Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum F'DAN ix-xogħol tisma' u tmiss ma' diversi stejjer differenti. Uħud minn dawn ikunu dawk l-stejjer tipiċi bħal xi intervista ta' kronaka jew inkella xi storja politikament taħraq. Però jiġi żmien, ikolli nammetti, darba f 'mitt qamar, meta tisma' rakkont li fil-ħajja tal-lum li jġiegħlek tieqaf u tirrifletti. Dan ikun rapport li jmur pass oltre mill-aspettattivi ġurnalistiċi, rapport li jirnexxilu jispirak b'mod li ma kontx qed tistenna. Din il-ġimgħa, kelli x-xorti li nesperjenza propju dan, meta ġewwa ġnien seren fid-dar tiegħu fil-Pietà tkellimt ma' Mike Pace. Mike, eks għalliem, sportiv u body builder ċelebri għandu l-lista ta' kisbiet li ma jispiċċaw qatt, fosthom l-anzjan tas-sena, rebbieħ ta' kompetizzjonijiet tal-body building internazzjonali u saħansitra kien innominat għal Ġieħ ir-Repubblika diversi drabi, però qatt ma rebaħ dan l-unur. Però forsi aktar importanti mill-unuri hemm il-ħidma tiegħu, li lil hinn mid-daqq tat-trombi, ġimgħa wara ġimgħa, għal 57 sena sħaħ u mingħajr ebda ħlas ħa ħsieb l-attività fiżika ta' persuni b'diżabilità, speċjalment dawk tal-Physically Handicapped Rehabilitation Fund. Beda fl-1962 u għadu għaddej s'issa bil-volontarjat… Sakemm poġġejt bilqiegħda, Mike kien diġà leħaq ħareġ album tar-ritratti u diversi rivisti tal-isport antiki b'dik il-karta llum safranija. "Ara dan huwa r-ritratt favorit tiegħi, hawnhekk kont f 'forma impekkabbli u dan r-ritratt ta' meta tlajna nikkompetu barra bl-atleti paralimpiċi." Bi tbissima fuq wiċċu, Mike jibda biex jirrakkonta kif hu kellu jispiċċa inkarigat minn dawn l-atleti, xogħol li nistgħu ngħidu ddefinixxa l-ħajja tiegħu. "Niftakar kont ħiereġ mill-quddies u ġie fuqi wieħed John Pisani, li dak iż-żmien kien jieħu ħsieb dawn l-atleti paralimpiċi tal-Physically Handicapped Rehabilitation Fund (PHRF)." Kompla jgħid, "dakinhar kien staqsieni biex inħarreġ tlieta minn dawn l-atleti paralmipiċi fil-weight lifting u nippreparahom għal kompetizzjoni internazzjonali. Ovvjament jien aċċettajt," irrakkonta Pace. Il-PHRF twaqqfet fl-1946, bl-għan li toffri opportunitajiet u faċilitajiet lil dawk fiżikament inqas abbli. L-isport minn dejjem ingħata importanza mill-għaqda. Tul is- snin, l-għaqda organizzat diversi kompetizzjonijiet fosthom; table tennis, carpet bowling, snooker u pool. Pace li dak iż-żmien kien wieħed mill-ewwel għalliema tal-edukazzjoni fiżika kwalifikati f 'Malta stqarr li ma tantx dam sakemm beda jimpenja ruħu fl- organizzazzjoni fiżika tal-PHRF. "Konna norganizzaw sessjoni s-Sibt, u xi drabi anke matul il-ġimgħa , skont l-esiġenza. Mal-medda taż-żmien, kont ukoll il-kowċ nazzjonali inkarigat minn dawk l-atleti paralmpiċi u kemm-il darba morna barra minn xtutna biex nirrappreżentaw lil Malta. Fosthom, il-logħob paralimpiku tal-1968, 1970, 1972 u 1980. Għamilna dan mill-flus tagħna stess u qatt ma ħadna xejn" sostna Pace. Pace kompla jgħid kif dawn il-Paralimpiku huwa differenti mill-Olimpjadi Speċjali li propju ftit tal-ġranet ilu Malta kisbet riżultat eċċellenti fihom. "L-atleti li kont inqatta' l-ħin magħhom u nittrenja kienu jaqgħu fil-kategorija ta' Parlimpiċi, jiġifieri ħafna drabi jkollhom korrimenti tas-sinsla, amputee, cerebral palsy fost l-oħrajn." L-eks body builder u għalliem jistqarr li ħafna drabi l-ħidma tiegħu ma' dawn l-atleti kienet tmur lil hinn minn sempliċiment taħriġ fiżiku. "Ovvjament kien ikollok persuni li twieldu b'diżabilità u oħrajn li għal xi raġuni jew oħra, eżempju b'aċċident ikorru serjament. Mentalment dawn tal-aħħar kienu jbatu ħafna. Għalhekk ħafna drabi t-taħriġ kien imur lil hinn mill-eżerċizzji fiżiċi," sostna Pace. Għalhekk l-għan wara l-ħidma tiegħu kienet li dawn in-nies jingħataw jew jakkwistaw dik il- kunfidenza li tilfu jew qatt ma rnexxielhom isawru kaġun tad-diżabilità. 88 sena u għadu jmur jitħarreġ il-gym Mal-ILLUM Pace stqarr li jqatta' ħafna mill-ġranet tiegħu jaqra, jikteb u jedha fil-ġnien. Apparti minn hekk, ta' 88 sena Pace qalilna li għadu jmur jitħarreġ il-gym darbtejn fil-ġimgħa, propju fl-istess gym li fih għamel l-ewwel passi sportivi fl-1951; il-Cottonera Barbell Club. Fi tmiem l-intervista, b'ton ta' dispjaċir, Mike qal li jixtieq li jara li l-ħidma volontarja tiegħu tkun adottata minn xi persuna oħra. "Jien m'iniex etern, f 'Mejju nagħlaq 88 sena. Nixtieq li kieku jkun hawn xi ħadd li jkompli jaħdem ma' dawn il-persuni." Mike Pace: 57 sena minn 88 jgħin lil persuni b'diżabilità Mike Pace forsi minsi mill-folla però mhux minsi minn dawk li missew mal-ħidma tiegħu, ftit xhur bogħod minn għeluq it-88 sena, Pace li ħadem tant għal nies b'diżabilità jitkellem mal-ILLUM lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter ix-xogħol tisma' u tmiss jġiegħlek tieqaf u tirrifletti. Dan ġewwa ġnien seren fid-dar tiegħu tal-body building internazzjonali Il-PHRF twaqqfet fl-1946, bl-għan lil hinn minn sempliċiment Mike Pace

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019