Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet PERMEZZ ta' eżerċizzju li beda mis-sena 2017, ta' żjarat fid-djar b'xejn mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma lil kull min jitlob dan is-servizz, s'issa saru madwar 1,234 żjara f 'Malta u Għawdex, li wħud minnhom ġew mgħarrfa li kienu qed jużaw konsum għoli ta' enerġija kawża tal-appliances antiki li jaħlu ħafna aktar dawl minn dawk moderni. F'dan is-servizz offrut b'xejn, rappreżentanti tal-Aġenzija jmorru fid-djar tan-nies b'appuntament u jagħtu pariri ta' kif il-familja tkun tista' tnaqqas il-konsum tad-dawl u l-ilma tagħha permezz ta' bidliet żgħar fil-ħajja ta' kuljum. Fost dawn iż-żjarat flimkien mal-LEAP u numru ta' għaqdiet u aġenziji oħra, saru wkoll numru minnhom għand nies vulnerabbli, li jlaħħqu s-712-il żjara, dawn ġew megħjuna permezz ta' tagħrif essenzjali biex ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar b'inqas spejjeż fil-konsum. Filwaqt li sarilhom tibdil ta' 242 appliance għal oħrajn aktar effiċjenti. Tul dawn iż-żjarat, ir- residenti jingħataw diversi rakkomandazzjonijiet dwar appliances li jkunu qed jikkonsmaw enerġija u ilma iktar min-normal jew inkella ma jkunux qed jaħdmu kif suppost, kif ukoll suġġerimenti dwar l-użu ta' appliances li jaffettwaw l-istil ta' ħajja ta' dak li jkun. F'numru ta' każi, il-persuni li jċemplu għal appuntament sabiex issirilhom żjara mir- rappreżentanti tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, ikunu qed jilmentaw li għandhom konsum għoli tal-enerġija jew tal-ilma. Għaldaqstant, ir- rappreżentanti jiggwidawhom u jipprovdu assistenza billi jiddireġuhom lejn l-entitajiet konċernati f 'każi fejn ikun hemm xi leaks ta' ilma, jew kwistjonijiet relatati ma' kontijiet, bħal f 'każi fejn in- numru ta' residenti li ma jkunx korrett. B'hekk, il-Gvern qed ikompli jżid l-għarfien dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-konservazzjoni tal-ilma. Din hija miżura li timxi mal-pjan nazzjonali dwar l-effiċjenza tal-enerġija sal- 2020. Dan huwa sforz kollettiv bl-iskop ewlieni li n-nies, speċjalment il-persuni vulnerabbli, jiġu megħjuna biex ikollhom ħajja aħjar b'inqas spejjeż fil-konsum, waqt li l-pajjiż ikun qed iżid l-effiċjenza fl-enerġija filwaqt li jnaqqas l-emisjonijiet. illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kap- pillan Mifsud, Ħamrun Lantern Pharmacy, 46, Misraħ il- Kebbies, Santa Venera St. Jude Pharmacy, 213, Triq il- Wied, Birkirkara O'Hea Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard Tat-Tarġa Pharmacy, Plot No. 2, Triq il-Kostituzzjoni, Mosta El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Qawra Brown's Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (previously "Agius Pharmacy"), Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla St. James Pharmacy, 1, Misraħ San Ġakbu, Żabbar Health Junction Pharmacy, Triq Alfredo Cachia Zammit, Żejtun Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria Ta' Pinu Pharmacy, Franġisk Portelli Street, Għarb Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Imsaħħab mal-ġurnata li jsir bix-xita sa filgħaxija VIŻIBILITÀ: TAJBA LI SSIR MODERATA FIXXITA RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 2 għal 3 li jsir Xlokk Lvant forza 4 għal 5. Mal-lejl jsir mil-Lvant BAĦAR Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 9˚Ċ TEMP: Sabiħ mal-ġurnata u ftit imsaħħab mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk forza 2 għħal 3 mal-lejl BAĦAR: Ħafif għal moderat għall- ewwel li jsir ħafif agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 1,234 żjara fid-djar għal aktar għarfien dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-konservazzjoni tal-ilma SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 418 B'digriet mogħti mill-Qorti Ċivili Prim'Awla, fit-13 ta' Novembru, 2018, fl-atti tar-Rikors Ġuramentat fl-ismijiet APS Bank Limited (C 2192) vs G. Caruana, Rikors numru 996/18 GM, ġiet ordnata s-segwenti pubblikazjoni biex isservi ta' notifika fil-konfront tal-intimati G. Caruana & Bros, Ambassador Clothing Limited, Ivan Caruana u George Caruana, a tenur tal-Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12. Permezz ta' Rikors Ġuramentat ippreżentat fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, fl-ismijiet APS Bank Limited (C 2192) vs 1) G. Caruana & Bros (P32) bħala d-debitriċi prinċipali; 2) Ambassador Clothing Limited (C 22440); 3) Alessia Caruana (KI 460793M) u Micro Caruana (KI 503695M) bħala eredi tad-defunt Tonio Caruana (KI 726956M); 4) Desiree Caruana (KI 24468M) u b'digriet tal-11 ta' Diċembru, 2018, saret Darmanin; 5) Ivan Caruana (KI 244563M); 6) Marion Caruana (KI 472362M); 7) George Caruana (KI 554458M) ilkoll bħala garanti in solidum ta' G. Caruana & Bros (P32), fit-12 ta' Ottubru, 2018, is-soċjetà rikorrenti talbet lil din l-Onorabbli Qorti: 1. Tipproċedi għas-sentenza skont it-talba tal-attur biddispensa tas-smigħ tal-kawża a tenur tal-Artikoli 167 et sequitur tal-Kap. 12 tal-Liġijiet ta' Malta; 2. Tiddikjara lill-konvenuti bħala debituri tas-soċjetà rikorrenti fl-ammont ta' tmien mija ħamsa u erbgħin elf, disa' mija u tmienja u sebgħin ewro u disgħa u erbgħin ċenteżmu (€845,978.49) liema ammont huwa dejn ċert, likwidu u dovut kif jingħad fir-rikors, fuq Loan Account Number 2000099420-1, Loan Account Number 2000099418-1, Loan Account Number 2000099421-2, Overdraft Account Number 2000012919-2, Loan Interest Disposal Account Number 2000132498-4, Loan Interest Disposal Account Number 20000173842-2, Loan Interest Disposal Account Number 2000173841-1 u Overdraft Interest Disposal Account Number 2000132497-3 rispettivament. Bl-ispejjeż u bl-imgħaxijiet legali kif mitlub fir-rikors sad-data tal-pagament effettiv kontra l-konvenuti inġunti in subizzjoni. Ir-Rikors Ġuramentat fl-ismijiet APS Bank Limited (C 2192) vs G. Caruana, Rikors numru 996/18 GM, jinsab differit għas-smigħ għat-2 ta' April, 2019, fil-11.30 a.m. 1. G. Caruana & Bros, 10, The Strand, Tas-Sliema 2. Ambassador Clothing Ltd, 10, The Strand, Tas-Sliema 3. Ivan Caruana, Rosebud, Triq il-Ballut, Ħ'Attard 4. George Caruana, Nadine, Triq il-Kannizzata, Ħal Balzan Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 20 ta' Marzu, 2019 AV. FRANK PORTELLI, LLD Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019