Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 I l-fosos kważi Malta kollha marret xi darba jew oħra u kważi kulħadd innota dak il-bini kbir, b'bieb enormi u twieqi bojod. Għalkemm fuq barra l-binja m'għandhiex wisq gost u ħajja, malli tidħol issib attività qawwija ta' persuni, mhux biss dawk li jkunu f 'xi prova għal xi dramm jew serata t-teatru tal-binja iżda wkoll persuni mill-Azzjoni Kattolika u anzjani li jattendu l-università ta' terza età. L-ILLUM tiltaqa' ma' Josef Debono, fit-tieni sular. Debono huwa l-President tal-Azzjoni Kattolika li f 'intervista ta' siegħa din il- gazzetta titgħallem illi huma ħafna aktar minn numru ta' nies, probabilment anzjani, li jiltaqgħu jitolbu, kif forsi jaħsbu wħud. Fil-fatt l-Azzjoni Kattolika hija magħmula minn diversi gruppi fosthom ta' żgħagħżagħ lajċi madwar il-pajjiż kollu li filwaqt li qed jgħixu ħajjtihom, fl-iskola jew fil-post tax-xogħol, jiffurmaw komunità li tiltaqa', tiddiksuti, tipproponi, titlob, torganizza u toħloq sens ta' identità u sens ta' għaqda u camaraderie fost dawk li jattendu. F'kamra mdaqqsa bi kwadru li fih stampa tal- Arċisqof Charles J. Scicluna tħares lejna, forsi lejn waħda mill-aktar gazzetti lokali kritiċi tiegħu, Debono jgħid li l-membri jgħixu kullimkien, fuq il-post tax-xogħol, fil-ħwienet u fit-toroq biex jagħtu vuċi lit- tagħalim tal-Knisja Imma l-Knisja għad għandha vuċi llum? Iż-żgħażagħ esperjenza jridu, aktar minn kollox Huwa jgħid li llum in- nies jinteressahom l-aktar minn dak li jaraw u jmissu b'idejhom, mhux biss dak li hu fl-arja. Huwa jinsisti li d-domni tal-fidi huma importanti, imma aktar minn hekk jeħtieġ inħarsu lejn it-triq li neħtieġu nimxu biex naslu sad-destinazzjoni. Hawnhekk huwa jgħid illi t-triq hija dik tal-esperjenza, bħall- esperjenza li 45 grupp ta' żgħażagħ ikollhom madwar il-pajjiż fl-għaqdiet taż- żgħażagħ li tmexxi l-Azzjoni Kattolika. "Jiena nara sens fil-ħajja Nisranija, għalhekk immur il-quddies il-Ħadd, mhux għax ta' bilfors jew għax xi ħadd iġegħelni," jisħaq Debono. Huwa jgħid illi ż-żgħażagħ jagħtu formazzjoni lil żgħagħżagħ oħrajn u jibnu fuq l-esperjenzi li jakkwistaw. Imma dan mhux diġà qed isir permezz tal-MUSEUM? X'differenza hemm bejn dan u ż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK)? Debono jevita li jagħmel paraguni għalkemm donnu jinsisti li ż-ŻAK hija iktar ibbażata fuq il-prattika u l-esperjenza, iktar milli tpoġġi u xi ħadd jgħallmek id-duttrina. "Hawn min ilu fl- istess grupp 12-il sena. Naturlament in-numri jinbidlu, imma dawk li jibqgħu jirnexxilhom jiffurmaw komunità. Komunità ta' nies li jsibu l-appoġġ, il-wens u spalla f 'xulxin. Dawn huma nies lajċi, li għandhom xogħol u familja. Imma darba fil-ġimgħa jiltaqgħu biex jitkellmu. Hemm familji li bdew miż-ŻAK u li meta niltaqa' magħhom jgħiduli kemm kienet importanti l-formazzjoni u l-espożizzjoni li ħadu miż- ŻAK u kemm għenithom biex jiffurmaw karattru, anke fuq il-post tax-xogħol." 