Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847
3 Aħbarijiet MINKEJJA li bosta esponenti tal-Partit Nazzjonalista (PN) insistew li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri għandhom jirriżenjaw, sakemm 'inaddfu isimhom', ladarba setgħu kienu investigati fuq allegat ħasil ta' flus, mal-ILLUM il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li l-akkużi fuqu, inkluż ta' ħasil ta' flus permezz ta' kont f 'ismu, ma jikkostitwixxux każ ta' riżenja. Din il-gazzetta bagħtet mistoqsija lill-Kap tal- Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista wara l-aħħar żviluppi politiċi fil-PN. L-ILLUM staqsiet lil Delia kif, issa fid-dawl ta' konferma illi hu kien investigat mill-FIAU u qed ikun investigat mill- Pulizija, għandux jirriżenja hu wkoll sakemm inaddaf ismu. Delia iżda jindika biċ-ċar illi l-akkużi kontrih huma gideb u qlajjiet u allura dan mhux każ ta' riżenja. Koinċidentalment din kienet ukoll ir-risposta ta' Mizzi u Schembri meta saru akkużi fil-konfront tagħhom ta' flus li kellhom jidħlu f 'kumpaniji li kienu fetħu fil- Panama. Ma' din il-gazzetta Delia jinsisti li dawk dwaru huma biss "insinwazzjonijiet, allegazzjonijiet u fabrikazzjonijiet ta' firem foloz li ġraw snin ilu meta kont għadni naħdem ta' avukat fis-settur kummerċjali u ma kontx involut fil-politika." Hu fakkar illi meta rċieva din l-evidenza hu għadda l-każ għand il-pulizija għall- investigazzjoni u issa nfetħet inkjesta maġisterjali. "Tlabt b'urġenza biex tiġi stabbilita x'rabta teżisti bejn dawn id-dokumenti bil-firem foloz u allegazzjonijiet li jeżisti rapport tal-FIAU li ġie leaked lit-Times." Iżda Delia mar pass oltre u implika illi dan kollu kien ġej minn Kastilja, anke jekk fil- fatt l-ewwel informazzjoni fir- rigward ta' din l-allegazzjoni ħarġet fil-blog ta' Daphne Caruana Galizia, ġurnalista maqtula f 'karozza bomba u kritika kbira ta' Adrian Delia, kif ukoll tal-Partit Labrurista. "Dawn l-allegazzjonijiet gew spinnjati eżatt wara li l-Avukat Ġenerali li huwa wkoll iċ-Chairman tal-FIAU tilef wieħed mir-rwoli tiegħu wara insistenza qawwija minni," sostna Delia f 'referenza għat-tħabbira tal-Gvern illi beda jimplimenta l-proposti tal-Kummissjoni ta' Venezja, fosthom li jonqsu l-poteri tal- Avukat Ġenerali. "Allegazzjonijiet oħrajn kontrija tfaċċaw kull darba li kont qed nitkellem b'mod voċiferu kontra l-korruzzjoni tal-Gvern, inkluż bil-kawża tal-Vitals li l-Gvern għamel minn kollox biex iwaqqaf. Iżda jiena mhu se nħalli l-ebda gidba, spin jew allegazzjoni oħra li toħroġ minn Kastilja milli twaqqafni fil-ġlieda tiegħi kontra l-korruzzjoni, favur is-sewwa u fil-ħidma biex nerġa' nsaħħaħ ir-reputazzjoni ta' pajjiżna, li tkissret bl-għemil tal-Gvern stess." Mhux impressjonati .... L-aħħar żviluppi politiċi fil-Partit Nazzjonalista komplew jitfgħu lil Adrian Delia lura politikament, tant li sorsi differenti li kellmet din il-gazzetta, wieħed fil-grupp parlamentari u l-ieħor membru fil-Kulleġġ Kunsilliera, it-tnejn sostnew li fil-PN, fost dawk ta' kontra Delia, hemm sens ta' ġustifikazzjoni, iħossu li kellhom raġun. Jidher illi kliem Delia dwar l-attakki minn Kastilja, ma tantx qed jimpressjonaw lil ħafna mill-Membri tal- Grupp Parlamentari, b'ħafna minnhom jibqgħu jemmnu l-akkużi li Daphne Caruana Galizia għamlet kontrih. Rassenjati sal-elezzjoni ta' Mejju Fil-fatt, għalkemm il-kuntatt sar b'mod separat, iż-żewġ sorsi tal-gazzetta ILLUM qalu illi dawk li ma jaqblux ma' Delia lkoll qed jgħidu li l-fatt li