Illum previous editions

ILLUM 24 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1096090

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

K ien Oscar Wilde li madwar mitt sena ilu kiteb li hawn uħud li jafu l-prezz ta' kollox imma m'għandhomx l-iċken idea tal-valur ta' dak li hemm madwarhom. Illum l-affarijiet huma ferm iktar sofistikati minn hekk. Għandna studji kkumplikati li janalizzaw il-benefiċċju miksub ikkomparat mal- infieq li jsir u studji dwar impatti ta' kull xorta li bihom tista' tipprova tiġġustifika dak li trid, dejjem sakemm tkun ippreparat biex tħallas minn imnieħrek għal dan il-privileġġ. Illum il-ġurnata prattikament kollox hu ridott għal valur monetarju. Meta nitkellmu dwar spiża, prattikament kulħadd jifhem nefqa f 'termini ta' flus. Li titkellem dwar spiża ambjentali jew spiża soċjali donnu li hi xi ħaġa stramba, qisu diffiċli biex tinftiehem. L-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppaturi Maltin dejjem trid iktar. B'pariri minn xi professjonisti, inkluż eks uffiċjali anzjani tal- ippjanar, issa l-iżviluppaturi qed jippreżentaw it-talbiet tagħhom billi jilagħbuha tal- vittmi tar-regolamentazzjoni. Imma fis-sustanza t-tlabiet tagħhom huma dejjem l-istess: biex jimmassimizzaw il-frott tar-rebgħa. Kważi fl-istess ħin sirna nafu li l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ilma żarmat. Okkażjoni bħal din hi dejjem waħda ta' dieqa. Imma r-realtà tibqa' li f 'Malta hawn ftit wisq attivisti ambjentali f 'numru ta' għaqdiet ambjentali li mhux wieħed żgħir. Forsi l-għaqdiet ambjentali jirrealizzaw illi l-multiplikazzjoni tagħhom ma tagħmilx ġid lill-kawża li jmexxu 'l quddiem. Lanqas ma jagħmel ġid li dawn l-għaqdiet iħarsu lejn il- konsulenti tal-iżviluppaturi l-kbar huma u jfittxu tmexxija ġdida. Il-kredibilità tagħhom, naħseb, li tista' tieħu daqqa ta' ħarta. Il-ħarsien tal-ambjent hu għadma iebsa. Bosta ma jirrealizzawx li l-kwalità tal-ħajja tagħna tiddependi minn din il-ħidma. Ir- riżultati tal-ħidma favur il-ħarsien tal-ambjent, jew in-nuqqas tagħha, jidhru ġeneralment fuq tul ta' żmien, ma jidhrux malajr. Dan inevitabbilment iwassal biex ma tidhirx b'mod ċar ir-rabta bejn il-kawża u l-effett u bħlala konsegwenza ma jkunx hemm biżżejjed interess f 'dak li qed jiġri, sakemm ikun tard wisq. Illum bosta qed jirrealizzaw x'inhuma l-impatti konsiderevoli tal-ezerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni tal-art li nieda l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi fl- 2006 li bħala riżultat tiegħu madwar żewġ miljun metru kwadru ta' art madwar dawn il-gżejjer saru tajbin għall-iżvilupp mil-lum għal għada. Ftit jiftakru li l-Partit Laburista, dakinhar, kien ħa pożizzjoni kontra l-proposta ta' razzjonalizazzjoni u kien anke vvota kontra tagħha fil- Parlament. Illum il-ġurnata, imma, il-Partit Laburista fil-Gvern ħalla kollox kif kien, għax, wara kollox, hu komdu li meta kkritikat tkun tista' twaħħal f 'ta' qablek u b'wiċċ ta' qdusija artifiċjali tiddikjara li ma tista' tagħmel xejn, għax sadanittant hemm min laħaq rabba' l-ġust! Din l-aħħar manuvra tal-Assoċjazzjoni tal- Iżviluppaturi li jilagħbuha tal-vittmi mhix xi ħaġa ġdida. Kif spjega dak li kien Direttur tal-Ippjanar, u li llum mid-dehra hu konsulent tal-Assoċjazzjoni, il-Perit Stephen Farrugia, il-proposta tinvolvi tpartit ta' arja f 'żoni ta' konservazzjoni urbana ma' drittijiet ta' żvilupp iktar vantaġġjuż xi mkien ieħor. Bażikament it-talba tal-Assoċjazzjoni hi biex il-membri tagħha jkunu kkumpensati għar- restrizzjonijiet fiż-żoni ta' konservazzjoni urbana kif ukoll fil-konfront ta' bini protett. Kif intqal f 'artiklu ppubblikat iktar kmieni din il-ġimgħa mill-President tal-Assoċjazzjoni Sandro Chetcuti t-talba hi biex dak li mhux jitħallew jiżviluppaw jibqa' għandhom bi dritt li jkun trasferit fuq art oħra fejn ma hemmx l-istess restrizzjonijiet. S'issa ma ppubblikawx dettalji imma hu ovvju li l-proposta qed tfittex li jinħolqu ammont sostanzjali ta' drittijiet ta' żvilupp li jkompli jżid mal- madra li diġà hawn. L-Assoċjazzjoni bil- proposta tagħha qed tmur kontra dak li hu bażiku fl- ippjanar tal-użu tal-art għax qed tassumi b'mod żbaljat li kull sid ta' proprjetà għandu dritt