Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 'Din il-ġlieda kienet tirrappreżenta biss il-bidu ta' sena li ser tkun waħda impenjattiva ħafna għalija' - Lydon 'Beqqu' Chircop minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew il-boxer ewlieni Malti, Lydon 'Beqqu' Chircop kiseb rebħa oħra fil-karriera glorjuża tiegħu fil-boxing. Huwa stess tana iktar dettalji. "Din il-ġlieda għamilt biċ- ċert li nkun ippreparat sew u b'hekk bdejt it-training camp tiegħi naqra qabel mis-soltu. Sfortunatament fl-aħħar jumejn qabel il-ġlieda mradt u kont qed inħossni naqra dgħajjef. Minkejja dan ma xtaqtx nikkanċella l-ġlieda għax kont ilni nistennieha, ridt niġġieled xorta! Kelli avversarju tajjeb u b'saħħtu, xtaqt nirbaħ b'knockout imma kien b'saħħtu biżżejjed li jibqa' fuq saqajh. Din il-ġlieda kienet gwerra sal-aħħar sekondi fejn spiċċajna f 'nofs ir-ring u t-tnejn nagħtu dak kollu li għandna. Minn din il- ġimgħa stess ser nerġa' nibda bit-taħriġ għall-ġlieda ta' Mejju. Din il-ġlieda kienet tirrapreżenta biss il-bidu ta' sena li ser tkun waħda impenjattiva ħafna għalija." 'In-Netball jirrikjedi ċertu livell ta' fi tness' - Ramona Scerri minn Cristian Antony Muscat RAMONA Scerri - fost l-aqwa plejers li pproduċa n-netball lokali f 'dawn l-aħħar snin. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Jiena ilni nilgħab mal- Backs Netball Club minn meta ffurmajna l-ewwel tim tas-Silverbacks lura fl-2013, fejn minn dak iż-żmien 'l hawn it-tim tant kiber li ddeċidejna li nwaqqfu t-tieni tim, Blackbacks, fejn introduċejna ħafna tfajliet ġodda għan- Netball u anki nies li kienu ilhom jilagħbu bħali u bħal uħud oħra fit-tim tiegħi tal-Blackbacks. Kemm ilni nilgħab mal-klabb, ħassejtni tgħallimt ħafna, kemm mis- Silverbacks li jżommu t-titlu ta' Champions fil- Kampjonat tan-Netball kif ukoll mill-esperjenza li ksibt issa li qed nilgħab ma' Blackbacks fejn inħossni sibt il- pożizzjoni tiegħi fuq in-naħa tal-attakk. Kemm ilni nilgħab ma' Blackbacks ħadt it-titlu ta' 'Most Promising Player' u 'Most Dedicated Player' u qiegħda naħdem ħafna biex nibqa' nitjieb, kemm fit-tatikka kif ukoll fil-fitness. Bħala Sport, in-Netball jirrikjedi ċertu livell ta' fitness, fejn jiena apparti fis-sessjonijiet tat-taħriġ, nistinka ħafna waħdi wkoll biex dan ikun ta' livell għoli. Bħalissa qegħdin nistinkaw biex nibqgħu niksbu riżultati tajbin ħalli nitilgħu għall-ewwel diviżjoni. Fil-futur personalment nixtieq li nibqa' ntejjeb l-abilitajiet tiegħi f 'dan l-isport u nibqgħu tim u klabb magħqud għaliex sħabi l-plejers mhumiex biss ħbieb, però nqishom daqs it-tieni familja tiegħi wkoll!" ball jirrikjedi ċertu livell ta' fi tness' - Ramona Scerri Player' u 'Most Dedicated Player' u qiegħda naħdem fis-sessjonijiet tat-taħriġ,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019