Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847
I llum il-31 ta' Marzu qed infakkru kif ukoll niċċelebraw data storika u importanti ferm fl- istorja rikka ta' pajjiżna. L-40 anniversarju ta' Malta ħielsa. Ġurnata li mmarkat il- ħelsien tal-Gżejjer Maltin minn kull qawwa barranija għall- ewwel darba fl-istorja tagħha. Dakinhar, fil-lejl tal-31 ta' Marzu 1979, il-Prim Ministru Dom Mintoff xegħel it-torċa tal-Ħelsien fuq il-monument tal-Ħelsien, xogħol tal-iskultur Anton Agius, magħruf bħala l-Iskultur Nazzjonali. Nawgura l-festa nazzjonali t-tajba lil kulħadd. *** B'rabta ma' Jum il- Ħelsien, f 'dawn il-jiem ħadt gost ninawgura wirja li timmarka l-40 sena minn Jum il-Ħelsien. Hija wirja interessanti li qed tittella' fil-Forti Sant'Anġlu u twassal rakkonti li ġraw f 'dan il- post waqt li kien okkupat mill-flotta Rjali bejn l-1906 u l-1979. Ir-rabta ta' forti storiku ma' ġrajja li għadda minnha l-poplu Malti. Bħala pajjiż, għandna storja rikka li għandha parti intrinsika fl-identità tagħna tal-lum. Maż-żmien, it-tradizzjonijiet u l-passat ta' pajjiżna ffurmaw is- soċjetà tagħna u, grazzi għal wirjiet ta' din is-sura, qegħdin inkomplu nesponu l-mixja ta' pajjiżna u fejn din wasslitna llum. Barra minn hekk, qegħdin insaħħu l-prodott kulturali lokali billi nipprovdu aktar attivitajiet relatati mal-wirt tagħna biex il-komunità tkun tista' żżur u tapprezza. Din il-wirja hija mifruxa f 'ħames partijiet tal-Forti Sant'Anġlu u permezz tagħha l-viżitaturi jistgħu jesploraw u jiskopru l-istorja ta' dan il-bini, flimkien mal-ħajja li kien hemm fil- forti waqt l-okkupazzjoni tiegħu mill-flotta Rjali. Biex il-viżitatur ikollu din l-esperjenza, inħolqu mill- ġdid postijiet u sitwazzjonijiet ta' dak il-perjodu, fosthom id-dormitorju, il-bar u uniformijiet differenti li kienu jintużaw f 'dak iż-żmien. Il-wirja mtella' minn Heritage Malta fi ħdan il-Ministeru u li żgur li m'għandhiex tintilef - se tibqa' miftuħa sat-8 ta' Settembru li ġej. *** Issa li bdejna r-rebbiegħa, il- jiem jibdew jitwalu u jisbieħu u bil-mod nidħlu għall-jiem sħan tas-sajf. Bħala ministeru ta' kull sena nimlew dawn ix-xhur b'għadd ta' attivitajiet kif ħabbart meta nidejt il- festivals tas-sajf organizzati minn Festivals Malta, fi ħdan il-Ministeru. Festivals li issa jkunu mistennija u daħlu sew fil-kalendarju kulturali ta' pajjiżna. Nemmen li apparti milli nkunu qegħdin nagħtu kontribuzzjoni siewja għall-prodott lokali tagħna b'mod li nżidu l-viżibbiltà tagħna fl-Ewropa u lil hinn minnha, dawn il-festivals jipprovdulna l-pjattaforma ideali biex inkomplu nippromovu aktar it-talent lokali, li jwassal għal żieda fil- professjonalizzazzjoni fi ħdan is-settur. Aħna ninsabu impenjati biex nagħmlu dan it-tip ta' festivals aktar aċċessibli għall-membri tal-komunità minħabba li huma ċelebrazzjoni tal- identità tagħna bħala soċjetà. Tajjeb li wieħed jgħid li l-festivals tas-sajf tagħna qegħdin kulma jmur isiru destinazzjoni kulturali għall-viżitaturi tagħna minn madwar id-dinja kollha. Din is-sena l-Għanafest, li se jsir fil-21 u t-22 ta' Ġunju fl-Argotti, qed jistieden il- band Franċiża Sherazade et LavionRose, il-band Skald, talent lokali ġdid, u l-band popolari The Travellers. Il-Malta International Arts Festival se jsir fil-Belt Valletta u f 'xi postijiet strateġiċi oħra madwar Malta bejn it-28 ta' Ġunju u l-14 ta' Lulju. Il- Malta Jazz Festival bejn il-15 u l-20 ta' Lulju se jsir kemm f 'Ta' Liesse fil-Belt Valletta, imma se jinfirex ukoll barra mill-Belt, l-Imdina u Bieb is- Sultan f 'Bormla. Festivals Malta għandha wkoll sit elettroniku ġdid b'bosta karatteristiċi ġodda li jtejbu l-esperjenza virtwali ta' min iżurha: www.festivals.mt. *** La qed nitkellem