kien hemm investigazzjoni mill-Financial Analysis and Intelligence Unit fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni ta' dawk li ma jridux lil Delia jibqa' Kap. "Xi kredibilità jista' jkollna bħala partit meta nitkellmu fuq il-bżonn tar-riżenji jekk imbagħad il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiġi investigat mill-pulizija u jżomm postu?" sostna d-Deputat. Fil-fatt, din il-gazzetta tinsab infurmata li Delia għad m'għandux il-fiduċja tal-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari minkejja li f 'dawn l-aħħar ġimgħat kollox bħal donnu kkwieta. "Issa hemm rassenjazzjoni biex naċċettaw l-affarijiet kif inhuma u nirreaġixxu wara l-elezzjoni tal-MEPs f 'Mejju," qal il-Kunsillier. Dan ikkonfermah ukoll ma' din il- gazzetta l-membru fil-grupp parlamentari. L-aħħar kwistjoni li fiha spiċċa Delia kien meta hu stess, mingħajr ma kien hemm kwistjoni fil-pubbliku, tmint ijiem ilu għajjat konferenza tal-aħbarijiet tard is-Sibt filgħaxija u qal li hemm dokumenti bil-firem tiegħu fuq tranżazzjonijiet finanzjarji. Kont tal-bank f 'Jersey li kien f 'isem il-kap tal-PN Adrian Delia rċieva £349,000 fil- forma ta' ċekk jew depożiti ta' flus kontanti fil-perjodu li kien miftuħ, jirriżulta minn rapporti differenti fuq il- midja. Kienet Daphne Caruana Galizia li kixfet dan il-kont f 'Jersey, meta Delia kien għadu kandidat għall- pożizzjoni ta' Kap tal-Partit Nazzjonalista. Caruana Galizia kienet ħabbret li f 'dan il-kont kienu qed jidħlu £20,000 kull xahar minn kirjiet ta' dar f 'Soho, fl- indirizz ta' 52, Greek Street. Nhar is-Sibt 24 ta' Marzu, wara li ġurnalisti ta' The Times bagħtulu xi mistoqsijiet, Delia organizza konferenza tal-aħbarijiet illi fiha talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga dawk illi qal li huma firem foloz tiegħu. Skont rapporti fuq is-Sunday Times rapport ta' 30 paġna tal-FIAU, liema rapport sar wara l-akkużi minn Daphne Caruana Galizia, ikkonkluda li l-kont f 'isem Delia seta' kien użat għall-ħasil tal-flus f 'ammonti differenti. Jidher illi kif kienet qalet Daphne Caruana Galizia kienu qed jgħaddu ammonti ta' flus, għalkemm skont l-investigazzjoni dawn kienu jvarjaw bejn £400 u £16,000 f 'depożiti. Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Rassenjazzjoni biex naċċettaw l-affarijiet kif inhuma ... sa wara l-elezzjoni tal-MEPs' L-ILLUM titkellem mal-Kap tal-PN u tistaqsih jekk hux se juża l-istess kejl li użaw ħafna deputati Nazzjonalisti ma' Konrad Mizzi u Keith Schembri u jirriżenja sakemm 'inaddaf ismu' ladarba jinsab taħt investigazzjoni ... Bint u mart raġel li qatel lill-ġirien jinstabu mejta f 'għalqa Marija Lourdes Bonnici u bintha Angele Bonnici kienu rrappurtati nieqsa wara li dehru l-aħħar darba nhar it-Tlieta 26 ta' Marzu 2019, fis-7:00am fir-residenza tagħhom f 'Ħal Għaxaq. Huma nstabu mejta matul il-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt billejl f 'għalqa fil- Gudja minn xi qraba, li rrappurtaw dak li sabu lill- Pulizija. Il-Pulizija infurmat b'din is-sejba lill-Maġistrat tal- Għassa Caroline Farrugia Frendo u min-naħa tagħha l-Maġistrat ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl- investigazzjonijiet. Il-mewt ta' dawn iż-żewġ nisa jiġu wara li r-raġel ta' Marija Lourdes kien intbagħat 30 sena ħabs fuq qtil ta' żewġ ġirien li kienu joqogħdu ħdejhom fi Trejqet Santu Kristu f 'Ħal Għaxaq. Hu kien sparalhom f 'rashom u qatilhom fuq il- post, filwaqt li kien ammetta l-ħtija ta' dan.il-qtil fil- Qorti.