarib/ qariba tagħhom qabel mal- persuna mejta tittieħed għall- kremazzjoni. "Minn dawn il-kmamar jista' jkun hemm ukoll il-possibbilità li l-familjari jaraw il-katavru tal-qarib jew qariba tagħhom dieħel fil-krematorju," spjega Camilleri. U x'tip ta' kremazzjoni qed jipproponu? Fl-intervista ma' din il-gazzetta, id-Deputata Rosianne Cutajar saħqet ukoll li l-Gvern se jkun qiegħed jassigura li t-tip ta' kremazzjoni li ssir f 'Malta tkun waħda li tħalli l-inqas impatt ambjentali possibbli. Staqsejna lil Johann Camilleri liema tip ta' kremazzjoni qed jipproponu li jintroduċu Il-kremazzjoni waħedha tista' tiġi tiswa sa aktar minn €750 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio applikazzjonijiet għall-bini ta' krematorju f 'Malta, liema applikazzjonijiet ma setgħux jiġu aċċettati minħabba l-fatt li Malta ma kienx għad għandha liġi li tirregola l-kremazzjoni. Waħda mid-domandi l-aktar li Dwar dan, din il-gazzetta kienet staqsiet ukoll lid-Deputata Rosianne Cutajar, li qed taħdem fuq din il-liġi u li spjegat kif anke jekk prattikament il-prezz ta' difna normali huwa baxx, Camilleri kompla jispjega kif wara l-kremazzjoni, ħafna xorta waħda jagħżlu li jidfnu l-urna bl-irmied fil-qabar tal-familja u għalhekk, krematorju viċin u fuqhom tiġi miżrugħa siġra. Apparti minn hekk, kompla jispjega Camilleri, żoni oħra jkunu jistgħu jinkludu postijiet apposta fejn urni bl-irmied jinżammu ġo niċeċ jew kolonni inkella ġonna fejn l-irmied ikun jista' jinfirex b'mod dinjituż. "Dan għandu jkun post fejn il- qraba jkunu jistgħu jippassiġġaw u jieħdu pjaċir f 'ambjent sabiħ u trankwill waqt li jiftakru fil-maħbubin tagħhom," qal Camilleri. Jipproponu wkoll kmamar Jipproponu wkoll kmamar Ji privati fejn il-qraba jassistu… Staqsejna wkoll lil Camilleri Johann Camilleri