'Nies li jiġu għadna jispiċċaw bla saqaf fuq rashom...' Aħna u nippreparaw biex nibdew din l-intervista tkellimna ftit dwar l-għajnuna li tagħti l-Azzjoni Kattolika lill-vulnerabbli, permezz tas-segretarjat, konformi mat-twemmin tal- Knisja favur is-solidarjetà. Imma min imur iħabbat il-bieb tagħhom? "Nies li se jispiċċaw barra bla saqaf fuq rashom, nies li mhux qed ilaħħqu mal- kontijiet, nies li mhux qed ilaħħqu mal-kera." Hu jispjega kif ġieli kien hemm min ċempel f 'isem xi ħadd li kien fil-bżonn biex isibu xelter fejn jista' jgħix. "Imma llum ix-xelters huma mimlijin, m'hemmx fejn tmur. Lanqas social workers m'hemm biżżejjed," jinsisti Debono. Imma dawk li qegħdin f 'din is-sitwazzjoni jinsabu f 'numri insinifikati, nirrimarka. "Mhumiex le, kull persuna li tinsab f 'din is-sitwazzjoni hija ħafna," sostna. Imma hawn l-idea popolari li kulħadd sejjer tajjeb, nerġa' nirrimarka. Imma Debono jinsisti illi "meta tkun sejjer tajjeb int, faċli taħseb li kulħadd bħalek." "Vera hawn ħafna nies li qed jgħaddu sew, imma għandek faxxa ta' nies bħall- anzjani illi filli kellhom ammont ta' kera xi jħallsu u filli jridu jħallsu ammont ta' kera li huwa aktar mill- pensjoni," qal il-President tal-Azzjoni Kattolika. Hu jgħid illi l-faqar għandu angoli u aspetti differenti u spjega kif jaf każijiet fejn il- ġenituri spiċċaw ftaqru biex jgħinu lil uliedhom li jkunu fuq id-droga. Jispjega kif l-Azzjoni Kattolika ilha snin tħaddem inizjattiva li permezz tagħha toffri mini buses għal dawk l-anzjani li jkunu waħedhom u dan biex ikunu jistgħu joħorġu. "Anke x-xufiera jibnu relazzjoni ma' dawn l-anzjani. Dan il-proġett bdejnieh qabel biss f 'dan il-pajjiż bdiet diskussjoni dwar is-solitudni," qal b'ċertu sodisfazzjon Debono. Xelter għal dawk fil-bżonn f 'Ħal Balzan Induru allura fuq l-aktar punt importanti tal- intervista; il-proġett ta' dar bħala xelter għal dawk in- nies li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. "Bħalissa fil-pajjiż qed niddiskutu l-bżonn ta' xelters għal dawk li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, biex għall-inqas ikollhom post fejn jistgħu jgħixu," qal il-President tal-Azzjoni Kattolika. "Bdejna naraw xi proprjetajiet li għandha l-Azzjoni Kattolika. Għandna proprjetà li tintuża tajjeb, bħal pereżempju ħafna mill-art illi fuqha hemm id-Dar tal-Providenza jew il-binja taż-ŻAK f 'Raħal Ġdid u l-Ħamrun, fejn qed jużawha nies u għaqdiet differenti. Imbagħad hemm proprjetajiet li ma jintużawx bħal dik ta' Ħal Balzan, li tintuża forsi siegħa kull ġimgħa. Din id-dar għandha żewġ sulari, bit-tieni sular se jkun iddedikat għal persuni jew familji li jkunu qed jgħixu hemmhekk għal żmien temporanju. "Dan ix-xelter se jkun post fejn persuna tqatta' ftit żmien sakemm issib post fejn tgħix," qal Debono li spjega illi min jgħix hemmhekk se jintalab iħallas ftit flus (jista' jkun b'xejn ukoll) skont id-dħul tiegħu. Għas-sorpriża ta' din il-gazzetta dwar il-ħlas, Nitkellmu ħafna fuq il-faqar u nitkellmu ħafna fuq il-Knisja wkoll. Imma l-Knisja x'qed tagħmel dwar il-faqar? U x'parti qed tilgħab l-Azzjoni Kattolika? Dawn sempliċiment nies li jiltaqgħu u jitolbu jew qed jagħmlu dierenza? L-ILLUM tiltaqa' ma' Josef DeBono, President tal-Azzjoni u titkellem miegħu dwar il-faqar, il-kirjiet, il-Knisja f 'Malta u proġett soċjali f 'Ħal Balzan ... Għandi għalfejn nixrobilhom demmhom koppja li qed ittxu dar? Dan irridu nisdaw, mhux lill-politiku. Il-bidla minn isfel tibda " " 'Naf ġenituri li ftaqru biex jgħinu Vera hawn ħafna nies li qed jgħaddu sew, imma għandek faxxa ta' nies, bħall-anzjani, illi lli kellhom ammont ta' kera xi jħallsu u lli jridu jħallsu ammont ta' kera li huwa iktar mill-pensjoni " " agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019