Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847
Sports 31 Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum darb'oħra mmorru aħjar. Kif tħossok kull meta taffronta lil Qormi Daikin? Għall-bidu nammetti li kont inħossni skomda nilgħab kontra dak it-tim tant għal qalbi iżda la naf li dak li qed nagħmel huwa bil- kunsens tagħhom u li 'l quddiem ħa jkun ta' għajnuna kbira għal mat-tim ta' Ħal Qormi sirt iktar kunfidenti naffronta lit-tim tiegħi. Għalkemm nammetti xorta nħossha iebsa anke l-fatt li Qormi Daikin huma fiżikament iktar b'saħħithom. Kif tħossok bħala mara tilgħab il- hockey mal-irġiel? Fil-verità llum il-ġurnata lanqas nagħti kas li qed nitħarreġ u nilgħab kontra l-irġiel. Dejjem stinkajt u ovvjament xi naqra sforz żejjed irid ikun hemm imma dejjem s'issa rnexxieli nlaħħaq mal-kapaċitajiet tagħhom. Jekk toqgħod taħseb u tagħmilha qisha ħaġa kbira li int tilgħab kontra l-irġiel naħseb ssibha iktar diffiċli. Naħseb li s-sess tal-persuna m'għandux jagħmel differenza. Int min int, kapaċi tasal bil-pass tiegħek - jekk tasalx f 'sitt xhur jew tasalx f 'sena, l-aqwa li tilħaq dak li tixtieq qalbek. Ħaġa li tgħinni ħafna hija li sħabek ta' Qormi Daikin qatt ma qalu dik mara mela inqas minna jew ma nqassmilhiex! Aħna dejjem konna ugwali anke mill-perspettiva tal- kowċis. Jekk raġel għandu ċans jilgħab tant logħob fil-kampjonat, jaraw li n-nisa jagħtuhom importanza u l-istess opportunitajiet. Din hija waħda mill-affarijiet li jaħdem ħafna dwarha Andrè Ghio u ta' dan nirringrazzjah li dejjem jara kif jagħmel li kulħadd ikollu l-opportunità. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ specjalment nisa li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-hockey. Jien bħala plejer u bħala kowċ tal-Under 12 nixtieq li jkun hawn ħafna iktar tfal u żgħażagħ bħali li jingħaqdu magħna fin-nursery ta' Qormi Daikin biex flimkien bħala tim u bħala familja waħda nieħdu gost u nitgħallmu mhux biss il-hockey iżda kif naħdmu bħala tim, kif qatt m'għandna naqtgħu qalbna kif ukoll biex inkunu dixxiplinati. Nixtieq ngħaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet kollha li jaqtgħu qalbhom għax jarawh bħala sport daqsxejn salvaġġ peressli huwa 'contact sport', li għall-ebda raġuni m'għandek taqta' qalbek u ma tiġix tipprova. Bil-mod tasal! Ħadd minna ma beda jiġri mal- ewwel meta konna żgħar. Nixtieq nara l-hockey jikber u kompetizzjoni tikber kemm jista' jkun. Nixtieq ukoll li jkollna faċilitajiet u riżorsi biżżejjed bil-Malta Hockey Association (HAM), tkun tista' tinvesti fina kif ukoll insibu appoġġ minn assoċjazzjonijiet oħra mhux naraw dejjem l-istess sport u jissemma dejjem il-futbol jew il- basketball. Hawn ħafna sport sabiħ li ħafna tfal għadhom ma jafux bih. Jien studenta u l-iskola u l-istudju qatt ma kienu ta' xkiel għalija u dejjem rajt li nqassam il-ħin sew u nlaħħaq ma' kollox. huma ċ-ċavetta li jwassluk għal kulma tixtieq' Hija waħda mill-aqwa plejers li pproduċa l-hockey lokali f 'dawn l-aħħar snin. Bħala tfajla ma ssib l-ebda dikultà jew xkiel li tipprattika l-hockey mal-irġiel. Bħalissa, hija tinsab mislufa ma' Rabat mingħand Qormi Daikin. NICOLE ZAMMIT