Illum previous editions

ILLUM 10 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1091266

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 10 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet Il-mina jeħtieġ tgħaddi minn studji ta' impatt ambjentali, ifakkru 13-il għaqda 13IL għaqda ambjentali, qed jinsistu li għandu jsir studju vast qabel ma jsiru aktar pjanijiet dwar il-mina t'Għawdex. Dan l-Assessjar Ambjentali Strateġiku huwa obbligatorju bil-liġi sabiex jipprevedi l-impatti ambjentali, jevalwa wkoll alternattivi oħra u jaċċerta miżuri xierqa. Ingram Bondin, kelliem għall-Assoċjazzjoni Ramblers, saħaq kif diskussjoni dwar il- mina għandha tibda biss wara li jkunu saru l-istudji kollha neċessarji. Dan l-assessjar għandu jinkludi analiżi tat- traffiku, ħinijiet tal-vjaġġi, alternattivi għal servizz aktar effiċjenti ta' ferry, spiżi finanzjarji, kif ukoll l-impatt fuq is-soċjetà, l-ambjent u l-infrastruttura. Bondin jaċċenna kif s'issa għad m'għandna xejn konkret li l-mina se tkun qed tindirizza b'mod effettiv l-isfidi tal-ivvjaġġar u lanqas ma nafu jekk l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali li ser iħalli dan il-proġett humiex sostenibbli. Filwaqt li bħala assoċjazzjoni jirrikonoxxu l-bżonn li jiġu indirizzati l-isfidi tal-ivvjaġġar għall- ħaddiema u studenti Għawdxin, ma jaqblux mal- fatt li d-diskussjoni dwar il- mina issa ntemmu u li bdiet il-fażi tal-implimentazzjoni. Dan il-proġett jidher li qed igawdi mill-appoġġ taż-żewġ naħat tal-Parlament. Id- diskussjonijiet qed jitmexxew minn Franco Mercieca, eks membru parlamentari Laburista li stqarr li d-dibattitu dwar il-mina huwa magħluq. Tul il-konferenza stampa tal- bieraħ filgħodu, Mark Sultana, CEO ta' BirdLife Malta, jisħaq kif id-diskussjoni għadha lanqas biss bdiet. Tul din il-konferenza kien hemm preżenti wkoll Ramblers Malta, Din l-Art Helwa, Archaeological Society Malta, Moviment Graffitti, BirdLife Malta, Kamra tal- Periti, Nature Trust Malta - NTM, FAA Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Għaqda Siġar Maltin, The IotL Magazine, Bicycle Advocacy Group u Żminijietna. Attendew ukoll membri tal-Alternattiva Demokratika u Arnold Cassola, kandidat indipendenti għall- Parlament Ewropew. Waqt il-konferenza stampa, l-attivisti saħqu li hawn nuqqas ta' studju u informazzjoni fuq l-utilità u l-impatt tal-mina bejn Malta u Għawdex. Fid- deskrizzjoni tal-proġett jidher li ser ikun hemm mina dejqa b'karreġġjata waħda f 'kull direzzjoni. Minnha huwa stmat li ser jgħaddu 'l fuq minn 9,000 karozza ta' kuljum. Għaldaqstant, il-problema ta' stennija jaf ser tibqa' eżistenti. Minħabba li l-mina se tiżbokka fit-Tramuntana ta' Malta, dan jista' jikkawża żieda fit-traffiku minn din iż- żona sal-postijiet tax-xogħol jew studju. Sultana żied jgħid li servizz ta' ferry aktar effiċjenti jista' jindirizza din il-problema aħjar minn mina. L-aħjar soluzzjoni biex titjieb il- konnessjoni bejn il-gżejjer tista' tiġi determinata biss wara studji li jikkunsidraw u jikkumparaw is-soluzzjonijiet kollha possibbli. L-assessjar għandu jsir ukoll fuq l-impatt fuq l-ambjent u s-soċjetà Għawdxija. Għandhom jiġu assessjati wkoll l-art li ser tittieħed għaż-żewġ bokok tal-mina, it-toroq anċillari, l-iskart iġġenerat u l-akkwifikatur tal-Miżieb u l-Imbordin. Il-proposta attwali, qajmet ukoll tħassib arkeoloġiku fiż-żona tal-Imbordin li fiha għerien naturali li probabbilment imorru lura għal żmien qabel il-wasla tal-Kavallieri, u ż-żona hija magħrufa wkoll għall- "giardini" ta' żmien il- Kavallieri. Kemm l-għerien kif ukoll il-"giardini" aktarx jiġu mhedda mit-tħaffir tad-daħla tal-mina u tal- infrastruttura tagħha. konnessjoni bejn il-gżejjer Il-proposta attwali, qajmet Il-proposta għall-mina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 March 2019