Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat ROBERTA Tabone - waħda mill-aqwa weightlifters li pproduċa l-weightlifting f 'dawn l-aħħar snin. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Jiena minn dejjem kont inħobb l-isport. Meta kont żgħira, kont nilgħab ħafna l-futbol, però tliet snin ilu ġietni l-ħajra li nibda l-Crossfit. Dan huwa sport intensiv u fil-fatt minn hemmhekk skoprejt il- weightlifting. Kont immur 'The Pit' u kelli lil Daryl Psaila u Roderick Attard bħala l-kowċis tiegħi. Ovvjament, qabel ma bdejt nikkompeti fil- Weightlifting, kelli ħajra nagħmel kompetizzjonijiet tal-Crossfit. L-ewwel kompetizzjoni tiegħi saret f 'Malta u minn hemmhekk irrealizzajt kemm xtaqt nistinka aktar għall- kompetizzjonijiet oħrajn barra minn Malta. Ġietni l-opportunità li nikkompeti fi Sqallija u l-Italja parti minn tim. Huma esperjenzi li ma ninsa qatt. Sa ftit xhur ilu mort ngħix l-Irlanda fejn bdejt nitħarreġ fil-gym 'Crossfit Green'. Kelli opportunità niffoka ħafna fuq il-weightlifting minħabba li jorganizzaw klassijiet apposta mal-kowċ Cian Cosgrave. Kont qed immur tajjeb fil-lifts u f 'Ġunju li għadda ksibt 75kg Snatch. Kont kuntenta ħafna u ppostjajt fuq instagram il-video. Minn hemmhekk Jesmond Caruana li huwa l-president tal-Weightlifting ta' Malta kompla juri interess biex fil-futur nitla' għall-kompetizzjonijiet internazzjonali biex nirrapreżenta lil Malta. L-ewwel kompetizzjoni tal-weightlifting tieghi saret l-Irlanda fil- 'Leinster Open Championships' fejn irnexxieli nakkwista total ta' 164kg. Kienet xi ħaġa ġdida għalija, anke l-atmosfera li jkun hemm waqt kompetizzjoni tal- weightlifting hija differenti minn dik tal-crossfit. Ħassejtni aktar nervuża mis-soltu, pero' ħadta bħala esperjenza biex nitgħallem inkun aktar trankwilla. Kont tkellimt ma' Jesmond wara l-kompetizzjoni u kien wera interess li jtellani nikkompeti l-iŻvizzera fil- kompetizzjoni 'Challenge 210'. Sadanittant, kelli żewġ kompetizzjonijiet oħra tal-Crossfit fl-Irlanda fejn ikkompetejt bħala tim f ''Capitol Games' fejn akkwistajna t-tielet post u 'Filthy 150' fejn ikklassifikajna fit-13-il post min 200 tim. Meta mort l-Iżvizzera niltaqa' mat-tim ta' Malta, kont eċitata biex nikkompeti għal Malta l-ewwel darba. Jesmond għeni ħafna qabel ma ħrigt għal kull lift u ħa ħsiebi sew. Kont qed nikkompeti kontra 19-il mara fil-kategorija Fem. Elite. Kienu ġejjin minn pajjiżi differenti. L-għan tiegħi kien biex nikkompeti għall-esperjenza u ridt nikkompeti miegħi nnifsi biex inkun l-aħjar li nista' f 'dak il-mument. Ksibt total ta' 160kg b'bodyweight ta' 66kg u kklassifikajt fit-tielet post. Ma stennejtx li ħa nkun fuq il-podju fl-aħħar tal-ġurnata, u kont kuntenta ħafna x'ħin semmew ismi. Wara din l-esperjenza, inħossni aktar determinata biex inkompli naħdem u nitħarreġ għal kompetizzjonijiet fil-futur. Ma tkunx dejjem faċli li nitħarreġ kemm nixtieq għax apparti li niddedika l-ħin għat-taħriġ. naħdem bħala 'full-time nurse'. Però, l-għan tiegħi huwa dak li nagħmel l-almu tiegħi u l-ħin liberu li jkolli nużah sew. Il-Weightlifting għalija huwa sport li jtini ħafna sodissfazzjon, speċjalment minħabba li jinvolvi ħafna teknika. Vantaġġ ukoll li sibt fih apparti li ssir aktar b'saħħtek fiżikament jgħinek ukoll ssir b'saħħtek mentalment." 'Bil-weightlifting issir aktar b'saħħtek żikament kif ukoll mentalment' - Roberta Tabone Ritratti - MWA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019