Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 TV/Ċinema Get Out (2017) kien film tal-biża' bil-vjolenza ħafna superjuri għal xogħlijiet oħra tal-ġeneru tiegħu. Id- direttur Jordan Peele kompla kważi fuq l-istess stil b' Us. taħlita ta' xjenza fittizja, terrur u qtil bla rażan. Din hija produzzjoni pjuttost lussuża u anki spettakulari, b'fotografija tassew panoramika u skwiżita, però mhux konsistenti. Il-bidu u t-tmiem huma l-aħjar partijiet tal-film, waqt li dawk fejn iseħħ ħafna qtil imdemmi jidhru xi ftit barra minn posthom. Adelaide Wilson (Nyong'o) tirritorna mal-familja Afrikana/Amerikana tagħha lejn Santa Cruz, il-belt fejn twieldet biex tqatta' vaganza ħdejn xatt il-baħar ma' familja oħra bajda. Hemmhekk, tibda tiftakar esperjenza trawmatika fl-1986, meta daħlet ġo post fejn suppost ibeżżgħu lin-nies (funhouse) u f 'kuritur mudlam kollu mirja tiltaqa' ma' tifla oħra xebh perfett magħha (doppelganger). Din l-esperjenza kerha ta' aktar minn tletin sena qabel tibqa' taħkem fuqha u timtela' b'biża' li fuqha u fuq il-famlja se jseħħu affarijiet terribbli. Tant din il-premessa tirkibha li meta jerġgħu lura d-dar, 'il barra quddiem il-bieb jilmħu d-dell ta' erba' persuni misterjużi. Xi ħaġa makabra qed tigri u hawn se jiltaqgħu ma' persuni li huma doppelgangers tagħhom infushom. Us hu film splussiv, mexxej sewwa, b'azzjoni kważi ma' taqta' xejn. Waqt li dan ix-xogħol jidħol fl- ispirtu ta' films tal-passat bħas-superjuri Carnival Of Souls (1962) fis-sekwenzi tad-djar tal-biża' ta' ħdejn il-baħar, jimita wkoll films oħra tat-twerwir u l-biża', speċjalment lil The Day Mars Invaded Earth (1962) u Invasion of the Body Snatchers (1956) fit-tema ta' persuni tal-istess xebh. Min iħobb films tal-biża', Us għandu jinżillu għasel, għalkemm fih affarijiet eċitanti oħrajn bħall-mod investigattiv kif il-kamera jirnexxilha ddaħħlek fl-azzjoni. Atturi Ewlenin: Lupita Nyong'o; Winston Duke; Elizabeth Moss; Tim Heidecker; Madison Curry. Direttur: Jordan Peele. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 116 min. Ċert. 15 The White Crow huwa film bijografiku ieħor dwar avveniment straordinarju mill-ħajja tas-Sovjetiku, Rudolf Nureyev, wieħed mill-aqwa żeffiena tal-ballet li qatt eżistew. Imwieled fuq ferrovija, it-tfulija tiegħu fil-belt ta' Ufa kienet waħda ta' faqar. F'Leningrad bħala student żeffien, Nureyev (Ivenko) beda juri kapaċità u malajr sar figura prominenti mal- kumpanija Kirov tal-ballet, rinomata mad-dinja. Aktarx mimli sewwa bih innifsu, forsi kien jaħseb li ħadd ma jista' jeħodlu postu, Nureyev beda jsir problema għar-reġim Sovjetiku, billi liġijiet u dixxiplina stretta ma kinux jogħġbuh. L-ewwel darba li vvjaġġa barra l-pajjiż lejn Franza, dan iż-żeffien ta' madwar 22 sena nkaram bis-sħiħ mill-kultura u l-ħajja libera ta' hemm. Però, l-uffiċjali tal-KGB bdew jgħassu kull pass li jagħmel meta joħroġ idur waħdu. Is-suspetti tagħhom kibru meta sar ħabib intimu ma' Clara Saint (Exachropoulos), tfajla bla rbit. Din l-affari tassew żviluppat b'mod sorprendenti meta nduna li l-uffiċjali mhuma xejn sodisfatti bl-aġir tiegħu, bi skuża għamlulu proposta li ma setax jemminha u b'azzjoni mill-ewwel, forsi kien ilha tberren f 'moħħu, ta pass li biddel għalkollox id-direzzjoni futura ta' ħajtu u poġġa lill-familja tiegħu f 'periklu kbir. Il-qofol ta' dan ix-xogħol iseħħ fl-ajruport ta' La Bourget, b'manjiera nħarrka u kull xorta ta' persważjoni falluta. The White Crow , titlu li jirreferi għal xi ħadd uniku u straordinarju, li ma jikkonformi ma' ħadd, jimbarka b'mod ħerqan fuq vjaġġ ta' artist li ttrasforma d-dinja tal-ballet għal dejjem. Fil-parti prinċipali, Oleg Ivanko, żeffien mill-Ukranja, barra li jagħti xebh sewwa lil Nureyev, jiddomina fis-sekwenzi taż-żfin, kif ukoll fir-reċtar. The White Crow Carmel Bonnici Atturi Ewlenin; Oleg Ivenko; Ralph Fiennes; Louis Hofmann; Adele Exarchopoulos; Chulpan Khamarova. Direttur: Ralph Fiennes. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 127 min. Ċert. 12A Five Feet Apart Atturi Ewlenin: Haley Lu Richardson; Cole Sprouse; Moises Arias; Kimberley Ħebert Gregory; Parminder Naġra; Claire Forlani. Direttur: Justin Baldoni. Maħruġ minn SIDE STREET Films, Eden Cinemas. Tul: 116 min Ċert. 12A Films għal din il-ġimgħa Us Minkejja li jitratta tema tetra imma reali, li kulħadd jibża' jsemmiha, il-mard terminali fuq iż-żgħażagħ, Five Feet Apart huwa primarjament dramm romantiku bejn żewġ persuni maqbudin f 'sitwazzjoni morbida u mbarazzanti. Il- maġġorparti ta' dan il-film isseħħ fl-isptar Saint Grace fejn dawk morda gravi jingħataw il-kura. Stella Grant (Richardson), tfajla effervexxenti ta' 17-il sena tgħaddi ħafna ħin quddiem il-laptop tagħha tikkorrispondi mal-aqwa ħbieb li għandha. Il-gwaj hu li trid bilfors tqatta' ħafna minn dan iż-żmien ġo sptar għaliex marida bis-cystic fibrosis. F'din l-atmosfera tagħha kollha attività u kontroll sħiħ fuqha nnifisha tkun ittestjata meta tiltaqa' ma' Will Newman (Sprouse), ġuvnott ieħor marid bħalha, baħbuħ irreżistibbli u tassew gustuż fil-manjieri tiegħu. L-attrazzjoni ta' bejniethom malajr tirranka, però hemm restrizzjoni li jridu joqogħdu 'l bogħod minn xulxin madwar ħames piedi minħabba xi infezzjoni reċiproka. Din il-ħaġa se ssir impossibbli meta Will jirribella kontra l-kura li qed jingħata u dawn jiddeċiedu li jgħixu l-ħajja li fadlilhom mill- aħjar li jistgħu. Five Feet Apart iġib ħasra u melankolija fuq ħafna spettaturi, li żgur se jħossu għad- destin kiefer tal-maħbubin, li però għandhom ifaħħru r-reċtar solidu u qatt sentimentali bla bżonn taż-żewġ protagonisti li dejjem jipproġettaw tama, ferħ u simpatija. Film ieħor tal-maktur li jikkumplimenta The Fault In Our Stars (2014).

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019