Illum previous editions

ILLUM 17 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1093351

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 17 ta' Marzu 2019 | illum Id-dritt ta' residenza jekk persuna tkun ilha tgħix f 'pajjiż ħames snin Il-ftehim għandu diversi artikli li jserrħu ras ħafna Ingliżi u l-familji tagħhom li jgħixu f 'pajjiż fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt dan id-dokument jesiġi li kull persuna mir-Renju Unit għandha dritt titlaq u terġa' tidħol fil-pajjiż li qed jospitaha mingħajr il-bżonn ta' viża. Jgħidu wkoll illi dawk li ilhom jgħixu b'mod kontinwu għal dawn l-aħħar ħames snin f 'pajjiż fl-UE għandu jkollhom id-dritt li jgħixu hemm. Id-dritt tar-residenza jintilef biss, skont Artiklu 15, jekk persuna mir-Renju Unit tagħmel ħames snin konsekuttivi barra mill-pajjiż li jkun qed jilqgħu. Dan jgħodd ukoll għal dawk il- persuni mill-UE li jgħixu fir-Renju Unit. Fil-fatt il-Ftehim tal-Irtirar jisħaq illi "ċittadini tal-UE li ilhom, kontinwament u legalment, ħames snin jgħixu fir-Renju Unit sat-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni, għandhom dritt jgħixu permanentament ir-Renju Unit." Ir-regoli dwar familji li jerġgħu jingħaqdu flimkien se japplikaw biss qabel it-tmiem tat-tranżizzjoni u allura familja tista' tagħmel dan sat-tmiem tat-tranżizzjoni proposta. Id-data illi fiha l-Ftehim tal-Irtirar jesiġi li tispiċċa t-tranżizzjoni hija nhar il-31 ta' Diċembru 2020. Imma trid timla xi formoli? Iva u hija probabilment din li se twassal biex ir-Renju Unit tikkontrolla aktar min dieħel fil- pajjiż. Biex tgħix fir-Renju Unit wara t-30 ta' Ġunju 2021, jgħid il-Ftehim, u jekk inti minn pajjiż fl-UE, pajjiżi tal-EEA jew l-Iżvizzera, trid timla formola ta' skema ta' 'settled' u 'pre- settled' status. U jekk jiena ħaddiem... x'jgħid il-ftehim? Id-dokument jesiġi wkoll trattament ugwali għal dawk il- persuni mir-Renju Unit li jkunu jaħdmu f 'pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Fost dawn hemm id-dritt li persuna ma ssirx diskriminazzjoni kontriha, dritt ta' assistenza, dritt li jkun fil- kollettiv u aktar. Apparti li jipproponi rikonoxximent għaċ-ċertifikazzjoni, dan il-Ftehim jipproteġi lil dawk il-ħaddiema mill-UE li jaħdmu fir-Renju Unit u jgħid illi dawn se jkollhom l-istess drittijiet u dak li huma intitolati għalih illum. It-tikketta kummerċjali. Protetta jew le? Drittijiet ta' Proprjetà intelletwali, fosthom 'trademarks', mogħtija mill-UE jieqfu jingħataw u allura dan il-Ftehim qed jgħid illi r-Renju Unit tkun lesta li tagħti drittijiet nazzjonali, biex b'hekk ma jitilfu xejn mid-drittijiet tal-proprjetà tagħhom. Sat-tmiem it-tranżizzjoni affarijiet fis-suq jistgħu jibqgħu jiċċirkolaw bejn ir-Renju Unit u l-UE. bejn ir-Renju Unit u l-UE. Ir-Renju Unit, għallinqas kif propost fil-Ftehim tal-Irtirar, għandu jibqa' jipparteċipa fil-Baġit tal-Unjoni Ewropea fl-2019 u l-2020. F'dan il-perjodu jibqa' wkoll igawdi mill-proġetti mill-istess Baġit tal- Unjoni Ewropea. Il-Gvern Ingliż iżda qed jinsisti illi biex jagħti sehmu finanzjarjament fl-2019 u fl-2020, ir-Renju Unit ma jħallas xejn li ma jirrikjedix il- fondi ta' Stati Membri u li jkompli jirċievi l-benefiċċji finanzjarji li baqa' membru kien jieħu sal-2020. Qed jintalab ukoll, fil-Ftehim, li kwalunkwe ħlas isir biss fiż-żmien meta kien ippjanat li jsir u mhux qabel. Imma mhux biss, ir-Renju Unit se jkun qiegħed jirċievi lura €3.5 biljun f 'temp ta' 12-il sena f 'kapital imsejjaħ 'paid-in capital' jew il-flus li l-Bank Ċentrali tar-Renju Unit ħallas (kif iħallas kull bank ċentrali) lill-Bank Ċentrali Ewropew. X'ġara s'issa... • F'Jannar 2013, l-eks PM Ingliż David Cameron, iwiegħed illi jekk jirbaħ l-elezzjoni l-Partit Konservattiv jerġa' jinnegozja r-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE u jmur għal referendum biex il-poplu jiddeċiedi jridx jibqa' fl-UE jew jaċċettax termini ġodda tas-sħubija • Il-Konservattivi jirbħu u jibdew in-negozjati. • Wara negozjati intensivi, hekk kif kull pajjiż ma kienx lest jaċċetta li r-Renju Unit tingħata xi relazzjoni speċjali, Cameron jirnexxilu jikseb 27 firma tal-pajjiżi l-oħrajn tal-UE għal dak li kien qed jipproponi. • Jissejjaħ referendum għat-23 ta' Ġunju 2016. Id-deċiżjoni hija bejn 'Stay' jew 'Leave'. Maġġoranza assoluta ta' 51.9% jivvutaw biex ir- Renju Unit jitlaq mill-UE. Cameron jirriżenja. • Fit-13 ta' Lulju 2016 Theresa May tinħatar Prim Ministru • Fl-aħħar ta' Marzu tas-sena l-oħra, ir-Renju Unit tinvoka Artiklu 50. Id-data skedata għal Brexit hija 29 ta' Marzu 2019 • F'Ġunju 2017, il-Partit Konservattiv jerġa' jirbaħ l-elezzjoni ġenerali. Il-Ministru ta' Brexit, David Davis, jibda n-negozjati • F'Lulju ta' din is-sena Davis jirriżenja għax jgħid li l-Gvern Ingliż qed jagħti wisq lill-UE. Dominic Raab jeħodlu postu • Wara ħafna diskussjoni u sentejn wara r-referendum, kien konkluż il-Ftehim ta' 'Brexit' (Withdrawal Agreement). Dan wassal għal bosta riżenji fil-kabinett, ta' deputati li qed jgħidu li l-arranġament ma jagħmilx sens. L-akbar punt ta' diżgwid kien dak dwar il- Ftehim Backstop • F'summit f 'Diċembru, il-mexxejja kollha l-oħra tal-UE qablu li ma jistax ikun hemm aktar negozjati dwar it-termini tal-Ftehim tal- Irtirar • Nhar id-19 ta' Jannar, fil-House of Commons, il-Ftehim ta' May kien irriġettat b'432 vot kontra u 202 favur. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien imbagħad poġġa mozzjoni ta' sfiduċja quddiem il-Parlament, liema mozzjoni m'għaddhietx għal 19-il vot • May qalet li rċeviet assigurazzjonijiet legali fosthom li jipprevjenu milli l-Backstop ikun ftehim li jibqa' b'mod definit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 17 March 2019