dwar is-sajf ma jistax jonqos li nsemmi l-festi Maltin u Għawdxin li huma sinonimi ma' dan l-istaġun u popolari ferm magħna imma wkoll mat- turist li jżurna. Marbuta mal-festi, fil-jiem li għaddew permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, ħabbart it-tieni edizzjoni tal-Fond għall- Kmamar tan-Nar li jaħdmu fuq bażi volontarja. Huwa importanti li nkomplu nsaħħu dawn it- tradizzjonijiet. Din il-kultura tmur lura għal diversi snin u nistgħu ngħidu li llum dan jifforma parti mill-wirt kulturali tagħna. Bħala Gvern, aħna impenjati biex inkomplu nsaħħu dan is-settur, tal- ħidma tal-kmamar tan-nar, speċjalment fejn għandha x'taqsam is-sigurtà. L-iskop ta' dan il- finanzjament huwa biex kull kamra tan-nar f 'pajjiżna li hija eliġibbli, ikollha l-opportunità li ttejjeb l-infrastruttura tagħha biex il-voluntiera fi ħdanha jkunu jistgħu jaħdmu f 'post iktar sigur kemm waqt il- manifattura u waqt il-ħruq tan-nar, kif ukoll biex ikunu jistgħu jinvestu f 'riżorsi li jgħinu biex titjieb il-kwalità tal-prodott pirotekniku lokali fejn tidħol is-sigurezza. L-għan ta' dan il-proġett huwa li jagħti spazju lill- kmamar tan-nar biex joħorġu b'ideat u bi proposti biex jagħmlu restawr tal-kmamar tan-nar, investiment fl- istruttura tal-kmamar tan-nar u f 'makkinarju u għodda li jiffaċilitaw il-manifattura tan- nar, u jagħmlu produzzjoni aktar sigura kif ukoll investiment f 'apparat għal aktar sigurtà u f 'riżorsi ta' tagħlim fuq dak li għandu x'jaqsam mal-istess sigurtà. Apparti dan, jaħseb ukoll għal aktar kollaborazzjoni bejn il- kmamar tan-nar Maltin. Interessanti u ta' min jirrakkomandah li l-Kunsill Malti għall-Arti se jorganizza kors tal-Ewwel Għajnuna b'kollaborazzjoni mal-Malta Red Cross. Biex jirċievu l-fondi approvati, l-applikanti huma obbligati li jinnominaw membru tal-kamra tan-nar rispettiva biex jattendi dan il-kors. Min ma jattendix dan il-kors mhux se jkun eliġibbli għall-fondi. Dan hu programm ta' finanzjament b'allokazzjoni ta' €170,000 għall-2019. Kull kamra tan-nar tista' tibbenefika sa massimu ta' €5,000. Dawn iridu jkunu kollha ta' natura infrastrutturali. Il-fond huwa miftuħ għall-kmamar tan- nar liċenzjati u rreġistrati bħala organizzazzjoni volontarja. F'każ li l-kamra tan-nar tagħmel parti minn għaqda mużikali, din trid tkun reġistrata bħala organizzazzjoni volontarja. L-applikazzjonijiet għandhom jitwasslu bl-idejn għand il-Kunsill Malti għall- Arti mhux aktar tard mill-14 ta' April 2019, sa nofsinhar. *** Din il-ġimgħa wkoll nedejt uffiċjalment il-Valletta Cultural Agency (VCA). L-Aġenzija se tkun responsabbli biex issostni u ssaħħaħ il-ħajja kulturali fil-Belt Valletta billi toħloq programm annwali mimli attivitajiet kreattivi, żviluppati flimkien ma' artisti u entitajiet pubbliċi kulturali oħra. Bħala legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018, il-VCA se żżomm livell ta' kwalità fil-koordinazzjoni u organizzazzjoni ta' attivitajiet kulturali fil-Belt Valletta, waqt li tħeġġeġ aċċess u parteċipazzjoni ta' udjenzi varji. Waqt is-seminar li kien organizzat għamilt referenza għall-impatt li ħalliet Valletta 2018 u l-inizjattivi kulturali ġodda li ġew bis-saħħa tagħha, u kif din kompliet tilħaq il-komunità, mhux biss fil-Belt Valletta, imma wkoll fil-lokalitajiet tagħna. Mill-bidu, il-missjoni tal- Fondazzjoni Valletta 2018 kienet li tiżviluppa l-udjenzi permezz tal-parteċipazzjoni u li tagħmel il-kultura aċċessibbli għal kulħadd. Dan huwa l-legat li l-VCA se tkun qed tibni fuqu biex ir- riġenerazzjoni kontinwa tal- Belt Valletta ssir bil-kultura u l-arti fil-qalba tagħha. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 16 Opinjoni OWEN BONNICI Jum il-Ħelsien u l-kultura Maltija