Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet ILMINISTERU għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, ppreżenta l-Padiljun Malti li permezz tal- Kunsill Malti għall-Arti, se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżna waqt it-58 edizzjoni tal-Biennale di Venezia. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li, "il-parteċipazzjoni ta' din is- sena waqt il-Biennale di Venezia tkompli ssaħħaħ il-viżjoni ta' Malta tal-internazzjonalizzazzjoni tal-arti u l-kultura, li bħala riżultat toħroġ l-aspett essenzjali tal-istrateġija fdata lill-Kunsill Malti għall-Arti fl-2015 mill-Ministeru. Din l-istrateġija għandha l-għan li tinkoraġixxi u tippromwovi b'mod attiv is-setturi kulturali u kreattivi f 'perspettiva wiesgħa ta' attività soċjo-ekonomika kemm fuq livell nazzjonali u kif ukoll internazzjonali." Il-Biennale di Venezia huwa wieħed mill-aktar wirjiet tal-arti kontemporanja fid-dinja, u Malta għal darb'oħra se tkun qiegħda tipparteċipa bil-Padiljun tagħha waqt it-58 edizzjoni ta' din il-wirja internazzjonali tal-arti. L-artisti Klitsa Antoniou, Trevor Borg u Vince Briffa se jkunu qegħdin jirrappreżentaw lil Malta waqt il- Biennale Arte 2019 bil-wirja Maleth/ Haven/ Port- Heterotopias of Evocation. Il-Padiljun Malti, ikkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti u kkurat mill-istudjuż tal-istorja Dr Hesperia Iliadou-Suppiej, hu ispirat mill- Odissea, waħda mill-eqdem stejjer tal-umanità. Il-Perit Matthew Casha u l-manager tal-produzzjoni George Lazoglou, huma parti wkoll mit-team. Il-wirja se tħares lejn ir-realtà u l-invenzjoni fittizja, biex tipprovdi interpretazzjoni mill-ġdid b'mod kontemporanju u immseriv tal-bżonn li dejjem infittxu Haven (Maleth), li l-aktar jinħass fi żmien ta' kriżi. Il-kelma Feniċjana Maleth tevoka oriġini primordjali tal-eżistenza ta' Malta, u b'mod litterali tiġi tradotta għal post ta' kenn/port, kwalità ispirata f 'dawk kollha li qasmu l-ilmijiet Mediterranji matul iż- żmien u li għadha tgħodd sal-lum. Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal, "li l-Kunsill Malti għall- Arti hu kuntent li l-artisti Klitsa Antoniou, Trevor Borg, u Vince Briffa se jirrappreżentaw lil Malta flit-58 edizzjoni tal-wirja tal-arti internazzjonali f 'Venezja, taħt il-kuratriċi Dr Hesperia Iliadou- Suppiej. Din il-wirja se tħares lejn il-pożizzjoni unika ta' Malta fiċ- ċentru tal-kultura Mediterranja mil- lati storiċi, mitiċi u kontemporanji permezz ta' xogħlijiet ġodda kkummissjonati li jwegħdu vjaġġ immexxi mill-kurżità għall-iskoperti u riflessjoni dwarna nfusna." Il-Kunsill huwa kommess lejn Ewropa li mhux biss hija proġett ekonomiku imma wkoll għal Ewropa fejn il-kultura saret aspett essenzjali għall-istrateġiji tal-Unjoni dwar l-integrazzjoni u l-identità kulturali. Is-settur kulturali Malti, bħal fil-bqija tal-Istati Membri tal- Unjoni Ewropea, qiegħed jaħdem biex jirrispondi għall-isfidi preżenti ta' ambjent li dejjem qiegħed jinbidel bl-impatt ta' media ġdida, udjenza li dejjem tinbidel, globalizzazzjoni, tekonoloġija ġdida, u Intelliġenza Artifiċjali fost l-oħrajn. Din is-sena, il-Kunsill flimkien mal-artisti se jkun qiegħed imur pass 'il quddiem billi ta workshops lil studenti f 'Malta u f 'Ċipru dwar il-Biennale, bl-appoġġ tal-Bank of Valletta. Il-Padiljun Malti għandu l-appoġġ tal-Bank of Valletta, Visit Malta - Ministeru għat-Turiżmu, Sullivan Maritime u Grimaldi Group. L-artisti għandhom l-appoġġ ta' Heritage Malta, Malta Film Studios, id-Dipartiment tal- Arti Diġitali u Manifattura Industrijali u Inġinerija fi ħdan l-Università ta' Malta u l-Omega TV Channel Cyprus. Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum fl-appoġġ iżda l-PL iżomm vantaġġ komdu Ċans li jnaqqsu, imma l-Labour jibqa' fuq quddiem sew! Ħal Tarxien hija lokalità ta' daqs medju, b'maġġoranza Laburista b'numru rispettabbli ta' votanti Nazzjonalisti. Fil-fatt, mill-2006 sal- 2013, perjodu ta' seba' snin, il-vot tal-PN baqa' tiela' biex żdied bi 315. Minkejja dan, anke d-distakk kiber hekk kif il-Partit Laburista żied 1,286 vot fl-istess perjodu. Fl-2006 meta l-elezzjoni tal-kunsilli saret waħedha, id-distakk kien ta' 1,603. Fl- 2009 meta saret mal- elezzjoni tal- Parlament Ewropew id-distakk żdied għal 1,724, bil- PN jikseb 1,703 voti u l-PL jikseb ftit iktar mid- doppju jew 3,427 vot. Fl-2013, u allura ma' elezzjoni ġenerali illi fiha l-PL rebaħ bil-qawwi, il-PL kiseb 4,555 vot u l-PN 1,666 vot biex id-distakk sploda għal 2,889. Jekk f 'Mejju se jkun hemm l-istess xejra nistgħu nistennew tnaqqis għaż-żewġ partiti, bil-PL iżomm distakk komdu fuq il-PN. votanti Nazzjonalisti. Fil-fatt, mill-2006 sal- 2013, perjodu ta' seba' snin, il-vot tal-PN baqa' tiela' biex u l-PL jikseb ftit iktar mid- doppju jew 3,427 vot. Fl-2013, elezzjoni ġenerali illi fiha l-PL rebaħ bil-qawwi, il-PL Raħal Ġdid: lokalità Laburista, biċ- ċans ta' żieda fil-voti ... Raħal Ġdid, bħall-ġar Ħal Tarxien, ra liż-żewġ partiti jżidu l-voti għalkemm bħall-ġar l-ieħor Santa Luċija l-elezzjoni tal- kunsilli lokali qatt ma nzertaw ma' xi waħda nazzjonali. Il-Partit Laburista kiseb 2,820 vot fl-2007, 3,051 vot fl-2012 u 3,170 fl-2015. Il-PN kiseb 1,353 vot biex naqqas fl-2012 għal 1,213 iżda reġa' żied għal 1,510 voti fl-2015, meta dakinhar sar ukoll ir-referendum tal- kaċċa. F'Mejju, il- lokalità ta' Raħal Ġdid ukoll mistennija tibqa' b'maġġoranza Laburista, għalkemm minħabba li din hija l-ewwel darba li l-elezzjoni lokali se taħbat ma' waħda nazzjonali huwa mistenni li jiżdiedu l-voti f 'din il- lokalità. Il-probabilità, anke jekk inħarsu lejn dawn it-tliet elezzjonijiet, hija li ż-żewġ partiti jżidu l-voti fuq dak li kisbu fl-2015. Laburista, biċ- qatt ma nzertaw it Laburista kiseb 2,820 vot fl-2007, 3,051 vot fl-2015, meta dakinhar sar ukoll ir-referendum tal- se taħbat ma' waħda nazzjonali huwa mistenni li jiżdiedu l-voti f 'din il- lokalità. Il-probabilità, anke jekk SEJĦA GĦAL PROPOSTI PROGRAMM TA' ARTI FI SPAZJI PUBBLIĊI 2019-2021 Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, bl-appoġġ ta' Spazju Kreattiv, ifakkar lill-artisti li d-data tal-għeluq biex jiġu sottomessi proposti għall- programm: ARTI FI SPAZJI PUBBLIĊI hija il-Ġimgħa 12 ta' April, fl-4:00 ta' waranofsinhar. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mis-siti elettroniċi: www.infrastructure.gov.mt www.kreattivita.org Ippreżentat il-Padiljun Malti għat-58 edizzjoni tal-Biennale di Venezia

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019