Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 It-turisti jippreferu Tas-Sliema iżda jqattgħu aktar iljieli f 'San Pawl il-Baħar F'Għawdex il-farmhouses jinkludu aktar sodod mil-lukandi u l-guesthouses kollha imkien… Minn Yendrick Cioffi ILLUKANDI fl-inħawi ta' Tas-Sliema u San Ġiljan kienu l-aktar popolari mat-turisti li żaru Malta matul l-2017, iżda dawk it-turisti li għażlu li jqattgħu btala itwal f 'Malta ppreferew l-inħawi ta' fuq ta' Malta, jiġifieri fil-lukandi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, il- Qawra, il-Mellieħa u l-madwar. Dan jirriżulta mir-rapport annwali dwar l-Istatistika Reġjonali ppubblikat mill- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li semma kif matul l-2017, il-lukandi f 'Malta u Għawdex laqgħu fihom 1.8 miljun persuna, il-maġġoranza tagħhom turisti. Dan ifisser li f 'sena, il-lukandi raw żieda fl-ammont tal-klijenti ta' 13%. Waħedhom, il-lukandi li jinsabu fl-inħawi ta' Tas-Sliema, San Ġiljan u Pembroke ospitaw 854,137 persuna. Madanakollu, ir-rapport jispjega kif anke jekk il-lukandi f 'San Ġiljan irreġistraw l-akbar numru ta' ljieli, it-turisti li qattgħu ftit aktar jiem f 'Malta għażlu l-inħawi ta' fuq tal-pajjiż u joqogħdu fil-lukandi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu diversi. Jista' jkun li turisti akbar fl-età jippreferu l-lukandi tan-naħa ta' fuq tal-pajjiż, għax il-ħajja hija xi ftit aktar kwieta u trankwilla minn dik fl-inħawi ta' Tas-Sliema u l-madwar. Huwa fatt magħruf ukoll li l-lukandi fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar huma irħas mil-lukandi ta' Tas-Sliema u l-madwar, tant li l-maġġoranza tal-lukandi ta' ħames stilel jinsabu propju fl- inħawi tal-port. Fil-fatt, f 'Malta l-lukandi ta' erba' stilel kienu l-aktar popolari mat-turisti, segwiti minn dawk ta' tlieta u żewġ stilel u fl-aħħar dawk ta' ħames stilel. Apparti minn hekk, ir-rapport jikkonkludi wkoll li l-kategoriji kollha ta' lukandi f 'Malta, inkluż il-guesthouses, hostels u anke l-villaġġi turistiċi, irreġistraw żieda fl-ammont ta' klijenti u anke fl-ammont ta' ljieli. F'Għawdex imorru tajjeb ħafna l-guesthouses u l-hostels Fl-2017, il-lukandi u l-istabbilimenti għat-turisti f 'Għawdex raw ukoll żieda ta' 12.6% fl-ammont ta' klijenti tagħhom, biex b'kollox laqgħu fihom 97,781 persuna. Għall-kuntrarju ta' Malta, f 'Għawdex il-lukandi ta' erba' stilel irreġistraw tnaqqis kemm fl-ammont ta' turisti u anke fl- ammont ta' ljieli. Dan jista' jkun minħabba l-fatt li kienet irreġistrata żieda sostanzjali fl-ammont ta' persuni li qagħdu fi stabbilimenti bħal guesthouses u l-hostels. Fil-fatt, f 'Għawdex, din il-kategorija ta' stabbilimenti rreġistrat żieda ta' 153% fil-klijenti tagħha, jiġifieri żieda ta' 6,509 turist fuq l-2016. Apparti hekk, sal-aħħar tal-2017, l-appartamenti u l-farmhouses, li f 'Għawdex huma popolari ħafna, kienu jammontaw għal 72.3% tal- akkomodazzjonijiet kollha għat-turisti, bil-farmhouses waħedhom jinkludu 3,074 sodda, jiġifieri aktar minn kemm joffru sodod il-lukandi, il-hostels u l-guesthouses kollha f 'salt. Minn ċifri li kienet kisbet il-gazzetta ILLUM, miġbura mill- Awtorità Maltija għat-Turiżmu, f 'Għawdex hemm 'il fuq minn 450 farmhouse u 'l fuq minn 620 appartament illiċenzjati. Il-Maltin kienu jammontaw għal 52.4% tat-turisti f 'Għawdex Mal-Maltin, Għawdex jibqa' popolari meta jkunu jridu jqattgħu xi jiem ta' mistrieħ. Fil- fatt, dak magħruf bħala turiżmu domestiku kien jammonta għal 52.4% tad-domanda turistika f 'Għawdex Dan ifisser li fl-2017, Għawdex u miegħu Kemmuna, laqgħu fihom 236,838 Malti u Maltija, jiġifieri żieda ta' 8.5% fuq l-2016. Anke jekk il-Maltin li qagħdu fil-lukandi Għawdxin żdiedu, il-farmhouses u l-appartamenti jibqgħu popolari ħafna, tant li laqgħu fihom 172,575 Malti u Maltija. L-aktar Maltin li żaru lil Għawdex għal btala kienu dawk li għandhom bejn il-25 u l-44 sena. L-Għawdxin li niżlu Malta għal btala fl-2017 kienu jammontaw għal 23,924 persuna, jiġifieri żieda ta' 32% fuq is-sena ta' qabel. Bħall-Maltin, il-maġġoranza tal-Għawdxin għażlu li ma joqogħdux f 'lukanda u l-ammont ta' ljieli li qattgħu naqas minn medja ta' tliet iljieli għal żewġ iljieli. Tal-linja popolari mat-turisti… iżda mhux waħedha Tal-linja tibqa' l-aktar mezz ta' trasport favorit mat-turisti hekk kif kienet il-mezz ta' trasport ewlieni ta' 29% tat-turisti li żaru Malta fl-2017. Madanakollu, interessanti kif meta mistoqsija x'mezz ta' trasport użaw l-aktar, 28% tat- turisti li żaru Malta la għażlu tal- linja u lanqas it-taxi, il-coaches, il-vetturi privati jew mikrija. Dan ifisser li mezzi oħra ta' trasport, inkluż ir-rota jew saħansitra l-mixi, huma popolari mat-turisti kważi kważi daqskemm hija tal-linja. Is-servizz tat-taxi huwa popolari wkoll hekk kif 20% tat-turisti qalu li kien il-mezz ewlieni tat- trasport tagħhom. F'Għawdex, mezzi alternattivi ta' trasport, inkluż il-mixi, kienu ħafna aktar popolari mis- servizz tal-linja. Fil-fatt, 41% tat-turisti li għażlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni ewlenija tagħhom, meta mistoqsija dwar il-mezz ewlieni tat-trasport tagħhom, ma għażlu xejn mil- lista pprovduta lilhom. Kienu 19% tat-turisti li żaru lil Għawdex li għażlu lil tal-linja, filwaqt li 15% wieġbu li użaw il- vettura privata tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019