Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847
Sports 30 illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- hockey? Fil-verità jien lanqas biss kont naf x'inhu hockey iżda minn dejjem kelli ġibda lejn l-isport. Kont ġieli ngħaddi minn quddiem il-grawnd ta' Ħal Qormi u nara xi plejers jitħarrġu u ġo fija dejjem kien iqajjem ċertu kurżità ta' kif jintlagħab dan l-isport allura darba minnhom qomt is-Sibt filgħodu u mort il-klabb ta' Ħal Qormi biex ngħidilhom li nixtieq nibda. Huma mill-ewwel laqgħuni bl-aħjar mod possibbli, offrewli l-apparat kollu u dħalt għall-ewwel sessjoni ta' taħriġ. Għalkemm kienu kollha subien ma qtajtx qalbi. Kienet biss prova iżda l-isport ma baqax biss delizzju iżda sar parti importanti mimn ħajti li fih ridt nirnexxi u dejjem inħares 'il quddiem. Illum ilni għaxar snin u ma nimmaġinanix mingħajr dan l-isport. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Jien għalija d-determinazzjoni u d-dedikazjoni huma ċ-ċavetta li jwassluk għal kulma tixtieq. Ma nistax ngħid li għall-bidu ma kinitx diffiċli iżda qatt m'għandek taqta' qalbek u dejjem trid titgħallem minn min hu aħjar minnek u mill-kowċis li b'dedikazzjoni u sagrifiċċju kbir jippreparaw sessjonijiet ta' taħriġ u jinżlu jgħallmu liż-żgħar biex il-klabb ikompli jissaħħaħ u jimxi 'l quddiem. It-taħriġ ma nitilfux iżda biex tasal fejn tixtieq trid tfittex u fejn jekk ikollok xi mistoqsija kif tagħmel ċerta teknika tistaqsi u tibqa' tipprova fil-ħin liberu tiegħek sakemm jirnexxielek iġġibha tajba. Ta' 11-il sena kont diġà qiegħda nipprova nilgħab ma' timijiet ikbar minni bħal pereżempju tal-Under 16. Wara sena nipprova rnexxieli nibda nidħol f 'logħba iktar serja u minn dakinhar qatt ma ħarist lura u dejjem komplejt nistinka biex nimxi 'l quddiem. Iżda, ma kontx kuntenta nasal s'hemm biss! Sena wara ġietni l-opportunità li nilgħab mat-tim nazzjonali tal-bniet. Kont l-iżgħar plejer hekk kif kelli biss 13- il sena u kienet esperjenza pjuttost sabiħa li nirrappreżenta lil pajjiżi f 'dak li tant kont inħobb. Dik kienet waħda mill-iktar sena ta' suċċessi fil-karriera tiegħi sa issa. Ma ridtx nemmen li għalkemm bħala tim ma tantx morna tajjeb f 'waħda mil- logħbiet li kellna kontra t-Turkija, kien irnexxieli niskorja. Kont il- captain tal-under 14. Id-dixxiplina minn dejjem kont inħobbha u hija esperjenza sabiħa li mhux tikkmanda imma flimkien ma' sħabek taħdem biex it-tim jimxi 'l quddiem. Minn dak iż-żmien għamilt fuq sena naħseb kif nista' nagħti lura ftit minn dak li kienu jagħmlu miegħi l-membri ta' Qormi Daikin. Tkellimt ma' Andrè Ghio u għidtlu li nixtieq ngħin fil-kowċing. Kont dħalt helper, sena wara assistent kowċ u din is-sena reġa' avviċinani l-istess Ghio biex inkun kowċ tal-Under 12. Kien unur kbir għalija u aċċettajt minnufih. Bdejt nagħmel riċerka u nsaqsi biex bħalma jien sibt u għadni nsib għajnuna kontinwa speċjalment li tul il-karriera tiegħi sibthom dejjem hemm mill-bidu nett sa issa fosthom il-kowċis John Williams u Keith Calleja. Nagħmel mill-aħjar biex il-klabb dejjem jikber mhux biss fl-unuri iżda wkoll fin-numru ta' plejers. X'unuri prinċipali rbaħt fil-karriera tiegħek fil-Hockey? Irbaħt bosta unuri matul il-karriera tiegħi iżda l-iktar unur li jibqa' għal qalbi huwa meta f 'dik is-sena mimlija suċċessi ta' captain tal-under 14 u rrapreżentajt lil Malta flimkien ma' sħabi. Kont l-ewwel tfajla fil- klabb li ħadt il-Junior Club award. Kont apprezzajt ħafna li l-kumitat għaraf id-dedikazzjoni li għandi lejn il-klabb biex jimxi 'l quddiem. Apparti minn hekk, ħadt l-unur ta' Most Promising Player, tliet darbiet il-Most Improved Player u erba' darbiet il-Most Dedicated Player. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek ma' Qormi Daikin? L-esperjenza tiegħi ma' Qormi Daikin hija wisq sabiħa biex niddeskriviha fi kliem. Huma għallmuni nkun iddixxiplinata u nilgħab bħala tim wieħed magħqud. Dejjem sibt l-għajnuna u lil min jissapportjani. Nixtieq nirringrazzja lil dawk il-partitarji kollha li jattendu għal kull logħba biex jagħmlulna l-kuraġġ. Għalkemm ma' Qormi Daikin, kelli ftit li xejn dispjaċiri li nitlef, huma għallmuni wkoll kif għandi naċċetta telfa u niżvoga fit-taħriġ biex darb'oħra mmorru aħjar. Is-serjetà u l-organizzazzjoni fil-klabb togħġobni immens. Qormi Daikin jagħti kas ta' kull individwu u jara li kull plejer ikollu l-opportunità li jitħarreġ minn tal-inqas darbtejn f 'ġimgħa u li jkollu ċans jikkompeti kontra timijiet oħra. Qabel kull staġun, jaraw li mhux biss ikollna pre-season intensiv biex aħna nkunu preparati biżżejjed biex nikkompetu iżda li bħala tim inkunu magħqudin għax wara kollox għalxejn kulħadd ikun ippreparat fil-fiżika u t-teknika tiegħu meta ma jkollux relazzjoni tajba ma' sħabu l-plejers. Kienu huma dis-sena li offrewli li mmur b'self mar-Rabat biex inkompli nwessa' l-għarfien tiegħi f 'dan l-isport u jkolli aktar esperjenza u kunfidenza fejn tidħol it-teknika tal-logħba. U dik ta' matul dan l-istaġun li tinsab b'self ma' Rabat? Ir-Rabat għalkemm illum ma tantx għadna narawhom fil-quċċata, huwa tim esperjenzat ħafna u l-logħba jaf mhux biss jilgħabha iżda jistudjaha u jkun jaf x'ħa jagħmel plejer. Jien personalment inħoss li grazzi għar- Rabat u għal Qormi Daikin għandi ċans nikber mhux biss fil-logħba iżda wkoll fl-esperjenza. Titgħallem ċerti affarijiet siewja li llum il- ġurnata ftit li xejn għadhom jużaw dawn it-tattiċi. Magħhom bħala plejer tan-9-a-side kif ukoll bħala plejer tal-kbar għandi l-opportunità li nilħaq l-għanijiet tiegħi iktar malajr iżda għalija l-iktar ħaġa importanti hi li nasal fejn nasal qatt ma ninsa minn fejn bdejt. L-ebda plejer m'għandha tikbirlu rasu għax jasal fejn xtaq jekk malajr dejjem ikun għad baqgħalna x'nitgħallmu u qatt m'għandna naraw lil sħabna dubbien. Jien waħda mill-iktar affaijiet li nnutajt u li laqtitni hija l-għaqda li hemm bejn dan it-tim tar-Rabat u jilqgħu lil kulħadd sa mill-ewwel training sesssion, fejn iġiegħluni nħossni parti minnhom. Il-hockey mhix logħba li tista' tilgħabha b'mod individwali iżda trid tkun kapaċi tilgħab ma' sħabek, huma min huma, u t-teamwork huwa xi ħaġa essenzjali ħafna fil-karriera tal-hockey għal kull individwu. Bħala tim, irridu nkunu kapaċi nirbħu u nieħdu telfa iżda meta nitilfu mhux ninfexxu f 'xulxin imma naħdmu iktar flimkien biex 'Id-determinazzjoni u d-dedikazzjoni huma Cristian Antony Muscat Nicole Zammit - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-hockey lokali f 'dawn l-aħħar snin u li bħala tfajla ma ssib l-ebda dikultà jew xkiel li tipprattika l-hockey mal-irġiel. Bħalissa, hija tinsab mislufa ma' Rabat mingħand Qormi Daikin. Lil dawk it-tfajliet kollha li jaqtgħu qalbhom għax jarawh bħala sport daqsxejn salvaġġ, ngħidilhom li għall-ebda raġuni m'għandek taqta' qalbek u ma tiġix tipprova. Bil-mod għal kollox tasal! " " Nixtieq li jkollna faċilitajiet u riżorsi biżżejjed bil-Malta Hockey Association (HAM), tkun tista' tinvesti na kif ukoll insibu appoġġ minn assoċjazzjonijiet oħra mhux naraw dejjem l-istess sport u jissemma dejjem il- futbol jew il-basketball. " "