Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847
Sports 26 illum Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 minn Cristian Antony Muscat MATTHIAS Azzopardi - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin u li beda l-karriera tiegħu fl-isport permezz tal-għawm qabel beda jilgħab il-waterpolo. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imhabba tieghek lejn il-waterpolo? L-ewwel sport li verament qanqalni kien dak tal- għawm. Minn età żgħira kont niffrekwenta t-taħriġ il kien isir fil-pitch tan-Neptunes. Minnhemm malajr ħajjarni l-Waterpolo u mill-età ta' xi disa' snin bdejt nipprattikah man-Nursery li kien ikollu t-taħriġ tiegħu fis-sajf. Mill- bidu bdejt man-Neptunes u min dejjemm kelli passjoni għall-waterpolo bil-ħolma li malli nikber nilgħab mat- tim tal-kbar kif ukoll man- nazzjonal. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek fil-Montenegro. Kienet esperjenza pożittiva ħafna li għenitni nikber u niżviluppa bhala plejer. Li laqatani hemmhekk hija s serjetà u d-dedikazzjoni li sa minn età żgħira l-atleti juru fit- taħriġ tagħhom. Hemmhekk kien ikollna taħrig fl-ilma madwar 9-10 darbiet fil- ġimgħa kif ukoll gym sessions darbtejn fil-ġimgħa. Kien ikollna trejning intensiv ta' sagħtejn darbtejn kuljum taħt il-gwida tal-kowċ ta' Jadran, Herceg Novi, kif ukoll l-eks plejer tan-Neptunes, Vladimir Gojkovic. Tgħallimt ħafna affarijiet li fl-aħħar wasslu biex tejbu l-kwalità tiegħi bħala plejer. Il-livell għoli tal-plejers li magħhom kont nitarreġ ukoll għenitni billi kienet ta' ispirazzjoni għalija biex inkompli ntejjeb il-logħba tiegħi. Ħafna drabi bħala difensur narawk tieħu post Jordan Camilleri bħala sostitut. Kemm jgħinek Jordan Camilleri biex tibqa' ttejjeb il-livell tal-logħba tiegħek fil- waterpolo? Ovvjament Jordan huwa plejer eċċezzjonali u komplut billi jikkontribwixxi fid- difiża kif ukoll fl-attakk. Titgħallem ħafna minn plejer bħalu billi titħarreġ kif ukoll tilgħab miegħu. Huwa plejer ta' esperjenza li dejjem lest biex jgħin liż-żgħar li jkunu għadhom qed jidħlu fl- iskwadra u ta' inqas esperjenza. Jordan huwa plejer ta' eżempju minħabba l-fatt li laħaq tabib minkejja l-impenji li jġib miegħu l-waterpolo. Din turi li kulħadd jista' jirnexxi fl-aspett akkademiku kif ukoll sportiv bil-mentalità xierqa u bid- dedikazzjoni tiegħu, huwa ta' ispirazzjoni għal dawk li jridu jkomplu jistudjaw u jilagħbu fl-istess ħin. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi (pixxina) li fihom titħarrġu u tilagħbu f 'Malta? Sfortunatament, neqsin ħafna mir-riżorsi f 'Malta. Minbarra l-pixxina nazzjonali f 'Tal- Qroqq m'hemmx pixxina oħra f 'Malta ta' daqs ta' 50 metru. Hemm bżonn kbir għall-pixxina oħra u anke jekk jista' jkun waħda magħluqa. Il-pixxina nazzjonali qiegħda titqassam fost il-klabbs kollha tal-Waterpolo kif ukoll dawk tal-għawm u dan iwassal biex it-taħriġ ikun ristrett biss għal siegħa u kwart kuljum li sempliċiment mhuwiex biżżejjed jekk iridu ntejbu l-livell tal- waterpolo Malti. Hemm bżonn ta' iktar ħin u spazju għat-taħriġ. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Tirrikjedi li jsiru ħafna sagrifiċċji. Trid tnaqqas mill- ammont ta' ħruġ biex tlaħħaq bejn skola u sport. Barra minnhekk ikollok inqas ħin liberu għal attivitajiet oħra. Din ukoll tapplika fis-sajf fejn ikollok sa tliet logħbiet kompetittivi fil-ġimgħa u trid tkun professjonali u ddixxiplinat biżżejjed biex tagħti lil ġismek il-mistrieħ xieraq. Kif jirnexxilek tlaħħaq mat-taħrig, l-istudju u mal- waterpolo? Mhux faċli tlaħħaq bejn lectures tal-Università, studju u taħriġ speċjalment waqt żmien l- eżamijijet imma b''time management' tajjeb u b'determinazzjoni jirnexxieli. Ikollok tagħmel sagrifiċċji u tillimita l-ħin li ssoltu wieħed jalloka għall-ħruġ u affarijiet oħra. Kif tiddeskrivi l-aħħar staġun tiegħek ma' Neptunes kemm għalik personali u anki bħala tim? L-istaġun li għadda kien wieħed mill-aħjar li kelli s'issa għall-fatt li rbaħna l-kampjonat tal- Under 20 kif ukoll il-kampjonat tal- kbar. Dis-sena kelli rwol iktar importanti fl-iskwadra ikkomparati mal-istaġuni ta' qabel fejn lgħabt ħafna u kkontribwejt għat-tim fejn stajt. Ovvjament, il-quċċata tal-istaġun kien ir-rebħ tal- Kampjonat li kellna nissieltu għalih sal- aħħar logħba imma fl-aħħar permezz ta' għaqda, teamwork u determinazzjoni lħaqna l-għan prinċipali tagħna. It-tim ingħaqad u ssaħħaħ iktar m'għadda ż-żmien sa meta lejn l- aħħar tal-kampjonat fil-play-offs ħareġ il-frott tat-taħriġ tqil li kellna matul is-sajf u s-sena kollha u t-tim ingħaqad iktar minn qabel. Kien il-25 kampjonat tagħna u ċert li mingħajr il- ħidma u d-dedikazzjoni tal-kowċis Jovan u Nenad kif ukoll tat- team manager Matthew Pisani u l-membri kollha tal-kumitat ma kinitx tkun possibli. Qbilt mas-sistema tal-play- offs? Fl-opinjoni tiegħi, huwa fatt li l-play-offs żiedu l-interess tal-poplu Malti fil-waterpolo b'mod drastiku s-sena l-oħra fejn l-attendenza tal-aħħar logħob kienet waħda mill- ogħla li qatt kien hawn f 'dawn l-aħħar żmien. Din toħloq atmosfera sabiħa kif ukoll iżżid il-popolarità tal- waterpolo Malti li dejjem huwa ta' benifiċċju. Bil-play-offs, il- kampjonat jibqa' interessanti u miftuħ sal-aħħar tal-istaġun li tfisser li tim rebbieħ irid jibqa' konsistenti u jilgħab tajjeb sal- aħħar sabiex jirbaħ il-kampjonat. M'hemmx dubju li int qed tħabbat il-bieb tat-tim nazzjonali tal-waterpolo mmexxi mid-duo Karl Izzo u Anthony 'Panelli' Farrugia. Kemm tixtieq li tissejjaħ mat- tim nazzjonali? Dejjem kienet esperjenza pożittiva u ta' unur kull darba li fformajt parti mill- iskwadra nazzjonali taż-żgħar. Ovvjament, huwa wieħed mill- ogħla unuri biex tirrapreżenta lil pajjiżek mal-iskwadra tal-kbar u nittama li bil-ħidma nkompli ntejjeb il-logħba tiegħi biex xi darba nifforma parti mill-iskwadra nazzjonali tal-kbar. Kif qed thares lejn il-futur tieghek fil-waterpolo ma' Neptunes? Bħalissa ninsab kuntent ħafna man-Neptunes. Għandna kowċis u kumitati dedikati u beżlin li dejjem jgħinuk tikber bħala plejer. Nittama li nuri l-apprezzament tiegħi li l-klabb jemmen fija bis-servizz tiegħi. Għaddi messaġġ lil dawk it- tfal u/jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil- waterpolo. Bil-ħidma u d-dedikazzjoni kulħadd jirnexxielu jasal u l-importanti li wieħed jieħu gost f 'dak li jagħmel! Mill-għawm għal suċċess l-waterpolo Ritratt - Dominic Borg