Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847
Sports 27 Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum Margaret Seguna u Shaun Galea jiddominaw il-Kampjonat Nazzjonali tad-Duathlon MARGARET Seguna u Shaun Galea rebħu t-titlu Nazzjonali tad- Duathlon f 'tellieqa eċitanti organizzata mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon bil-kollaborazzjoni ta' Eurosport Malta. B'dan it-titlu, Seguna issa rebħet tlieta in fila ma' dawk miksuba fl- 2017 u l-2018 filwaqt li għal Shaun Galea dan kien l-ewwel titlu f 'din id-dixxiplina fost il- kampjonati nazzjonali li rnexxielu jirbaħ diġà. It-tellieqa saret fuq it-toroq li ġew mogħtija wiċċ ġdid riċentament u li kienu jservu ta' mitjar militari fis-Siġġiewi, filwaqt li l-ġirja saret tul it-trip panoramika fl- inħawi ta' Għar Lapsi u tal-Providenza. Sa mill- ewwel sekondi tat-tellieqa, Galea ta' Pembroke Atleta Triathlon & Athletics Club mar fuq quddiem u lesta l-ewwel ġirja ta' 6.5KM f ' korsa iebsa b'vantaġġ komdu ta' 40 sekonda fuq Darrel Schembri tal-istess klabb u li sar jidher dejjem fuq nett tal-kompetizzjoni multisport lokali. Il-korsa qasira taċ-ċikliżmu kif ukoll il-format 'drafting' tat-tellieqa firxu t-triq għall-korsa tar-roti eċitanti ikkaraterizzata minn diversi attakki. Fil-fatt, grupp ta' ħames ċiklisti ppruvaw jattakkaw lil Galea u kisbu ħin aħjar minn tiegħu fuq ir-rota, fosthom Josef Bonavia li rreġistra l-aqwa ħin tal-parti taċ-ċikliżmu. Fit-tieni u l-aħħar ġirja, Schembri rrnexxielu jagħmel l-aqwa ħin iżda ma kienx biżżejjed u Galea rebaħ f 'ħin ta' siegħa, tmien minuti u 21 sekonda. Fit-tieni post daħal Michael Bongailas ta' TriGozo b'distakk ta' 90 sekonda, filwaqt li Bernard Sant ta' Mosta Tri Team spiċċa t-tielet, 10 sekondi wara Bongailas. Il-kategorija femminili kienet iddominata mill-atleta Margaret Seguna li għadha kemm ingħaqdet ma' Mosta Tri Team. Seguna ħarbet fuq quddiem u kellha vantaġġ insormontabbli ta' tliet minuti fi tmiem l-ewwel ġirja. Fit-tieni post, Lara Buttigieg, ħadmet ħafna fuq ir-rota u rnexxielha tneħħi nofs il-vantaġġ ta' Seguna hekk kif bdew it-tieni u l-aħħar ġirja, imma Seguna reġa' kellha ġirja mpekkabbli u marret biex tirbaħ it-tielet titlu nazzjonali tad- Duathlon sa mill-2017 f ' ħin ta' siegħa, 17-il minuta u 47 sekonda. Buttigieg daħlet fit-tieni post u Anjelika Ruggier spiċċat fit-tielet post wara żewġ ġirjiet tajbin imma rota pjuttost problematika. Fil-kategorijatal- etajiet, Debora Desira u Malcolm Vassallo rebħu t-titli ta' taħt l-20 sena, filwaqt li Darrel Schembri kien l-ewwel f 'dawk tal- Over 20. L-Over 30 ġew mirbuħa minn Maureen Farrugia u Josef Bonavia filwaqt li Marlon Mallia u Miriam Borg Saydon rebħu l-Over 40. Suzanne Farrugia u Brian Magri rebħu t-titlu tal-Over 50 u Victor Calvagna dak tal-Over 60. Seguna kienet sodisfatta ħafna wara t-tellieqa u stqarret li: "Ħassejtni b' saħħti l-ħin kollu tat-tellieqa u avolja kienet korsa diffiċli, irnexxieli nieħu gost peressli kienet f 'ambjent naturali veru sabiħ. Grata ħafna lejn il-Federazzjoni tat- Triathlon li organizzaw tellieqa ta' livell kif ukoll lejn SportMalta għall- FlexiTraining Scheme. Napprezza ħafna wkoll il-managers tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei fejn naħdem għax dejjem jifhmu l-esiġenżi tiegħi bħala atleta u jissapportjani f 'kull ma jkolli bżonn. Issa niffoka fuq it-tellieqa l-aktar importanti tiegħi dan l-istaġun li huma l-Kampjonati Ewropej li ser isiru fl-Olanda. Galea wkoll kellu l-istess ħsibijiet u stqarr li: "Din ir-rebħa kienet importanti ħafna għalija peressli qatt qabel ma rnexxieli nirbaħ dan il-kampjonat tad-duathlon. Ġejt għat- tellieqa b'attitudni li ridt nattakka mill-bidu sal-aħħar biex nara l-livell ta' forma fiżika li qiegħed fiha jien u nipprepara għall-istaġun. Din ir-rebħa qed timlieni b'kuraġġgħat-tlielaq li jmiss speċjalment il- Kampjonat Ewropew li sejjer għalih bis-sapport tal-Federazzjoni u tal- Kumitat Olimpiku Malti." Triathlon Malta organizzat ukoll erba' tlielaq għaż-żgħażagħ bil-għan li jkompli jikber il-livell tal-iżvilupp tal- isport fix-xena lokali. Dawn it-tlielaq raw numru rekord ta' tfaljiet jieħdu sehem hekk kif 50 triatleta ta' bejn 6 u 16-il sena ħadu sehem, l-aktar ġejjin mill-MYTA - Malta Youth Triathlon Academy u mill-Klabb ta' TriGozo. Fil-Juniors (Kategorija 4) kienu Pia Zammit u Pavel Dalli li rebħu l-unuri, filwaqt li Kayleigh Abela u Kai Azzopardi rebħu l-Kategorija 3 Juniors. Paul Camilleri u Juilenne Woods daħlu l-ewwel fil-Kategorija 2 Minors filwaqt li l-Kategorija 1 Cadets intrebħet minn Miyah Vella u Aiden Muscat. Il-Kalendarju tal- Multisport ikompli issa b' diversi tlielaq ta' formats differenti bil- Federazzjoni torganizza żewġ kampjonati nazzjonali tal-Aquathlon fid-29 ta' Ġunju u t-Triathlon Grand Finale fit-13 ta' Ottubru. Aktar dettalji jinkisbu mis-sit tal-Federazzjoni www. triathlonmalta.org jew mill-paġna ta' facebook Triathlon Malta.