Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum jgħinu lil uliedhom li jieħdu d-droga' ifakkar li meta persuna tħallas il-parti tagħha qed tagħtiha d-dinjità, tħossha li mhux qed tgħix minn fuq xi ħadd, apparti li qed tikkontribwixxi biex min jiġi warajha jsib post tajjeb." "Imma qed nitolbu kontribut, mhux inkissrek b'xi €900 fix-xahar." Bħalissa għaddej xogħol fuq is-soqfa u qed isir xogħol fuq il-madum u l-elettriku. "Din hija qatra żgħira f 'oċean," sostna Debono li jirrakkonta anedottu żgħir mill-istorja ta' dan il-proġett. "Żmien ilu fiż-ŻAK, persuna li kienet membru magħna rritornat lura għax- xoghol u darba ċemplitli u qalet li fix-xogħol kienu qasmuhom f 'timijiet u tawhom €15,000 għall- proġett ta' għajnuna u staqsietu xi proġett kellhom l-Azzjoni Kattolika. Jiena tajtha deskrizzjoni u jumejn wara ċċempilli u tgħid li għadda l-proġett tagħhom għax dak li propona proġett fl-Indja vvota għall-proġett f 'Malta." "Il-Mulej dejjem ipprovda," jgħid Debono b'nofs tbissima. "Anke mingħand nies foqra, li għandhom bżonn l-għajununa huma stess, waslet l-għajununa." Imma int x'qed tagħmel biex jonqos il-faqar? "Il-problema tal-faqar vera li hija marbuta mal- istituzzjonijiet, għalkemm ma rridx sufa f 'ġisem il-politiku għax din l-isfida teħtieġ risposti kuraġġużi." "Imma hija problema tas-soċjetà nnifisha wkoll," jgħid Debono," aħna wkoll niġġeneraw il-faqar, fl- għażliet li nagħmlu. Bħala eżempju nfakkar illi jekk aħna nixtru prodotti li min jaf minn fejn ikunu ġejjin u min qed jipproduċihom qed jirċievi biss parti żgħira ħafna mill-qligħ inkunu qed nikkontribwixxu għall-faqar," sostna mal-ILLUM. "Nista' noqgħod ingerger kemm irrid u nikteb artikli dwar il-faqar, imma jiena x'qed nagħmel?" jistaqsi Debono qabel imbagħad iġib l-eżempju tal-biedja. "Il-bdiewa jkabbru l-prodotti biex ikollna x'nieklu. Minflok, nixtri minn barra, bi prodott li min jaf minn xiex ikun għadda u probabilment dak il-bidwi lanqas biss ikun ħa porzjon żgħir tad-dħul. Mela qed ibati l-bidwi ta' barra u qed ibati wkoll il-bidwi Malti. Dan huwa eżempju ta' deċiżjoni personali li se twassal għall-faqar," sostna. Huwa qal illi "faċli nwaħħal fil-Prim Ministru għall-faqar, imma jiena x'qed nagħmel biex innaqqas il-faqar?" qabel qal illi dak li hemm bżonn hija bidla fil-mentalità għax hawnhekk qed nitkellmu fuq ċirku sħiħ, "dak li qed tagħmel int hawn Malta qed jaffettwa lil ta' ħdejk u lil dak f 'pajjiż 'il bogħod." Induru fuq il-kwistjoni tal- kirjiet u kumment li jagħmel illi dwar l-immassimizzar tal-pofitti. Il-mentalità hija li jekk nista' naqla' aktar, ngħolli, infakkru. "Hekk hu u kull min jisfida din l-idea ngħajruh. Il-mentalità mifruxa hi li litteralment nitħanżer," jisħaq il-President tal-Azzjoni Kattolika. "Jekk xtrajt xi ħaġa b'€10 u nista' neħodlok €100, neħodlok. Nieħu mhux għax għandi bżonn, imma biex insir iktar sinjur." Jistaqsi: "Għandi għalfejn nixrobilhom demmhom koppja li qed ifittxu dar? Dan irridu nisfidaw, mhux lill- politiku. Il-bidla minn isfel tibda." Ifakkar illi ħafna bidliet politiċi u anke kummerċjali jseħħu għax il-massa tkun trid hekk, għax il-massa tiċċaqlaq biex tbiddel. Xaqq ta' dawl... Itemm jgħid iżda li sfortunatament, "qed ngħixu għas-servizz tal-flus, għalhekk ikun hawn il-faqar. Anke f 'ċerti setturi kollox ngħaġġlu u ngħaġġlu, anke jekk inpoġġu lill-ħaddiem f 'periklu basta nibqgħu nirbħu l-proġetti." Jispiċċa jikkwota lill-Papa Franġisku u jisħaq li hu għandu fiduċja kbira fl- umanità u fil-kapaċità li tbiddel dak li tkisser. "Hemm xaqq ta' dawl," itemm jgħid Josef DeBono. Ritratt: James Bianchi Josef DeBono

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019