ugwali biex jiżviluppa rrispettivament mil-livell ta' protezzjoni applikabbli. Hi proposta li tfisser biss taħwid, iktar milli diġà hawn. X'baqa' jiġri? Carmel Cacopardo huwa Chairman tal-Alternattiva Demokratika illum | Il-Ħadd 24 ta' Marzu 2019 16 Marie-Louise Coleiro Preca u George Vella S e nibda b'min se jtemm il-kariga bħala President ta' Malta. Ngħidilha grazzi tal-ħidma tagħha l-ewwel bħala ministru u mbagħad bħala l-ewwel ċittadin tal-pajjiż. Grazzi għax it-tnejn qdiethom tajjeb u għamlet ħafna ġid għax qdiet il-ġid komuni tal-poplu Malti. Marie-Louise kienet popolari kemm bħala deputata bl-eluf ta' voti li kienet tikseb kull darba li ħarġet għall-elezzjoni kif ukoll bil-mod kif għaqqdet il-poplu Malti bid- dedikazzjoni tagħha għas- servizz tal-kategoriji kollha tas-soċjetà Maltija. Jiena kelli x-xorti li nkun nafha mill-qrib lil Marie- Louise. Ħassejtni onorat meta talbitni nieħu sehem bħala konċelebrant fiċ- ċerimonja reliġjuża taż- żwieġ tagħha ma' żewġha Edgar Preca. Sirt naf kemm kienet bieżla fil-qadi ta' dmirijietha u kemm dejjem fittxet li tkun qrib in-nies. Żaret diversi drabi d-djar tal-Fondazzjoni Nazareth u fiha dejjem sibna l-għajnuna prattika tagħha f 'kulma konna neħtieġu u dejjem laqgħetna fil-palazz tagħha ta' San Anton. Kienet it-tieni mara li qdiet lil pajjiżha bħala president u għamlet ħilitha biex iġġib 'il quddiem l-interessi ta' Malta nsiet lilha nfisha bid- dedikazzjoni tagħha kemm fost il-poplu tagħna kif ukoll meta marret tirrappreżenta lil Malta f 'pajjiżi oħra u fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Marie-Louise ma għamlitx għajb lill-presidenti ta' qabilha, kienu min kienu; kollha ħarsu l-għaqda bejn il-kategoriji kollha tal- komunità Maltija. Jiena ċert li Marie-Louise għad baqgħalha ħafna enerġija biex tibqa' taqdi lill-poplu Malti bil-preżenza tagħha fis-soċjetà Maltija. Jiena nawguralha minn qalbi li tibqa' tkun preżenza ħawtiela u nobbli fis-soċjetà Maltija fi żminijietna. F'isem il-poplu Malti ngħidilha grazzi tas-sehem li tat fi ħdan is-soċjetà Maltija u nawguralha għall- quddiem. George Vella Il-Prim Ministru Joseph Muscat ma setax jinnomina bħala President ta' Malta bniedem li jistħoqqlu l-kariga ta' President tar-Repubblika aħjar minn George Vella, eks Ministru tal-Affarijiet Barranin. Fis-snin li fih kien ministru, George Vella ta xhieda biżżejjed tal-integrità u tal-konvinzjoni personali u soċjali tiegħu, kif ukoll tal-professjoni tiegħu bħala tabib. Laqatni ħafna l-kumment li għamel fil-kolonna tiegħu Bla Ħajta l-avukat Joe Brincat: "George Vella huwa magħruf kemm l-abjad jgħidlu abjad u l-iswed jgħidlu iswed. Jekk għandek raġun se tieħdu miegħu imma jekk ma għandekx raġun, tista' tkun min tkun għax hu mas-sewwa se jmil..." Tant Dr George Vella kien dejjem dritt li kien hu flimkien ma' żgħażagħ u oħrajn inqas żgħażagħ li mbuttaw ħalli l-Partit Laburista jkollu fi ħdanu kumitat indipendenti li jeżamina l-membri tal-Partit u jara jekk l-imġiba tagħhom tagħmilx ġieh lill-Partit jew jixraq li dawn in-nies ma jkomplux iċappsu l-partit bl-għemil tagħhom. Hekk beda l-Bord tal-Viġilanza. Lil Goerge Vella niftakru meta hu u l-familja tiegħu kienu ġirien tagħna u kienu joqogħdu fi Triq Sant'Antnin, fiż-Żejtun. George Vella qatt ma beża' jmur kontra l-kurrent, ħaġa mhix daqshekk komuni fost il-membri tal-parlament. Ħadt gost meta sirt naf li n-nomina tiegħu għall- President se tkun approvata unanimament miż-żewġ naħiet tal-Parlament. Se jkun suċċessur denju ta' Marie- Louise Coleiro Preca. Anke bħala tabib, George Vella mhux minn dawk li jagħtu "a pill for every ill". Darba smajtu jgħid li hekk jagħmel mal-familja tiegħu u hekk jagħmel mal-pazjenti l-oħrajn. Aħna ż-Żwieten ninsabu onorati u mkabbrin li dan se jkun il-President il-ġdid ta' Malta. Nawguralu u nifraħlu! Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth fiż-Żejtun Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Bejn prezz u valur CARMEL CACOPARDO Il-PL l-Gvern ħalla kollox kif kien, għax, wara kollox, hu komdu li meta kkritikat tkun tista' twaħħal f 'ta' qablek u b'wiċċ ta' qdusija arti ċjali tiddikjara li ma tista' tagħmel xejn " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 March 2019